slide1
Download
Skip this Video
Download Presentation
Qari mill-Ktieb ta' Neħemija Ne ħ 8, 1-4a. 5-6. 7b-12

Loading in 2 Seconds...

play fullscreen
1 / 35

Qari mill-Ktieb ta' Neħemija Ne ħ 8, 1-4a. 5-6. 7b-12 - PowerPoint PPT Presentation


  • 243 Views
  • Uploaded on

Qari mill-Ktieb ta' Neħemija Ne ħ 8, 1-4a. 5-6. 7b-12. Esdra fetaħ il-Ktieb tal-Liġi u bierek il-Mulej, u l-poplu kollu wieġeb: Ammen, Ammen!. F’dak iż-żmien, il-poplu kollu nġabar flimkien

loader
I am the owner, or an agent authorized to act on behalf of the owner, of the copyrighted work described.
capcha
Download Presentation

PowerPoint Slideshow about 'Qari mill-Ktieb ta' Neħemija Ne ħ 8, 1-4a. 5-6. 7b-12' - vera


An Image/Link below is provided (as is) to download presentation

Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author.While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server.


- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - E N D - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
Presentation Transcript
slide1
Qari mill-Ktieb ta' Neħemija

Neħ 8, 1-4a. 5-6. 7b-12

Esdra fetaħ il-Ktieb tal-Liġi u bierek il-Mulej, u l-poplu kollu wieġeb: Ammen, Ammen!

slide2
F’dak iż-żmien, il-poplu kollu nġabar flimkien

fil-misraħ ta’ quddiem Bieb l-Ilma, u talbu lil Esdra l-iskriba biex iġib il-Ktieb tal-Liġi ta’ Mosè li l-Mulej kien ta lil Iżrael.

slide3
Kien l-ewwel tas-seba’ xahar mela, u Esdra

l-qassis ġieb il-Liġi quddiem il-ġemgħa, li kienet magħmula minn irġiel, nisa u oħrajn, li kienu jifhmu dak li

slide4
jisimgħu.

U mis-sebħ sa nofsinhar qara minnu quddiem

l-irġiel, in-nisa, u dawk li kienu kapaċi jifhmu, iħares lejn il-misraħ li hemm quddiem Bieb

slide5
l-Ilma. U l-poplu kollu kien attent jisma’ l-qari tal-Ktieb tal-Liġi. Esdra

l-iskriba kien wieqaf fuq palk tal-injam, li kienu waqqfu għall-okkażjoni.

Esdra fetaħ il-Ktieb u rah

slide6
kulħadd jagħmel dan billi

kien fil-għoli ’l fuq

mill-poplu kollu. U meta fetaħ il-ktieb kulħadd qam bilwieqfa. U Esdra bierek il-Mulej, Alla l-kbir, u

l-poplu kollu b’idejh

slide7
merfugħin ’il fuq wieġeb:
  • “Ammen, ammen.”
  • U nxteħtu għarkupptejhom b’wiċċhom mal-art jagħtu qima lill-Mulej.
  • Il-Leviti, qagħdu jgħallmu l-Liġi lill-poplu, u l-poplu
slide8
baqa’ wieqaf fejn kien.

Dawn qraw mill-Ktieb

tal-Liġi b’mod li jiftiehem, fissruh, u spjegaw il-qari. Imbagħad Neħemija, li kien

il-gvernatur, Esdra,

slide9
il-qassis u skriba, u

l-Leviti li kienu qegħdin jgħallmu lill-poplu, qalu lin-nies kollha:

“Dan hu jum qaddis, ikkonsagrat lill-Mulej Alla tagħkom. Titnikktux u

slide10
tibkux!”
  • Għax il-poplu kollu kien infexx jibki meta sama’
  • kliem l-Liġi.
  • U żiedu jgħidulhom:
  • “Morru u kulu laħam imsemmen u ixorbu nbid
slide11
ħelu, u lil dak li ma ħejjewlu xejn ibagħtulu sehem minn dak li għandkom. Dan hu jum qaddis għall-Mulej. La ssewdux qalbkom, għax
  • il-ferħ tal-Mulej
slide12
il-qawwa tagħkom.”

U l-Leviti komplew iqawwu qalb il-poplu u jgħidulu:

“Isktu! Dan hu jum qaddis. La ssewdux qalbkom.”

slide13
Imbagħad il-poplu kollu telaq biex jiekol u jixrob, u jibgħat jaqsam ma’ ħaddieħor, u biex jagħmel

festa b’ferħ kbir, għax kien fehem dak kollu li kienu għallmuh.

slide14
Il-Kelmatal-Mulej.

R:/ IrrodduħajrlilAlla

slide15
Salm Responsorjali

R:/ Il-preċetti

tal-Mulej dritti,

u jferrħu l-qalb

slide16
Il-liġi tal-Mulej perfetta,

u tagħti l-ħajja;

ix-xhieda tal-Mulej

hi sewwa,

u tgħallem lil min ma jafx.

slide18
Il-preċetti tal-Mulej dritti,

u jferrħu l-qalb;

il-kmandament tal-Mulej safi,

u jdawwal l-għajnejn.

slide20
Il-biża’ tal-Mulej sinċier,

u jibqa’ għall dejjem;

il-ġudizzji tal-Mulej

sewwa,

u mseddqa għalkollox.

slide22
Egħżeż mid-deheb,

mid-deheb l-aktar fin,

oħla mill-għasel

u mill-qtar tax-xehda.

slide24
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah

Is-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu

fl-Evanġelju

Hallelujah, Hallelujah

slide25
Qari
  • Mill-Evanġelju
  • skontSan Luqa
  • Lq10, 1-12
  • GlorjalilekMulej

Jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu.

slide26
F’dak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu.

U qalilhom:

“Il-ħsad huwa kbir, imma

slide27
l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema

għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup.

slide28
Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu li ħadd.

Fid-dar fejn tidħlu,

l-ewwel għidu: U jekk fiha jkun hemm min iħobb

slide29
is-sliem, jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu; jekk le,

it-tislima tagħkom terġa’ lura għandkom. Ibqgħu għand dik il-familja, u kulu u ixorbu milli jkollhom huma, għax

slide30
il-ħaddiem ħaqqu ħlasu. Toqogħdux idduru minn familja għal oħra.

F’kull belt li fiha tmorru u jilqgħukom, kulu dak li jqegħdulkom quddiemkom; fejqu

slide31
l-morda li jkun hemm; u lin-nies għidulhom:

Imma l-belt li fiha tidħlu u ma jilqgħukomx, oħorġu

slide32
fil-pjazez tagħha u għidu:

infarfru minn ma’ riġlejna, u nħalluh għalikom.

Imma kunu afu dan:

is-Saltna ta’ Alla waslet.>

slide34
Il-Kelma

tal-Mulej

R:/ It-tifħirlilekKristu

ad