html5-img
1 / 26

Qari mill- Ktieb tal - Profeta Ġona Ġona 3, 1-10

Qari mill- Ktieb tal - Profeta Ġona Ġona 3, 1-10. In-nies ta’ Ninwe’ reġgħu lura minn triqthom il-ħażina u Alla raġa’ bdielu mid-deni li qal li kien se jagħmlilhom. F’dak iż-żmien, il-kelma tal-Mulej għat-tieni darba waslet lil Ġona u qallu: “Qum, mur f’Ninwe’

maylin
Download Presentation

Qari mill- Ktieb tal - Profeta Ġona Ġona 3, 1-10

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktiebtal- Profeta Ġona Ġona 3, 1-10 In-nies ta’ Ninwe’ reġgħu lura minn triqthom il-ħażina u Alla raġa’ bdielu mid-deni li qal li kien se jagħmlilhom

  2. F’dak iż-żmien, il-kelma tal-Mulej għat-tieni darba waslet lil Ġona u qallu: “Qum, mur f’Ninwe’ il-belt il-kbira, u xandrilha li ngħidlek jien.” U Ġona qam u mar

  3. f’Ninwè kif qallu l-Mulej. Issa Ninwè kienet belt kbira għall-aħħar, trid tlitt ijiem biex timxiha. Ġona, kif daħal il-belt, beda ġurnata mixi, ixandar u jgħid:

  4. “Erbgħin jum ieħor, u Ninwè ssir ħerba.” In-nies ta’ Ninwè emmnu f’Alla, nedew sawma u libsu x-xkejjer, mill-kbir saż-żgħir. L’aħbar waslet għand is-sultan ta’Ninwè,

  5. u qam minn fuq it-tron tiegħu, neħħa minn fuqu l-mantell tiegħu, inkesa bi xkora, u ntasab fuq l-irmied. U ħarġu jxandru u jgħidu f’Ninwè:

  6. “B’digriet tas-sultan u tal-kbarat tiegħu: La nies, la annimali, la bhejjem u lanqas merħliet, ħadd m’għandu jduq xejn, u la jirgħu u lanqas jixorbu ilma. U jinksew bi xkejjer,

  7. kemm il-bnedmin u kemm l-annimali jgħajtu b’qawwa lejn Alla, u kull wieħed jerġa’ lura minn triqtu l-ħażina u mill-ħsara li għamel b’idejh. Min jaf jekk Alla jibdilux u

  8. jisgħobx bih, u jdur mill-korla mixgħula tiegħu, u aħna ma nintilfux!” U Alla ra x’għamlu, kif reġgħu lura minn triqthom il-ħażina. U Alla raġa’

  9. bdielu mid-deni li qal li kien se jagħmlilhom, u ma għamlux.

  10. Il-Kelma tal-Mulej. R:/ Irroddu ħajr lil Alla

  11. Salm Responsorjali R:/ Jekk tal-ħtijiet int tagħati kas, Mulej, min jista’ jżomm sħiħ?

  12. Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej: isma’, Sidi, il-leħen tiegħi! Ħa jkunu widnejk miftuħa, jiena u nitolbok bil-ħniena.

  13. R:/ Jekk tal-ħtijiet int tagħati kas, Mulej, min jista’ jżomm sħiħ?

  14. Jekk tal-ħtijiet int tagħti kas, Mulej, Sidi, min jista’ jżomm sħiħ?

  15. Imma għandek hemm il-maħfra, biex hekk inqimuk fil-biża’ tiegħek.

  16. R:/ Jekk tal-ħtijiet int tagħati kas, Mulej, min jista’ jżomm sħiħ?

  17. Jistenna Iżrael lill-Mulej! Għax għand il-Mulej hemm it-tieba, u l-fidwa għandu bil-kotra. Hu li jifdi lil Iżrael minn ħtijietu kollha.

  18. R:/ Jekk tal-ħtijiet int tagħati kas, Mulej, min jista’ jżomm sħiħ?

  19. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Hienjadawk li jisimgħu l-kelmata’ Alla u jħarsuha Hallelujah, Hallelujah

  20. Qari Mill-Evanġelju skontSan Luqa Lq 10, 38-42 Glorjalilek Mulej Marta laqgħetu. Marija għażlet l-aħjar sehem

  21. F’dak iż-żmien, huma u mexjin, Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda

  22. f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol

  23. kollufuqi biss? Mela għidilha taqbadtagħmel xi ħaġa miegħi.” Qabeż il-Mulej u qalilha: “Marta Marta! Inti taħseb wisq u tinkwieta fuq ħafna

  24. ħwejjeġ; imma waħda hi meħtieġa. U Marija għażlet l-aħjar sehem, li ma jitteħdilhiex.”

  25. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  26. ĦSIEB

More Related