1 / 20

Postijiet tax-xogħol li jġibu ´l quddiem is-saħħa. Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija.

Postijiet tax-xogħol li jġibu ´l quddiem is-saħħa. Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija. Kampanja Ewropea dwar l- e valwazzjoni tar- r iskj u. Il-kuntest tal-kampanja (1). 205 miljun impjegat fl-Ewropa

edna
Download Presentation

Postijiet tax-xogħol li jġibu ´l quddiem is-saħħa. Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija.

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Postijiet tax-xogħol li jġibu ´l quddiem is-saħħa.Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija. Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju

  2. Il-kuntest tal-kampanja (1) • 205 miljun impjegat fl-Ewropa • 167,000 fatalità attribwita għal aċċidenti u mard relatat max-xogħol fl-UE-27, u f’dawn: • 159,000 fatalità attribwita għal mard relatat max-xogħol • 74,000 fatalità attribwita għal sustanzi periklużi fuq ix-xogħol (inkluż l-asbestos) • 7,460 fatalità kkawżata minn aċċidenti fuq ix-xogħol Il-figuri f’din il-preżentazzjoni huma meħuda mis-sommarju tal-kampanja tagħna: http://osha.europa.eu/campaigns/hw2008/campaign/campaignsummary

  3. Il-kuntest tal-kampanja (2) • Kull 3.5 minuti xi ħadd fl-UE-27 imut minn kawżi relatati max-xogħol. • Kull 4.5 sekondi, ħaddiem fl-UE-27 ikun involut f’aċċident li jġiegħlu joqgħod/jġegħlha toqgħod id-dar għal mill-anqas tlett ijiemxogħol. • In-numru ta’ aċċidenti fuq ix-xogħol li jikkawżaw tlieta jew aktar jiem ta’ assenza huwa enormi: ’l fuq minn 7 miljuni kull sena.

  4. Dan iwassal għal spejjeż kbar ħafna … • L-ispejjeż umani għall-ħaddiema u l-familji tagħhom (hemm persuni reali wara kull statistika) • L-ispejjeż kummerċjali għall-organizzazzjonijiet/kumpaniji (lif minħabba mard, l-ispejjeż ta’ l-assigurazzjoni, il-produttività, il-fatturat, il-motivazzjoni, il-kompetittività eċċ.) • L-ispejjeż għas-soċjetà (piż dejjem akbar fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa)

  5. X’inhi evalwazzjoni tar-riskju? • L-RA hija l-ewwel pass għal postijiet tax-xogħol aktar siguri u aktar b’saħħithom u hija essenzjali sabiex jitnaqqsu l-aċċidenti u l-mard li huma relatati max-xogħol. • L-RA hija l-proċess sabiex jiġu evalwati r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minn periklu fuq il-post tax-xogħol. Hija eżaminazzjoni sistematika ta’ l-aspetti kollha li tikkunsidra: • Dak li jista’ jikkawża feriti jew ħsara, • Jekk il-perikli jistgħux jiġu eliminati u, jekk le, • X’miżuri preventivi jew protettivi għandhom jkunu fis-seħħ sabiex ir-riskji jiġu kkontrollati.

  6. Kif tagħmel evalwazzjoni tar-riskju? • Hemm żewġ prinċipji li wieħed dejjem għandu jżomm f’moħħu waqt li jkun qiegħed iwettaq RA: • L-evalwazzjoni trid tiġi strutturata sabiex jiġi assigurat li l-perikli u r-riskji kollha relevanti jiġu indirizzati (eż. xogħlijiet sekondarji ma jiġux injorati, bħat-tindif) • Meta riskju jiġi identifikat, ibda l-evalwazzjoni billi tistaqsi jekk ir-riskju jistax jiġi eliminat.

  7. Approċċ ta’ ħames passi • Ħafna organizzazzjonijiet, kull ma jkollhom bżonn huwa approċċ ta’ ħames passi għall-RA: 1.Jiġu identifikati l-perikli u dawk il-persuni li qegħdin f’riskju 2. Ir-riskji jiġu evalwati u jitqegħdu f’prijorità 3. Tittieħed deċiżjoni fuq azzjoni preventiva 4. Tittieħed azzjoni 5. Isir monitoraġġ u reviżjoni • Tfakkira: RA għandha ssir bl-involviment attiv ta’ l-impjegati

  8. Għaliex tagħmel kampanja fuq l-RA? • RA hija obbligu legali għal min iħaddem (direttivaqafas ta’ l-UE 89/391) • Avolja mijiet ta’ eluf ta’ intrapriżi jwettqu l-RA, għad hemm numru mhux ħażin minnhom li ma jevalwawx ir-riskji tagħhom. B’mod ġenerali, jista’ jingħad: Iktar ma tkun żgħira l-kumpanija, inqas huwa probabbli li ssir RA. • Hemm il-bżonn li titjieb il-kwalità ta’ l-RA (Kummissjoni ta’ l-UE COM 2004/62) • L-RA spiss issir darba waħda (il-ħtieġa ta’ aġġornamenti regolari) • L-RA spiss ma tiġix dokumentata (sew) • Ir-riskji fit-tul u r-riskji psikosoċjali ma jitqisux • L-effiċjenza tal-miżuri meħuda spiss ma tiġix sorveljata biżżejjed

  9. Udjenza fil-mira • L-udjenza ewlenija fil-mira • SMEs u d-ditti żgħar ħafna (!) • Min iħaddem, l-impjegati, ir-rappreżentanti tas-sigurtà, il-prattikanti tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol • Intermedjarji • Dawk li jfasslu l-politika • L-imsieħba soċjali • Punti fokali nazzjonali … u n-netwerks tagħhom (ara hawn taħt: kampanji bbażati fuq in-netwerks)

  10. L-għanijiet tal-kampanja • Iżżid l-għarfien u tħeġġeġ li jsiru RA • Tagħmel il-proċess aktar ċar • Mhuwiex neċessarjament ikkumplikat jew burokratiku • Mhuwiex biss għall-ispeċjalisti • Tenfasizza li hija l-kwalità li tgħodd • L-involviment ta’ kulħadd fuq il-post tax-xogħol • Proċess kontinwu (mhux ta’ darba) • Tidentifika u tħeġġeġ il-prattiki tajbin

  11. Il-kampanja tibni fuq … • 2000: Kif tiġġieled l-MSDs • 2001: Is-Suċċess ma jiġix b’Aċċident • 2002: Naħdmu fuq l-Istress • 2003: Sustanzi Periklużi • 2004: Sigurtà fil-Kostruzzjoni • 2005:Aqta' dak l-Istorbju! • 2006: Ibda bit-Tajjeb • 2007: Ħaffef il-Piż

  12. Il-kampanja hija mibnija fuq ċiklu ta’ sentejn • Il-bidla għal mudell ta’ sentejn tfisser aktar ħin …. • Għall-preparazzjoni • Għall-implimentazzjoni u l-promozzjoni • Għall-parteċipazzjoni • Għas-sħubija • Għall-avvenimenti, kompetizzjonijiet u attivitajiet oħra… • Ġimgħa Ewropea kull sena – sena kalendarja 43

  13. Kampanja bbażata fuq in-netwerking (1) • 25 miljun SMEs – 205 miljun ħaddiem • Huwa lil hinn mill-kapaċitajiet ta’l-Aġenzija li tilħaqhom kollha (60 persuna f’Bilbao) • Il-Punti Fokali ta’ l-Aġenzija • Wieħed f’kull Stat Membru ta’ l-UE (27) u lilhinn • Netwerk Tripartitika • Min iħaddem, ħaddiema, gvernijiet • Fuq livell ta’ l-UE u fuq livell nazzjonali

  14. Kampanja bbażata fuq in-netwerking (2) • Il-persuni li għandhom interess u sħubiji oħra • Il-Kummissjoni Ewropea; ir-rappreżentanti ta’ l-UE, Aġenziji oħra ta’ l-UE, l-imsieħba soċjali, l-NGOs, il-federazzjonijiet settorjali u n-netwerks; EEN (Netwerk ta’ l-Intrapriżi Ewropej - Enterprise Europe Network) • Intrapriżi kbar u l-fornituri tagħhom (SMEs) • Is-sħubija tissaħħaħ bil-Presidenzi ta’ l-UE (2008: Is-Slovenja, Franza; 2009: ir-Repubblika Ċeka, l-Iżvezja) • Dawn l-attivitajiet għandhom jidhru wkoll fuq il-livell nazzjonali (permezz tal-Punti Fokali)

  15. Il-kalendarju tal-kampanja (1) • 2007 • April-Diċ. Ippjanar / preparazzjoni tal-materjal • 2008 • 13 ĠunjuAvveniment ta’ tnedija fi Brussell (bil-Presidenza Slovena ta’ l-UE u l- Kummissjoni Ewropea) • 20-26 Ott. Ġimgħa Ewropea (il-maġġoranza ta’ l- attivitajiet) • 3-4 Nov. Forum International Travail et Sécuritéf’Pariġi (bil-Presidenza Franċiża ta’ l-UE) • Is-Sena kollhaAvvenimenti nazzjonali u Premjijiet ta’ Prattika Tajba

  16. Il-kalendarju tal-kampanja (2) • 2009 • Frar/MarzuKonferenza u l-Premijiet tal-Prattika Tajba ta’ l-UE(bil-Presidenza Ċeka ta’ l-UE) • 19-25 Ott. Ġimgħa Ewropea (il-maġġoranza ta’ l- attivitjiet) • Ott./Nov. Konferenza (bil-Presidenza Żvediża ta’ l- UE) • Nov. Avveniment ta’ l-għeluq tal-kampanja f’Bilbao • Is-sena kollhaAttivitajiet ibbażati fuq is-suġġett; attenzjoni lokali u tas-setturi; promozzjoni tar-rebbieħa tal-Premju GP • 2010 • Jan.-… Rappurtaġġ u evalwazzjoni

  17. Il-Materjal tal-Kampanja • Materjali fi 22 lingwa ta’ l-UE • Logos, slogans, posters • Folji ta’ fatti, fuljett, opuskolu, faxxikoli dwar il-Premijiet ta’ Prattika Tajba • PPTs, internet banner, firma-email, screen saver, kwiżżijiet • Napo DVD u pakketti awdjoviżivi oħra (Televiżjoni) • Idejat għall-ażżjoni • Dejtabase tar-riżorsi dwar il-prattika tajba • Paġna dwar l-isfond ta’ l-RA għall-esperti • Websajt: http://hw.osha.europa.eu • Materjali f’lingwi limitati • Rapporti, magażins, ktejjeb fuq il-Premijiet tal-Prattika Tajba, eċċ.

  18. Involvi Ruħek ! • Ippromwovi l-parteċipazzjoni fil-Premijiet tal-Prattika Tajba • Ippromwovi l-kampanja u l-materjal tagħha • Qiegħed l-internet banner fuq il-websajt tiegħek • Uża l-firma-email tal-kampanja • Qassam il-materjal tal-kampanja, l-istqarrijiet ta’ l-istampa u l-aħbarijiet permezz tan-netwerk u l-websajt tiegħek • Uża PPTs, posters, Napo etc. fil-laqgħat tiegħek • Organizza l-avveniment tiegħek għall-kampanja • Il-konferenza, seminar, workshop tiegħek stess • Organizza taħriġ għal/mal-personal tiegħek, fornituri eċċ. • Żviluppa l-attivitajiet tiegħek stess • Ipproduċi video jew DVD dwar l-aħjar prattika • Niedi kompetizzjoni ta’ poster/ritratt • Oħrajn…???

  19. Ikseb rikonoxximent! • Ċertifikat ta’ Parteċipazzjoni • Għall-involviment attiv f’waħda mill-attivitajiet nazzjonali jew ta’ l-UE • L-Istatus ta’ Imsieħeb • Sir imsieħeb uffiċjali tal-kampanja! • Jgħarrfek bħala organizzazzjoni dedikata għas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol • Ikkontrolla l-offerta ta’ l-imsieħba UE-OSHA: http://hw.osha.europa.eu/partners

  20. http://hw.osha.europa.eu Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju

More Related