slide1 n.
Download
Skip this Video
Loading SlideShow in 5 Seconds..
Talb ta’ San Ġorġ Preca PowerPoint Presentation
Download Presentation
Talb ta’ San Ġorġ Preca

Loading in 2 Seconds...

play fullscreen
1 / 64

Talb ta’ San Ġorġ Preca - PowerPoint PPT Presentation


  • 418 Views
  • Uploaded on

Talb ta’ San Ġorġ Preca. NIRB Ħ U L-ĦAŻIN BIT-TAJJEB. Is-Suppervja. I s-suppervja titkeċċa bl- umiltà.

loader
I am the owner, or an agent authorized to act on behalf of the owner, of the copyrighted work described.
capcha
Download Presentation

PowerPoint Slideshow about 'Talb ta’ San Ġorġ Preca' - beverly-baldwin


An Image/Link below is provided (as is) to download presentation

Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author.While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server.


- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - E N D - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
Presentation Transcript
slide5

Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid:“Tifhmu x’għamiltilkom? Intom issejħuli ‘Mgħallem’ u ‘Mulej’,u sewwa tgħidu, għax hekk jien. Mela jekk jien, il-Mulej ul-Imgħallem, ħsiltilkom riġlejkom, għandkom intom ukoll taħslu riġlejn xulxin; għax jien tajtkom mera biex kif għamilt jien, tagħmlu intom ukoll.”(Ġw 13,13-15)

slide6

Mill-ktieb ta’ San Ġorġ Preca, L-Isptar ta’ Kristu:San Pawl jgħallem li minjaħseb li huwa xi ħaġa filwaqt li mhuwa xejn, dan iqarraq bih innifsu. Immela huwa umli min huwa persważli huwamhuwa xejn: u supperv min huwa persważ li huwa xi ħaġa.

slide7

Wieħed jaħseb li huwa xi ħaġa minħabba l-għerf, jew il-ġmieljew minħabba l-kapaċitàjew minħabba r-rikkezzi jew minħabba xi setgħajew minħabba xi don ieħor naturali jew anki sopranaturali u intant hu ma jipperswadix ruħu li xejn ma kien ikollu kieku Alla ma ħalqux u ħallieh fix-xejn tiegħu.

slide8

Żomm tajjeb fik bis-sinċerità li kollox huwa minn

Alla, li kollox mill-ħila ta’ Alla, u kollox għal Alla. Lil Alla waħdu unur u glorja għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

slide9

Ġesù Nazzarenu, Mgħallem wieħed tal-bnedmin, agħtina l-grazzja li ma niddisturbawx lil qalbna bis-sentimenti tas-suppervja. Ammen.

slide11

Mulej ħniena

Mulej ħniena

Mulej ħniena

slide14

Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid:

”’Iblah! Dal-lejl tkun mitlub trodd ruħek: u kulma ħejjejt ta’ min ikun?’ Hekk jiġrilu min jaħżen għalih innifsu u mhux għani ma’ Alla.” (Lq 12, 20-21)

slide15

Minn L-Isptar ta’ Kristu:

L-akbar delitt li sar fid-dinja sar minħabba x-xeħħa. Ġuda ta f’idejn l-għedewwa ta’ Kristu lil Kristu Ġesù nnifsu biex ikun maqtul. L-Ispirtu s-Santu jgħallem li fid-dinja xejn ma hawn aktar ħażin milli wieħed iħobb il-flus.

slide16

X’inhu iktar ħażin minn dan id-delitt li l-Iben t’Alla ġie msallab għall-mewt!

San Pawl jikteb li l-għerq ta’ kull ħażen hija r-regħba għall-flus. Kristu stagħġeb kemm hija ħaġa tqila li jidħlu fis-saltna tas-smewwiet dawk li għandhom il-flus.

slide17

X’jiswew għall-bniedem is-somom kbar ta’ flus ħlief biex wieħed iħares lejhom u li jgħajjat: “Jiena qiegħed nikkonserva dan il-ġid kollu għalħaddieħor?” Tmut u l-werrieta jifirħu!

slide18

Ġesù Nazzarenu, Mgħallem wieħed tal-bnedmin, agħtina l-grazzja li ma nħobbux il-flus għall kbir periklu li fihom tat-telfien ta’ dejjem. Ammen.

slide19

Aħwa tiegħi, nipproponu li ma nibżgħux għal butna biex ninqdew bil-ġid temporali għall­kultura tal-erwieħ.

slide20

Kristu ħniena

Kristu ħniena

Kristu ħniena

slide23

Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid:

”Smajtu dak li ntqal: ‘La tiżnix.’ Imma jien ngħidilkom: Kull min iħares lejn mara biex jixtieqha, diġà għamel adulterju magħha f’qalbu.

slide24

Jekk għajnek il­leminija tfixklek, aqlagħha u armiha bogħod minnek; aħjar għalik li tintilef biċċa waħda minn ġismek, milli ġismek kollu jmur fl-infern.” (Mt 5,27-29)

slide25

Minn Is-Sena tas-Sinjur:

Ibni, xejn la taħseb li xi ħadd jista’ jżomm lilu nnifsu kast mingħajr ma jaħrab l-okkażjoni prossima u mingħajr ma jitlob ‘l Alla l-forza biex jirreżisti kontra l-ġibdiet għall-pjaċiri tal-ġisem.

slide26

Minn ll-Vuċi tal-Kustodju: Bniedem kast, li mingħajr dubju jara l-ġmiel ta’ din il-virtù, biex jgħożżha fih jindokra s-sensi tiegħu u speċjalment l-għajnejn tiegħu, u bi kbira attenzjoni u moderazzjoni jużahom meta jkun jenħtieġ; jimmortifika bis-sawm ‘ilġismu biex iżommu sottomess għad-direzzjoni tar-raġuni.

slide27

Ġesù Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, agħtina l-grazzja li li nindukraw is-sensi tagħna biex int ma toħroġ qatt minn qalbna. Ammen.

slide28

Aħwa tiegħi, nipproponu li ma nitkellmu qatt, lanqas inkantaw, lanqas niktbu, u lanqas nisimgħu ħwejjeġ kontra l-imqaddsa purità.

slide29

Mulej ħniena

Mulej ħniena

Mulej ħniena

slide31

Il-korlatitkeċċa bil-

manswetudni

slide32

Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid:

“Smajtu dak li ntqal: ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna.’ Imma jien ngħidilkom biex ma teqfulux il-ħażin; imma min jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek il-lemini, dawwarlu l-ieħor ukoll, u min irid iħarrkek biex jeħodlok il-libsa, agħtih il-mantar ukoll; u jekk xi ħadd idejqek mil wieħed, mur miegħu tnejn.”(Mt5,38-41)

slide33

MinnTaħdit għat-Tfal: Biex issir manswet l-ewwel nett itlob ‘l Alla li jagħti żgur, b’xhud tan-natura, l-ispirtu t-tajjeb lil min jitlobhulu; agħmilha ma’ nies mansweti, kif jgħid l-Ispirtu s-Santu: ‘Mal-qaddis issir qaddis.’ Keċċi malajr minn moħħok kullħsieb li jinkwetak u li jħawdek u kun dejjem moderat fl­okkupazzjonijiet.

slide34

Żomm dejjem is-silenzju, speċjalment meta inti aġitat, u idra agħder id­debbolizzi u l-miżerji tal-bniedem. Fl-aħħar nett, ġib quddiem għajnejk l-eżempji li ħallewlna l-qaddisin fuq din il-virtù, speċjalment lil Kristu, li minxur fuq is-salib talab għal min sallbu.

slide35

Ġesù Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, agħtina l-grazzja li nkunu bħalek veri ħrief, bogħod mill-korla u mill- vendetti. Ammen.

slide36

Aħwa tiegħi, nipproponu li ma nissaħħnux iżżejjed f’kawża ġusta kontra l-proxxmu.

slide37

Kristu ħniena

Kristu ħniena

Kristu ħniena

slide40

Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid:

“Ħarsu rwieħkom li ma jitqalux bl-ikel żejjed, bis-sokor u bil-ħafna tħassib tal-ħajja, u jiġi fuqkom dak il­jum għal għarrieda, bħal nassa; għax jiġi fuq in­nies kollha ta’ fuq wiċċ l-art kollha. Mela ishru dejjem u itolbu biex ikun jistħoqqilkom taħarbu dan kollu li għandu jiġri u tieqfu quddiem Bin il­Bniedem.”(Lq 2 1,34-36)

slide41

Minn L-Isptar ta’ Kristu:“Kun af li ħadd ma jista’ jgħix ħajja spiritwali jekk ma jgħakkisx il-gula. Dan it-tgħakkis ma jfissirx li inti m’għandekx tiekol jew tixrob, għax dawn huma neċessarji għall-ħajja tal-ġisem, imma jfisser li inti għandek tiekol u tixrob biex tgħix, mhux imma biex tieħu biss gost bl-ikel u bix-xorb.

slide42

Mal-ikel u x-xorb hemm dejjem il-gost bl-ikel u bix-xorb li skont in­natura jagħti għajnuna biex wieħed jinnutrixxi ruħu. L-Ispirtus-Santu jgħallimna li bosta tilfu s-saħħa ta’ ġisimhom bl-ikel u x-xorb iż-żejjed; iżda bil-qies wieħed itawwal il-ħajja tiegħu.

slide43

Ġesù Nazzarenu, Mgħallem wieħed tal-bnedmin, agħtina l-grazzja li sija nieklu, sija nixorbu, sija nagħmlu xi ħaġa oħra, kollox nagħmlu għall- glorja t’Alla. Ammen.

slide44

Aħwa tiegħi, nipproponu li nimxu dejjem fit-tiq tan-nofs, mingħajr eċċessi u mingħajr difetti.

slide45

Mulej ħniena

Mulej ħniena

Mulej ħniena

slide48

Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid:

”Dan hu l-kmandament tiegħi, li tħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien. Imħabba akbar minn din ħadd ma għandu, li jagħti wieħed ħajtu għal ħbiebu.”(Gw 15,12-13).

slide49

Minn L-Isptar ta’ Kristu:Minħabba l-għira, Kajin qatel lilħuh Abel; għall­għira l-Lhud qatlu ‘l-innoċenti Ġesù. U innota fejn twassal l-għira lil min hu marid biha: l-għira hija tant spirtu ħażin li wieħed jifraħ bid-deni tal-proxxmu, waqt li jmissu jibki u jsewwed qalbu; u jiddispjaċih għall- ġid tal-proxxmu, waqt li jmissu jifraħ, kif jgħallimna l-Ispirtu s-Santu: li nifirħu ma’ min hu ferħan u nibku ma’ min hu mbikki.

slide50

Meta tħoss fik l-għira għal xi ħadd, aħseb li dak il­ġid ġie fuqu għax tahulu Alla, u aħseb li kull bniedem huwa ħuk, u li huwa suġġett għas-swied il-qalb, għall-mard u għall-mewt, biex b’hekk tnissel f’qalbek l-imħabba lejh.

slide51

Ġesù Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, agħtina l-grazzja li nabborru b’mod speċjali l-għira, billi nifirħu dejjem bil-ġid u nagħlu bid-deni tal-proxxmu. Ammen.

slide52

Aħwa tiegħi, nipproponu li ma nħallu qatt l-għira ttellifna l-paċi ta’ qalbna.

slide53

Kristu ħniena

Kristu ħniena

Kristu ħniena

slide56

Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid:

”Ja qaddej ħażin u għażżien, taf li jien irrid naħsad fejn ma żrajtx u niġma’ fejn ma xerridx! Kien imissek mela tqiegħed flusi għand il-bankiera biex, meta niġi, nieħu dak li hu tiegħi bl-imgħax”.

slide57

Ħudulu t-talent u agħtuh lil dak li għandu għaxra... u l-qaddej, li mhu tajjeb għal xejn, itfgħuh fid-dlam ta’ barra; hemm ikun hemm biki u tagħżiżta’ snien.”

slide58

Minn L-Isptar ta’ Kristu:

M’għandekx tħallat għażżma’ mistrieħ; il­mistrieħhuwa meħtieġ għas-saħħa u għax­xogħol, filwaqtli l-għażż huwa ta’ ħsara għall­ħajja spiritwali u għall-ħajja temporali.

slide59

Minn Taħdit għat-Tfal:Alla għallem lil Adam biex jitbiegħed mill-għażż meta qallu li bl-għaraq ta’ ġbinu huwa jiekol il­għajxien tiegħu. L-Ispirtu s-Santu jgħallem li l-għażż għallem bosta ħażen u għallem ukoll illi min jgħix għażżien huwa iblah fuq li huwa iblah u barra minn dan jimtela bil-għaks u bil­bżonnijiet.

slide60

Minn L-Isptar ta’ Kristu:

Bniedem bieżel jistmerr id-dnub minħabba l-okkupazzjoni fid-dmir tiegħu; bniedem bieżel jirbaħ kull tfixkil u kull diffikultà li magħhom jiltaqa’ u bil-bżulija tiegħu jippersevera sal-aħħar fil-ħajja t-tajba.

slide61

Ġesù Iben uniġenitu ta’ Alla u tal-verġni Marija, agħtina l-grazzja li ma ngħixu qatt fil-għażż, veru għajn ta’ kull vizzju. Ammen.

slide63

Mulej ħniena

Mulej ħniena

Mulej ħniena