1 / 29

Qari mill- Ktieb tal-Levitiku Lev2 5 , 1. 8 -1 7 R:/ Glorja Lilek Mulej

Qari mill- Ktieb tal-Levitiku Lev2 5 , 1. 8 -1 7 R:/ Glorja Lilek Mulej. Tkun is-sena tal-ġublew għalikom: kull wieħed jerġa’ għal li kellu. Il-Mulej kellem lil Mosè fuq il-muntanja Sinaj u qallu:

Download Presentation

Qari mill- Ktieb tal-Levitiku Lev2 5 , 1. 8 -1 7 R:/ Glorja Lilek Mulej

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktieb tal-Levitiku Lev25,1. 8-17 R:/ Glorja LilekMulej Tkun is-sena tal-ġublew għalikom: kull wieħed jerġa’ għal li kellu.

  2. Il-Mulej kellem lil Mosè fuq il-muntanja Sinaj u qallu: “ Imbagħad tgħodd seba’ gimgħat ta’ snin, seba’ snin għal seba’ darbiet, li jġibu disgħa u erbgħin

  3. sena. U ddoqq it-tromba fl-għaxra tas-seba’ xahar, f’jum l-espjazzjoni, u ssemmgħu t-trombi ma’ artkom kollha. Tqaddsu intom il-ħamsin sena u tniedu

  4. l-ħelsin fl-art lil kull min jgħammar fiha. Tkun is-sena tal-ġublew għalikom: kull wieħed jerga’ għal li kellu u għal ma’ niesu.

  5. Tkun għalikomil-ħamsin sena, is-sena tal-ġublew; la tiżirgħu u lanqas taħsdu milli tnibbet l-art, u anqas tiġbru l-għeneb mid-dwieli bla żbir. Għax hu żmien il-ġublew, żmien

  6. li għandkom tqaddsu, u tieklu mir-raba’ dak li trodd l-art. F’din is-sena tal-ġublew kulħadd jerga’ lura għal li kellu. Meta tbigħ lil għajrek, jew

  7. tixtri mingħandu, tagħfsux lil xulxin. Skont l-għadd tas-snin mill-aħħar ġublew tixtri mingħand għajrek, skont is-snin tal-għadd tal-uċuħ tar-raba’

  8. tiegħek ibegħlek. Aktar ma jkun fadal snin, aktar iżżid fil-ħlas; u inqas ma jkun fadal snin, inqas tħallas, għax għadd ta’ wċuħ ikun qiegħed ibegħlek.

  9. La tagħfsux wieħed lil ieħor, u ibżgħu minn Alla tagħkom, għax jien il-Mulej Alla tagħkom”

  10. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  11. Salm Responsorjali R:/ Ifaħħruk il-popli, o Alla, ifaħħruk il-popli kollha

  12. Iħenn għalina Alla, u jberikna; idawwar għal fuqna d-dija ta’ wiċċu!

  13. Biex jingħarfu fuq l-art triqatek, fost il-ġnus kollha s-salvazzjoni tiegħek.

  14. R:/ Ifaħħruk il-popli, o Alla, ifaħħruk il-popli kollha

  15. Jithennew il-ġnus u jgħannu bil-ferħ, għax trieġi l-poplu bis-sewwa, u l-ġnus fuq l-art inti tmexxihom.

  16. R:/ Ifaħħruk il-popli, o Alla, ifaħħruk il-popli kollha

  17. L-art tat il-frott tagħha; iberikna Alla, Alla tagħna! Iberikna Alla, u tibża’ minnu l-art kollha minn tarf għall-ieħor!

  18. R:/ Ifaħħruk il-popli, o Alla, ifaħħruk il-popli kollha

  19. Hallelujah, Hallelujah Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Hallelujah, Hallelujah

  20. Qari mill-Evanġelju skont San Mattew Mt 14, 1-12 R:/ GlorjalilekMulej Erodi bagħat jaqta’ ras Ġwanni u d-dixxipli tiegħu marru jagħtu l-aħbar lil Ġesù

  21. F’dak iż-żmien, Erodi t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba

  22. f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih!” Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni , u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, martħuhFilippu.

  23. Għax Ġwanni kien jgħidlu: “Inti lil dik ma tistax iżżommha!” Ried kieku joqtlu, imma kien jibża’ min-nies, għax kienu jżommuh bi profeta.

  24. Mela wasal jum li fih Erodi għalaq sninu, u bint Erodja ħarget fin-nofs tiżfen, u għoġbot lil Erodi; għalhekk wegħedha taħt ġurament li jagħtiha kulma titolbu.

  25. U hi, mogħwija minn ommha, qaltlu: “Agħtini issa stess ras Ġwanni l-Battista fuq platt.” Is-sultan tnikket, iżda minħabba l-ġurament

  26. li ħa u l-mistednin tiegħu ordna li tingħatalha. U bagħat jaqta’ ras Ġwanni fil-ħabs. U ġiebu rasu fuq platt u tawha lit-tfajla, u din ħaditha lil ommha.

  27. Imbagħad id-dixxipli tiegħu ġew, ħadu l-ġisem tiegħu u difnuh, u marru jagħtu l-aħbar lil Ġesù.

  28. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  29. ĦSIEB

More Related