slide1 n.
Download
Skip this Video
Loading SlideShow in 5 Seconds..
Qari mill- Ktieb tal-Levitiku Lev2 5 , 1. 8 -1 7 R:/ Glorja Lilek Mulej PowerPoint Presentation
Download Presentation
Qari mill- Ktieb tal-Levitiku Lev2 5 , 1. 8 -1 7 R:/ Glorja Lilek Mulej

Loading in 2 Seconds...

play fullscreen
1 / 29

Qari mill- Ktieb tal-Levitiku Lev2 5 , 1. 8 -1 7 R:/ Glorja Lilek Mulej - PowerPoint PPT Presentation


  • 145 Views
  • Uploaded on

Qari mill- Ktieb tal-Levitiku Lev2 5 , 1. 8 -1 7 R:/ Glorja Lilek Mulej. Tkun is-sena tal-ġublew għalikom: kull wieħed jerġa’ għal li kellu. Il-Mulej kellem lil Mosè fuq il-muntanja Sinaj u qallu:

loader
I am the owner, or an agent authorized to act on behalf of the owner, of the copyrighted work described.
capcha
Download Presentation

PowerPoint Slideshow about 'Qari mill- Ktieb tal-Levitiku Lev2 5 , 1. 8 -1 7 R:/ Glorja Lilek Mulej' - honorato-andrews


An Image/Link below is provided (as is) to download presentation

Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author.While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server.


- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - E N D - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
Presentation Transcript
slide1

Qari mill-Ktieb

tal-Levitiku

Lev25,1. 8-17

R:/ Glorja

LilekMulej

Tkun is-sena

tal-ġublew għalikom: kull

wieħed jerġa’ għal li kellu.

slide2

Il-Mulej kellem lil Mosè fuq il-muntanja Sinaj u qallu:

“ Imbagħad tgħodd seba’ gimgħat ta’ snin, seba’ snin għal seba’ darbiet, li jġibu disgħa u erbgħin

slide3

sena. U ddoqq it-tromba fl-għaxra tas-seba’ xahar, f’jum l-espjazzjoni, u ssemmgħu t-trombi ma’ artkom kollha. Tqaddsu intom il-ħamsin sena u tniedu

slide4

l-ħelsin fl-art lil kull min jgħammar fiha. Tkun

is-sena tal-ġublew għalikom: kull wieħed jerga’ għal li kellu u

għal ma’ niesu.

slide5

Tkun għalikomil-ħamsin sena, is-sena tal-ġublew; la tiżirgħu u lanqas taħsdu milli tnibbet l-art, u anqas tiġbru l-għeneb mid-dwieli bla żbir. Għax hu żmien

il-ġublew, żmien

slide6

li għandkom tqaddsu, u tieklu mir-raba’ dak li trodd l-art.

F’din is-sena tal-ġublew kulħadd jerga’ lura għal li kellu. Meta tbigħ lil għajrek, jew

slide7

tixtri mingħandu, tagħfsux lil xulxin. Skont l-għadd tas-snin mill-aħħar ġublew tixtri mingħand għajrek, skont is-snin

tal-għadd tal-uċuħ

tar-raba’

slide8

tiegħek ibegħlek. Aktar ma jkun fadal snin, aktar iżżid fil-ħlas; u inqas ma jkun fadal snin, inqas tħallas, għax għadd ta’ wċuħ ikun qiegħed ibegħlek.

slide9

La tagħfsux wieħed lil ieħor, u ibżgħu minn Alla tagħkom, għax jien

il-Mulej Alla tagħkom”

slide10

Il-Kelmatal-Mulej.

R:/ IrrodduħajrlilAlla

slide11

Salm Responsorjali

R:/ Ifaħħruk

il-popli, o Alla, ifaħħruk il-popli kollha

slide12

Iħenn għalina Alla, u jberikna;

idawwar għal fuqna d-dija ta’ wiċċu!

slide13

Biex jingħarfu fuq l-art triqatek,

fost il-ġnus kollha

s-salvazzjoni tiegħek.

slide15

Jithennew il-ġnus u jgħannu bil-ferħ,

għax trieġi l-poplu

bis-sewwa,

u l-ġnus fuq l-art inti tmexxihom.

slide17

L-art tat il-frott tagħha; iberikna Alla, Alla tagħna!

Iberikna Alla, u tibża’ minnu

l-art kollha minn tarf għall-ieħor!

slide19

Hallelujah, Hallelujah Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba

s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna

tas-Smewwiet.

Hallelujah, Hallelujah

slide20

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 14, 1-12

R:/ GlorjalilekMulej

Erodi bagħat jaqta’ ras

Ġwanni u d-dixxipli tiegħu marru jagħtu l-aħbar lil Ġesù

slide21

F’dak iż-żmien, Erodi

t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù u lill-qaddejja tiegħu qalilhom:

“Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba

slide22

f’hekk il-qawwa

tal-mirakli qiegħda taħdem fih!”

Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni , u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, martħuhFilippu.

slide23

Għax Ġwanni kien jgħidlu:

“Inti lil dik ma tistax iżżommha!”

Ried kieku joqtlu, imma kien jibża’ min-nies, għax kienu jżommuh bi profeta.

slide24

Mela wasal jum li fih Erodi għalaq sninu, u bint Erodja ħarget fin-nofs tiżfen, u għoġbot lil Erodi; għalhekk wegħedha taħt ġurament li jagħtiha kulma titolbu.

slide25

U hi, mogħwija minn ommha, qaltlu:

“Agħtini issa stess ras Ġwanni l-Battista fuq platt.”

Is-sultan tnikket, iżda minħabba l-ġurament

slide26

li ħa u l-mistednin tiegħu ordna li tingħatalha. U bagħat jaqta’ ras Ġwanni fil-ħabs. U ġiebu rasu fuq platt u tawha lit-tfajla, u din ħaditha lil ommha.

slide27

Imbagħad id-dixxipli tiegħu ġew, ħadu l-ġisem tiegħu u difnuh, u marru jagħtu l-aħbar lil Ġesù.

slide28

Il-Kelma

tal-Mulej

R:/ It-tifħirlilekKristu