1 / 24

Qari mill-ktieb tal-Profeta Ħaggaj . Ħ ag 1, 1-8

Qari mill-ktieb tal-Profeta Ħaggaj . Ħ ag 1, 1-8. Ibnu d-dar, u jien nitgħaxxaq biha. Fit-tieni sena tas-sultan Darju, fis-sitt xahar, fl-ewwel tax-xahar, il-Mulej, permezz tal-profeta Ħaggaj, kellem lill Żerubbabel bin Sijaltijel, gvernatur ta’.

stasia
Download Presentation

Qari mill-ktieb tal-Profeta Ħaggaj . Ħ ag 1, 1-8

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-ktiebtal-ProfetaĦaggaj. Ħag1, 1-8 • Ibnu d-dar, • u jien nitgħaxxaq biha.

  2. Fit-tieni sena tas-sultan Darju, fis-sitt xahar, fl-ewwel tax-xahar, il-Mulej, permezz tal-profeta Ħaggaj, kellem lill Żerubbabel bin Sijaltijel, gvernatur ta’

  3. Ġuda, u li Ġożwè bin Ġeħosadak, il-qassis il-kbir, u qalilhom: “Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: <Dan il-poplu jgħid: It-tempju tal-Mulej għadmawasalluxiż-żmien

  4. li jinbena mill-ġdid!>” U il-Mulej tkellem permezz tal-profeta Ħaggaj u qal: “Jaqaw għalikom huwa issa l-waqt li intom tgħammru fi djarkom

  5. imsaqqfa waqt li din id-dar għadha ħerba? U issa dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: Ġibu quddiem għajnejkom minn xiex għaddejtu! Bosta żrajtu, imma ftit ħżintu; kiltu,

  6. u m’hemmx li tixbgħu; xrobtu, u m’hemmx li • tiskru; ilbistu, u m’hemmx li tisħnu; u l-ħaddiem mikri jqiegħed ħlasu f’but imtaqqab. Dan jgħid • il-Mulej tal-eżerċti: Ġibu

  7. quddiem għajnejkom minn xiex għaddejtu! Itilgħu fuq il-muntanja, ġibu l-injam u ibnu d-dar, u jien nitgħaxxaq biha u nissebbaħ fiha, jgħid • il-Mulej.”

  8. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  9. Salm Responsorjali R:/ Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu

  10. Għannu lill-Mulej għanja ġdida: fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

  11. Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

  12. R:/ Il-Mulejjitgħaxxaqbil-poplutiegħu

  13. Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!

  14. Għax il-Mulej jitagħaxxaq bil-poplu tiegħu, u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

  15. R:/ Il-Mulejjitgħaxxaq bil-poplutiegħu

  16. Bil-glorja jithennew ħbiebu, u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom! It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, dan hu ġieħ għall-ħbieb tiegħu kollha.

  17. R:/ Il-Mulejjitgħaxxaq bil-poplutiegħu

  18. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Hajja, jgħid il-Mulej. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi. Hallelujah, Hallelujah

  19. Qari • Mill-Evanġelju • skont San Luqa • Lq9, 7-9 • R:/ GlorjalilekMulej Lil Ġwanniqtajtlurasu; melamin hudan li fuquqiegħednisma’ dankollu?

  20. F’dak iż-żmien, dawn il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li

  21. oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi. Iżda Erodi qal: “Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu

  22. qiegħed nisma’ dan kollu?” U beda jfittex li jarah.

  23. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  24. ĦSIEB

More Related