l ewwel snin tal kavallieri ta san wann f malta l.
Download
Skip this Video
Loading SlideShow in 5 Seconds..
L-Ewwel Snin tal-Kavallieri ta’ San ?wann f’Malta PowerPoint Presentation
Download Presentation
L-Ewwel Snin tal-Kavallieri ta’ San ?wann f’Malta

Loading in 2 Seconds...

play fullscreen
1 / 13

L-Ewwel Snin tal-Kavallieri ta’ San ?wann f’Malta - PowerPoint PPT Presentation


  • 1848 Views
  • Uploaded on

L-Ewwel Snin tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta. Il-Kavallieri waslu Malta fl-1530 Qabel ġew Malta huma kienu Ġerusalemm, Akkri, Ċipru u Rodi. Il-mexxej tal-Kavallieri kien jissejjaħ il-Granmastru. Meta ġew Malta, il-Granmastru kien L’Isle Adam .

loader
I am the owner, or an agent authorized to act on behalf of the owner, of the copyrighted work described.
capcha
Download Presentation

PowerPoint Slideshow about 'L-Ewwel Snin tal-Kavallieri ta’ San ?wann f’Malta' - elina


An Image/Link below is provided (as is) to download presentation

Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author.While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server.


- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - E N D - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
Presentation Transcript
l ewwel snin tal kavallieri ta san wann f malta
L-Ewwel Snin tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta
  • Il-Kavallieri waslu Malta fl-1530
  • Qabel ġew Malta huma kienu Ġerusalemm, Akkri, Ċipru u Rodi.
  • Il-mexxej tal-Kavallieri kien jissejjaħ il-Granmastru.
  • Meta ġew Malta, il-Granmastru kien L’Isle Adam.

Biex tara l-kumplament tas-slides, ikklikkja dejjem x’imkien fuq l-iscreen tal-kompjuter tiegħek.

il kavallieri jmorru l birgu
Il-Kavallieri jmorru l-Birgu

Il-belt kapitali ta’ Malta fl-1530 kienet l-Imdina.

Billi l-Imdina kienet bogħod mill-baħar, il-Kavallieri marru joqogħdu l-Birgu

Fil-Birgu bnew Sacra Infermeria (sptar)

Bnew ukoll xi bereġ

Huma dawru l-belt tal-Birgu bis-swar.

il birgu
Il-Birgu

Fil-Birgu, il-Kavallieri għamlu ħafna xogħol

Fl-istampi li ġejjin se tara diversi xogħlijiet li l-Kavallieri wettqu bejn l-1530 u l-1566 sakemm iddeċidew li jibnu Belt Ġdida.

Għalhekk nistgħu ngħidu li bejn l-1530 u l-1572, il-Belt Kapitali ta’ Malta kienet il-BIRGU.

il kastell sant an lu
Il-Kastell Sant Anġlu

Fil-ponta tal-peniżola tal-Birgu kien hemm il-Castello a Mare, jew aħjar kif nafuh illum, il-Kastell Sant Anġlu.

Il-Kavallieri mill-ewwel saħħew dan il-kastell, bl-iskop li jiddefendu d-daħla tal-Port il-Kbir.

il manderaggio
Bejn il-Kastell u l-belt tal-Birgu, il-Kavallieri ħaffru MANDERAGGIO jew aħjar mandraġġ.

Hawnhekk il-Kavallieri kienu jdaħħlu x-xwieni tagħhom waqt xi attakk mill-għedewwa.

L-għedewwa tal-Kavallieri kienu t-Torok Ottomani.

Il-Manderaggio
il bere
Il-Bereġ

Il-Kavallieri kellhom tmien lingwi differenti.

Fil-Birgu mill-ewwel ħasbu biex kull lingwa jkollha BERĠA – jew palazz.

Interessanti li fil-Birgu kien hemm ukoll il-Berġa ta’ l-Ingilterra li wara ma reġgħetx inbniet fil-Belt Valletta bħall-bereġ l-oħra.

il collachio
Il-Collachio

Kemm ġewwa Rodi, kif ukoll fil-Birgu il-Kavallieri iddisinjaw COLLACHIO.

Il-Collachio kienet biċċa mill-belt riservata għall-Kavallieri biss.

Fil-Collachio tal-Birgu, wieħed għadu jista’ jara l-Bereġ u s-Sacra Infermeria, jew aħjar l-isptar ta’ l-Ordni.

Dan il-bini fil-Birgu, li qabel kien is-Sacra Infermeria, illum huwa l-kunvent tas-sorijiet Beneditttini tal-Klawsura.

iktar bere
Iktar bereġ

Fil-Collachio, li llum inkesa b’paviment li tassew jixraq lill-belt antika tal-Birgu, nistgħu naraw diversi bereġ.

L-istil arkitettoniku li fuqu nbnew il-bereġ tal-Birgu huwa dak RINAXXIMENTALI.

Fl-istil Rinaxximentali, il-faċċata kienet tinħadem lixxa u mingħajr kumplikazzjonijiet.

is swar tal birgu
Billi l-Kavallieri investew enerġija u flus fil-Birgu, huma dawru l-belt kapitali tagħhom bis-swar.

Sal-lum dawra mal-Birgu għadha turik sensiela ta’ swar tassew b’saħħithom immens.

Is-Swar tal-Birgu
dragut jattakka lil malta
Dragut jattakka lil Malta
  • Test importanti għall-Birgu wasal fl-1551, fi żmien il-Granmastru D’Homedes.
  • Il-mexxej Tork Dragut attakka l-Gżejjer Maltin.
  • Huwa daħal bla xkiel fil-Port ta’ Marsamxett.
  • Niżel l-art, seraq li sab u ħarbat kulma ma setax jieħu miegħu.
  • Il-Birgu pero` ma kellux biex jirbħu.
  • Dragut baqa’ sejjer Għawdex, rebaħ il-gżira u kaxkar lill-popolazzjoni kollha fl-iskjavitu`.
  • Fi triqtu lura lejn id-dar, Dragut rebaħ ukoll Tripli li dak iż-żmien kellha difiża organizzata mill-Kavallieri.
wara dragut
Wara Dragut
  • Wara l-attakk ta’ Dragut, il-Kavallieri ma qatgħux qalbhom imma meddew għonqhom għax-xogħol.
  • Bnew il-Forti Sant Jiermu.
  • Dawru l-Isla bis-swar.
  • Bnew il-Forti San Mikiel fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ l-Isla.
  • Saħħew iktar il-Kastell Sant Anġlu.
l assedju l kbir
L-Assedju l-Kbir
  • Hekk wasalna għall-Assedju l-Kbir ta’ l-1565.
  • Flotta Torka attakkat il-Gżejjer Maltin.
  • Il-Kavallieri u l-Maltin, immexxija mill-Granmastru La Valette, għelbu l-qawwiet Ottomani.
  • L-unika fortizza li rebħu t-Torok kien il-Forti Sant Jiermu.
  • Il-Birgu, l-Isla, il-Kastell Sant Anġlu u l-Forti San Mikiel żammew iebes.
wara l assedju
Wara l-Assedju
  • Il-Birgu ingħata t-titlu li baqa’ jġib sal-lum, CITTA` VITTORIOSA – il-belt qatt mirbuħa.
  • L-Isla ssejħet SENGLEA – għall-Ganmastru La Sengle li bniha.
  • Il-Kavallieri taw bidu għall-bini ta’ belt kapitali ġdida – VALLETTA.
  • Il-pjazza prinċipali tal-Birgu ingħata l-isem ta’ MISRAĦ IR-REBĦA.