1 / 24

Qari mi ll - Ewwel Ittra t a ’ San Pawl Appostlu li t- Tessalonkin

Qari mi ll - Ewwel Ittra t a ’ San Pawl Appostlu li t- Tessalonkin. 1 Tess 5 , 1 -6.9 -1 1. Ġesù Kristu miet għalina, sabiex ngħixu ħaġa waħda miegħu.

shaw
Download Presentation

Qari mi ll - Ewwel Ittra t a ’ San Pawl Appostlu li t- Tessalonkin

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qarimill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlulit-Tessalonkin 1 Tess 5, 1-6.9-11 Ġesù Kristu miet għalina, sabiex ngħixu ħaġa waħda miegħu.

  2. Dwar il-ħin u ż-żmien, ħuti, ma għandix bżonn niktibilkom. Intom tafu sewwa li Jum il-Mulej jiġi għal għarrieda bħal ħalliel billejl. Meta kulħadd jidba jgħid: “Sliem u mistrieħ!”,

  3. dak il-ħin stess, bħall-uġigħ fuq mara li tkun waslet għall-ħlas, tiġi fuqhom għal għarrieda l-qerda u ma jeħilsu b’xejn. Ħuti, intom m’intomx fid-dlam biex Jum il-Mulej

  4. jeħodkom għal għarrieda bħal ħalliel. Intom ilkoll ulied id-dawl u wlied il-jum; aħna m’aħniex ulied il-lejl, anqas ulied id-dlam. Għalhekk ma għandniex norqdu bħall-oħrajn, iżda

  5. nishru u ngħixu bil-qies. Għax Alla ma għażilniex għall-għadab, imma biex niksbu s-salvazzjoni permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu, li miet għalina, sabiex sew jekk inkunu

  6. nishru u sew jekk inkunu rieqda meta jiġi, ngħixu ħaġa waħda miegħu. • Għalhekk farrġu lil xulxin u ibnu lil xulxin, kif qegħdin tagħmlu.

  7. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  8. Salm Responsorjali R:/ Nemmen li għad nara t-tieba tal-Mulej f’art il-ħajjin

  9. Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi; minn min għandi nibża’? Il-Mulej hu l-kenn tiegħi; quddiem min għandi nitwerwer?

  10. R:/ Nemmen li għadnara t-tiebatal-Mulej f’artil-ħajjin

  11. Ħaġa waħda tlabt lill-Mulej, ħaga waħda nfittex: li ngħammar f’dar il-Mulej tul il-jiem kollha ta’ ħajti;

  12. biex nitgħaxxaq bil-ħlewwa tal-Mulej jien u nħares lejn it-tempju tiegħu.

  13. R:/ Nemmen li għadnara t-tiebatal-Mulej f’artil-ħajjin

  14. Nemmen li għad nara t-tieba tal-Mulej f’art il-ħajjin. Ittama fil-Mulej, żomm sħiħ u qawwi qalbek, ittama fil-Mulej.

  15. R:/ Nemmen li għadnara t-tiebatal-Mulej f’artil-ħajjin

  16. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Profeta kbir qam fostna, Alla żar il-poplu tiegħu. Hallelujah, Hallelujah

  17. Qari • Mill-Evanġelju • ta’ San Luqa • Lq4, 31-37 • R:/ GlorjalilekMulej Jiena naf min int: il-Qaddis ta’ Alla

  18. F’dakiż-żmien, Ġesùniżel Kafarnahum, belt tal-Galilija, u f’jum is-Sibt qagħad jgħallem lin-nies, li baqgħu mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax id-diskors tiegħu

  19. kien ta’ wieħed li għandu s-setgħa. U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta’xitan imniġġes, u qabadjgħajjatb’leħen għoli: “Ah! x’għandna x’naqsmu,

  20. Ġesù ta’ Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jiena naf min int: il-Qaddis ta’ Alla!” Imma Ġesù widdbu bis-sħiħ u qallu: “Iskot, u oħroġ minnu!”

  21. Imbagħad l-ispirtu xeħtu fin-nofs u ħareġ minnu bla ma għamillu ħsara. U kulħadd stagħġeb, u bdew jistaqsu wieħed lil ieħor u jgħidu: “Dan xi kliem hu?

  22. Għax hu jordna b’segħta u qawwa lill-ispirti mniġġsa u huma joħorġu?” U l-fama tiegħu xterdet ma’ kullimkien f’dawk l-inħawi kollha.

  23. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  24. ĦSIEB

More Related