210 likes | 439 Views
Kelma tal-Ħajja. Jannar 2012. P R E M E S S A. Bħal kull sena, mit-18 sal-25 ta’ Jannar, f’ħafna partijiet tad-dinja tiġi ċelebrata l- Ġimgħa ta’ Talb għall-għaqda tal-insara, filwaqt li f’partijiet oħra din tiġi ċelebrata f’Għid il-Ħamsin.
E N D
Kelma tal-Ħajja Jannar 2012
P R E M E S S A Bħal kull sena, mit-18 sal-25 ta’ Jannar, f’ħafna partijiet tad-dinja tiġi ċelebrata l-Ġimgħa ta’ Talb għall-għaqda tal-insara, filwaqt li f’partijiet oħra din tiġi ċelebrata f’Għid il-Ħamsin. Il-motto ta’ din il-Ġimgħa ta’ talb għas-sena 2012, meħuda mill-Ittra ta’ San Pawl lill-Korintin (cf 1 Kor 15:51-58)hija: “Ilkoll nitbiddlu permezz tar-rebħa ta’ Sidna Ġesù Kristu”. Nissuġġerixxu għalhekk bħala Kelma tal-Ħajja għal Jannar 2012, dan li Chiara kitbet, li jidhrilna li joqgħod tajjeb għal din il-Ġimgħa tal-talb għall-għaqda.
«Jekk intom irxoxtajtu ma’ Kristu, fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-lemin ta’ Alla.» (Kol 3,1).
Dan il-kliem miktub minn San Pawl lill-komunità ta’ Kolossi, jgħidilna li teżisti dinja li fiha ssaltan imħabba vera, ftehim sħiħ, ġustizzja, sliem, qdusija u ferħ. F’din id-dinja d-dnub u t-taħsir ma jistgħux jidħlu aktar; hi dinja li fiha r-rieda tal-Missier isseħħ dejjem b’mod sħiħ.
Din hija d-dinja ta’ Ġesù. Hu, bil-Qawmien tiegħu mill-mewt, fetħilna beraħ din id-dinja wara li għadda mill-prova iebsa tal-passjoni.
«Jekk intom irxoxtajtu ma’ Kristu, fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-lemin ta’ Alla.» (Kol 3,1).
Aħna, jgħid San Pawl, mhux biss imsejħin biex inkunu ta’ din id-dinja ta’ Kristu, imma diġà nagħmlu parti minnha.
Il-fidi tgħidilna li permezz tal-magħmudija aħna ninsabu fi Kristu u għalhekk nieħdu sehem mill-ħajja tiegħu, mid-doni, mill-wirt, mir-rebħa tiegħu fuq id-dnub u fuq is-setgħa tal-ħażen. Infatti aħna rxuxtajna miegħu.
Imma aħna m’aħniex ta’ din id-dinja ta’ Kristu b’mod sħiħ kif inhuma l-erwieħ qaddisa li diġà temmew il-vjaġġ tagħhom. Fuq kollox m’aħniex ta’ din id-dinja ta’ Kristu l-ħin kollu u għal dejjem.
Diment li sa ma nibqgħu fuq din l-art aħna nibqgħu esposti għal ħafna perikli, diffikultajiet u tentazzjonijiet li jistgħu jġegħluna naħsbuha darbtejn, li jistgħu jwaqqfu l-mixja tagħna, jekk mhux ukoll idawruna lejn toroq oħra qarrieqa.
«Jekk intom irxoxtajtu ma’ Kristu, fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-lemin ta’ Alla.» (Kol 3,1).
Għalhekk nistgħu nifhmu t-talba li San Pawl qiegħed jagħmlilhom: “Fittxu l-ħwejjeġ tas-sema”.
Fittxu mhux li toħorġu materjalment minn din id-dinja, imma spiritwalment. Il-liġijiet u l-passjonijiet tad-dinja ħalluhom warajkom biex tħallu l-ħsibijiet u s-sentimenti ta’ Ġesù jmexxukom.
Infatti “Il-ħwejjeġ tas-sema” jfissru l-liġijiet tas-sema, il-liġi tas-Saltna tas-smewwiet, li Ġesù ġab fuq din l-art u hu jrid li aħna nwettquhom sa minn issa stess.
«Jekk intom irxoxtajtu ma’ Kristu, fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-lemin ta’ Alla.» (Kol 3,1).
Hi tħeġġiġna biex ma nikkuntentawx ruħna b’ħajja medjokri, ħajja mimlija kompromessi u affarijiet magħmula b’nofs qalb, imma biex bil-grazzja t’Alla, ngħixu ħajjitna skont il-liġi ta’ Kristu.
Din il-Kelma tħeġġiġna biex ngħixu u nimpenjaw ruħna billi nagħtu xhieda fl-ambjent tagħna għall-valuri li Ġesù ġabilna fuq din l-art: bħalma huma l-ispirtu ta’ ftehim u ta’ paċi, ta’ qadi lil ħutna, ta’ mogħdrija u maħfra, ta’ onestà, ġustizzja, xogħol magħmul sew, fedeltà, safa, rispett għall-ħajja, eċċ.
Kif nistgħu naraw, il-programm hu mimli daqskemm hi mimlija l-ħajja imma biex ma nibqgħux fis-sħab ejjew f’dan ix-xahar nobdu dik il-liġi ta’ Ġesù li tiġbor fiha l-liġijiet kollha: f’kull wieħed minn ħutna għandna naraw lil Kristu u naqduh.
«Jekk intom irxoxtajtu ma’ Kristu, fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-lemin ta’ Alla.» (Kol 3,1). “Kelma tal-Ħajja”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari. Kitba ta’ Chiara Lubich, f’ġunju 1988 Grafika ta’Anna Lollobis-sehem ta’ Fr. Placido D’Omina (Sqallija, Italja)Dan il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett,u jilħaq miljun ta’ persuni fid-dinjapermezz tal-ġurnali, radju, TV u internet.Għal iżjed tagħrif żurwww.focolare.orgjew ċempel f’wieħed miċ-Ċentri tal-Movment f’Malta: 21 38 58 01 jew 21 48 61 12