1 / 24

Kelma tal- Ħajja

Kelma tal- Ħajja. Novembr u 2008. “ Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja “. ( L q 9,23). Taħsibx li, għax qiegħed fid-dinja, inti tista’ tgħum fiha bħalma ħuta tg ħum fl-ilma.

nizana
Download Presentation

Kelma tal- Ħajja

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Kelmatal-Ħajja Novembru 2008

  2. “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja“. (Lq 9,23)

  3. Taħsibx li, għax qiegħed fid-dinja, inti tista’ tgħum fiha bħalma ħuta tgħum fl-ilma.

  4. Taħsibx li, għax id-dinja tidħol f’darek bir-radju u t-televiżjoni, inti tista’ tisma’ jew tara kull programm.

  5. Taħsibx li, għax iddur mad-toroq tad-dinja, inti tista’ toqgħod tħares kemm trid lejn kull poster u li mill-ħwienet tista’ tixtri kull “magazine” li jiġi għal idejk.

  6. Taħsibx li, għax qiegħed fid-dinja, tista’ tagħmel tiegħek kull stil ta’ ħajja tad-dinja: esperjenzi faċli, immoralità, abort, divorzju, mibegħda, vjolenza, serq.

  7. Le, le. Inti tinsab fid-dinja. Min ma jafux dan? Imma inti m’intix tad-dinja. U dan jagħmel differenza kbira.

  8. Dan ipoġġik fost dawk li jgħixu mhux skond id-dinja, imma skond kif jgħidilhom il-leħen ta’ Alla li hemm fihom.

  9. Dan il-leħen jinsab f’qalb kull bniedem u, jekk tisimgħu, idaħħlek f’saltna li mhijiex ta’ din id-dinja, saltna fejn hemm l-għixien ta’ l-imħabba vera, tal-ġustizzja, tas-safa, tal-umiltà, tal-faqar, saltna fejn il-bniedem għandu kontroll fuqu nnifsu.

  10. Għaliex ħafna żgħażagħ jaħarbu lejn il-pajjiżi tal-Lvant, per eżempju l-Indja, biex isibu xi ftit tas-skiet u jiskopru s-sigriet ta’ ċerti mexxejja spiritwali kbar, li għax għarfu għal ħafna snin jikkontrollaw il-jien tagħhom, minnhom toħroġ imħabba (...) li timpressjona lil kull min jersaq lejhom?

  11. Din hija reazzjoni naturali għall-istorbju tad-dinja, li hemm madwarna u fina, li ma jħallilniex post għas-silenzju biex nisimgħu lil Alla. Imma hemm għalfejn tmur l-Indja, meta elfejn sena ilu Kristu qallek: “iċħad lilek innifsek... iċħad lilek innifsek...”?

  12. Il-ħajja komda u trankwilla mhijiex għalina l-insara; u Kristu ma talbekx u ma jitolbokx inqas minn hekk, jekk inti trid timxi warajh. Id-dinja taħkmek bħal xmara qawwija u inti trid timxi kontra l-kurrent.

  13. Għan-nisrani, id-dinja hi bħal bosk kbir li fih trid toqgħod attent fejn tmidd il-pass.

  14. U minn fejn trid tgħaddi? Fuq il-passi li Kristu stess uriek meta Hu għadda minn din id-dinja: jiġifieri kliemu. Illum Hu qed itennilek:

  15. “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu.“. (Lq 9,23)

  16. Dan forsi jwassal biex ħaddieħor imaqdrek, ma jifhmekx, iwaqqgħek għaċ-ċajt, jaqla’ l-gideb fuqek. Imma dan jagħżlek mill-oħrajn, jistiednek biex taċċetta li taqa’ għaċ-ċajt u biex ma tgħix kristjaneżmu skond il-moda tad-dinja tal-lum. Imma nistgħu ngħidu aktar minn hekk:

  17. “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja“. (Lq 9,23)

  18. Trid jew ma tridx, it-tbatija tqarras il-ħajja ta’ kulħadd. Anki ’l ħajtek. U tbatijiet żgħar jew kbar kuljum ikollna minnhom. Trid taħrabhom? Tirribella? Titkellem ħażin? Int m’intix nisrani.

  19. Għalkemm bid-dmugħ f’għajnejh, in-nisrani jħobb is-salib, iħobb it-tbatija, għax jaf li dawn fihom valur. Mhux għalxejn li fost il-ħafna mezzi li Alla seta’ juża biex isalva ’l-bniedem, Hu għażel it-tbatija.

  20. Imma ftakru, wara li ġarr is-salib u kien imsallab fuqu, Hu qam mill-mewt.

  21. Il-qawmien mill-mewt huwa d-destin tiegħek ukoll, jekk minflok ma tiddisprezza t-tbatija li titlob minnek il-ħajja ta’ veru nisrani, u kull tbatija oħra, int tagħraf taċċettaha b’imħabba.

  22. Tħoss allura li s-salib hu t-triq li minn din il-ħajja stess twasslek għal ferħ li qatt ma ħassejt qabel. Il-ħajja tar-ruħ tiegħek tibda tikber: is-saltna t’Alla fik tissaħħah u bil-mod il-mod tgħib il-ġibda lejn id-dinja, li tibda taraha tat-tiben. U ma jkollok għira għal ħadd. Imbagħad tkun tista’ tissejjaħ segwaċi ta’ Kristu:

  23. “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja“. (Lq 9,23)

  24. U, bħal Kristu li qed timxi warajh, tkun dawl u mħabba għall-oħrajn fit-tbatijiet bla għadd li qed jifnu ’l-bnedmin tal-lum. “Kelma tal-Ħajja”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari. Kitba ta’ Chiara Lubich (1978) Grafika ta’ Anna Lollobis-sehem ta’ Fr. Placido D’Omina (Sqallja - Italja)

More Related