zmien pre istoriku n.
Download
Skip this Video
Download Presentation
ZMIEN PRE-ISTORIKU

Loading in 2 Seconds...

play fullscreen
1 / 9

ZMIEN PRE-ISTORIKU - PowerPoint PPT Presentation


  • 1304 Views
  • Uploaded on

ZMIEN PRE-ISTORIKU. Agius 1 Neon. Il-fdalijiet li ħallewlna n-nies tal-pre-istorja juru li dawn in-nies minn dejjem kienu biżlin u li kienu ta' sengħa kbira. Il-kwalita' tal-fdalijiet turina li forsi f'xi żminijiet kienu jgħixu aħjar milli fi żminijiet oħra.

loader
I am the owner, or an agent authorized to act on behalf of the owner, of the copyrighted work described.
capcha
Download Presentation

PowerPoint Slideshow about 'ZMIEN PRE-ISTORIKU' - marlon


Download Now An Image/Link below is provided (as is) to download presentation

Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author.While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server.


- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - E N D - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
Presentation Transcript
zmien pre istoriku

ZMIEN PRE-ISTORIKU

Agius 1 Neon

slide2
Il-fdalijiet li ħallewlna n-nies tal-pre-istorja juru li dawn in-nies minn dejjem kienu biżlin u li kienu ta' sengħa kbira.
  • Il-kwalita' tal-fdalijiet turina li forsi f'xi żminijiet kienu jgħixu aħjar milli fi żminijiet oħra.
  • Per eżempju, ix-xogħol magħmul fi żmien ir-Ram (il-bini, it-tinqix, il-fuħħar u t-tpinġijiet fuqu) kien bil-qabda aħjar minn dak li sar fi żmien il-Bronż, anke jekk dan ġie aktar tard.
x inhi arkeologija
X’inhi Arkeologija?
  • X'inhi Arkeoloġija?
  • L-arkeoloġija hija l-istudju ta' affarijiet u fdalijiet antiki. Permezz ta' dan l-istudju, arkeoloġisti u studjużi oħra ta' l-istorja jkunu jistgħu jifhmu kif kienu jgħixu n-nies fl-antik.
  • Dan huwa importanti ħafna speċjalment fl-istudju tal-Pre-istorja. Billi f'dak iż-żmien il-bniedem kien għadu ma vvintax il-kitba, ma ħallilna xejn bil-miktub dwar kif kien igħix u x'kien jagħmel.
  • Għaldaqstant, l-arkeoloġisti jistgħu jobsru biss kif kien igħix il-bniedem f'dak iż-żmien mill-fdalijiet ta' l-oġġetti li ħalla warajh.
  • Din mhijiex dejjem xi ħaġa faċli. Ħafna drabi, l-arkeoloġisti jridu jħaffru biex ikunu jistgħu isibu dawn il-fdalijiet. Bil-mogħdija taż-żmien, fdalijiet ta' djar, u l-oġġetti fihom, jintradmu taħt l-art. Barra minn dan, hemm ukoll l-oqbra, li fihom kienu jitħallew ukoll ħafna oġġetti.
  • Meta jsibu dawn l-affarijiet, l-arkeoloġisti jkunu jistgħu jistudjawhom sewwa, jiktbu kotba fuq il-ħajja ta' l-imgħoddi u jpoġġu l-fdalijiet f'mużewijiet biex ikun jista' jarahom il-pubbliku.
x inhuma fossili
X'inhuma fossili?
  • Fossili huma għadam ġebli: għadam jew qxur ta' annimali mejta li matul miljuni jew eluf ta' snin jibbiesu u jsiru ġebel.
  • Kif isir l-għadam ġebli? Jinstab l-aktar f'ġebel sedimentarju (ġebel li xi darba kien ramel, iżda maż-żmien ibbies u sar ġebel iebes).
  • Meta l-ġisem ta' l-annimal il-mejjet jispiċċa, jibqgħu biss l-għadam, li jitgħattew ftit ftit bir-ramel u t-tajn.
  • It-tajn biż-żmien jibbies u jsir ġebla. Minħabba f'hekk l-għadam jibbies u jsir ġebla wkoll.
  • Ħafna drabi dan il-ġebel jitgħatta b'ħafna saffi ta' ġebel ieħor li jinġabar fuqu aktar tard matul iż-żminijiet. Xi kultant ikun hemm bżonn it-tħaffir biex il-fossili jitilgħu fil-wiċċ, iżda drabi oħra ċ-ċaqliq ta' l-art stess matul is-sekli jista' jerġa' jikxifhom, speċjalment f'irdumijiet u viċin il-baħar u xmajjar.
fossili ta annimali misjuba f g ar dalam
Fossili ta' annimali misjuba f'Għar Dalam
  • Din hija lista ta' annimali antiki li l-fossili u l-fdalijiet tagħhom instabu f'Għar Dalam:
  • o- Bebbux ta' l-art
  • o- Ċinji
  • o- Ċriev nani (2 tipi)
  • o- Fkieren ta' l-art kbar (2 tipi)
  • o- Fkieren ta' l-ilma ħelu
  • o- Graw
  • o- Gremxula kbira
  • o- Ġrieden ta' denbhom pjuma
  • o- Ġrieden ta' geddumhom twil
  • o- Ippopotami (2 tipi)
  • o- Ljunfanti nani (3 tipi)
  • o- Lpup
  • o- Lutri
  • o- Orsijiet
  • o- Rospi
  • o- Volpijiet
l ewwel nies f malta
L-Ewwel nies f'Malta
  • Il-pre-istorja (li tfisser 'żmien qabel l-Istorja') huwa dak iż-żmien meta l-bniedem kien għadu ma vvintax il-kitba, u għalhekk ma kien iħalli l-ebda rikordju bil-miktub ta' dak li kien jagħmel u jgħaddi minnu.
  • Għalhekk dwar in-nies tal-pre-istorja nafu biss dak li ħallew bħala fdalijiet ta' bini u oġġetti li kienu jagħmlu. Dawn il-fdalijiet isibuhom u jistudjawhom l-arkeoloġisti. Arkeoloġist Malti famuż kien Sir Temi Zammit.
  • In-nies tal-pre-istorja għall-bidu kienu jgħixu fl-għerien. Biż-żmien, bdew jibnu djar sempliċi, bħal dawk li nistgħu naraw fi Skorba, fl-inħawi ta' l-Imġarr.
zmien in neolitiku
Zmien in-Neolitiku
  • Il-kelma Neolitiku ġejja minn 'neo' (ġdid) u 'lithos' (ħaġar), u tfisser iż-Żmien il-Ġdid tal-Ħaġar.
  • L-ewwel nies li ġew hawn Malta x'aktarx kienu minn Sqallija, u ġew fiż-żmien Neolitiku.
  • Dan iż-żmien jissejjaħ hekk għaliex il-ħaġar (l-aktar iż-żnied) kien fost il-materja prima li bihom in-nies kienu jagħmlu l-oġġetti u l-għodda tagħhom.
  • Barra miż-żnied, kienu jagħmlu l-għodod mill-injam, għadam, xewk jew qrun ta' l-annimali u anka mill-ġebel tal-vulkan.
  • Dawn in-nies tgħallmu wkoll jużaw il-fuħħar. Kienu jagħmlu bwieqi tal-fuħħar, li ħafna drabi kienu jżejnu b'ħafna disinji, dritti, mgħawġin jew fit-tond.
  • In-nies taż-żmien Neolitiku bdew ukoll jaħdmu fil-biedja, billi tgħallmu kif jiżirgħu u jaħsdu, kif ukoll irabbu l-annimali.
mien ir ram
Żmien ir-Ram
  • Forsi huwa aktar f'loku li dan iż-żmien jissejjaħ żmien it-Tempji, għal żewġ raġunijiet:
  • (1) Għadu mhux daqshekk ċert in-nies f'dan iż-żmien kinux tassew jużaw ir-ram;
  • (2) Huwa f'dan iż-żmien li nbnew ħafna tempji megalitiċi.
  • Fil-fatt l-akbar fdalijiet ta' dan iż-żmien li għandna fil-gżejjer Maltin huma t-tempji ta' Ħaġar Qim, l-ipoġew ta' Ħal Saflieni u t-tempji tal-Ġgantija, f'Għawdex.
  • Minn dan iż-żmien instabu wkoll fit-tempji ħafna statwi, żgħar u kbar, bil-figura ta' mara ħoxna. Din x'aktarx kienet meqjusa bħala l-alla tal-fertilita'.
mien il bron
Żmien Il-Bronż
  • Il-fdalijiet li nstabu ta' dan iż-żmien huma fdalijiet ta' gwerra, bħal skieken u armi oħrajn. Għalhekk hawn min jaħseb li f'dan iż-żmien il-bniedem kien igħix f'ħafna taqlib.
  • Mill-fdalijiet li baqa' ma jidhirx li din iċ-ċivilta' kienet kbira daqs dik ta' qabilha (ta' żmien it-tempji megalitiċi). Dan nistgħu narawh minn ħafna affarijiet bħal:
  • (1) Il-fuħħar tagħhom ma kienx imżejjen daqshekk sabih bħal dak ta' żmien ir-Ram;
  • (2) Kienu jidfnu lill-mejtin tagħhom f'oqbra li kienu nbnew minn-nies ta' żmien ir-Ram.
  • Aktar milli għat-tempji, dawn in-nies huma magħrufin għall-fortifikazzjonijiet li ħallew, bħal dawk ta' Borġ in-Nadur, il-Baħrija u Birżebbuġa.
  • In-nies ta' żmien il-Bronż kienu l-aħħar nies tal-pre-istorja ta' Malta, għaliex kien f'dan iż-żmien li Malta bdew jiġu jżuruhom il-Feniċi biex jagħmlu l-kummerċ magħhom. Il-Feniċi kienu jafu jiktbu, u malli bdew jgħallmu l-kitba tagħhom lill-Maltin, f'Malta spiċċat il-pre-istorja u bdiet l-istorja.