80 likes | 298 Views
IEQAF, AHSEB U AGIXXI !!!. Klieb. Dawn il-klieb jiġu mġiegħla jiġġieldu sal-mewt. Is-sidien tagħhom ikesksuhom għall-klieb oħra. Wara l-ġlieda wħud mill-klieb imutu, oħrajn ikunu muġugħa serjament u oħrajn jiġu mqatta’ fi bċejjeċ biex jingħataw ikel lil klieb oħra.
E N D
IEQAF, AHSEB U AGIXXI !!!
Klieb Dawn il-klieb jiġu mġiegħla jiġġieldu sal-mewt. Is-sidien tagħhom ikesksuhom għall-klieb oħra. Wara l-ġlieda wħud mill-klieb imutu, oħrajn ikunu muġugħa serjament u oħrajn jiġu mqatta’ fi bċejjeċ biex jingħataw ikel lil klieb oħra.
Il-Fniek,Qtates,Papri u Nagħaġ Numru ieħor ta’ annimali domestiċi qed jiġu mrobbija biex fuqhom isiru esperimenti kiefra. Eżempju l-fniek u l-qtates jintużaw fil-laboratorji ta’ l-estetika u fuqhom jippruvaw ghadd ta’ ‘shampoos’, creams u kimika oħra. Annimali oħra jmutu intortament wara li jinjettawlhom mard varju biex jippruvaw mediċina esperimentali fuqhom.
Il-Baqra u Barrin Apparti li jinqatlu għall-ikel, il-baqra jew barirn jispiċċaw bħala mira tad- divertiment f’ċertu pajjiżi tad-dinja bħall-Amerika, Latina u Spanja. Fl-Amerika Latina jsiru dawk li nsejħulhom ‘rodeos’, fejn n-nies jikkompetu biex jaqbdu, ikaxkru, jirkbu u jsawwtu baqar u barrin. Fi Spanja fil- ‘corrida’ ta’ spiss jinqatlu għadd ta’ barrin bl-aktar mod makabru.
Il-Ħniezer Fil-biċċerja, il-ħnieżer jinqatlu billi jingħataw xokk qawwi u filwaqt li qalbhom tkun għadha tħabbat, il-biċċier iħanxrilhom għonqhom u jħallihom jiżvinaw.
L-Annimali taċ- Ċirku Apparti li jneħħuhom mill- ambjent naturali tagħhom, dawn jinżammu dejjem magħluqa f’gaġġeg u jivjaġġaw minn post għall-iehor bla waqfien. Biex jitgħallmu l-passi għax shows jingħataw swat, xokkijiet elettrici u anke jitħallew bla ikel.
Fl-aħħar iżda żgur mhux l-anqas insibu l-annimali li jgħixu fl-ambjent naturali tagħhom iżda li jinqabdu u jinqatlu minħabba l-ġilda tagħhom. Fl-istampi naraw il-foki (seals) li dawn f’anqas minn ġimgħatejn mit-twelid tagħhom jinqabdu billi kaċċaturi jagħtuhom daqqiet fuq rashom biex jitilfugħhom minn sensihom u jqaxxrulhom il-ġilda waqt li jkunu ħajjin u għalhekk jispiċċaw imutu bil-bard.
Grazzi ta’ l-attenzjoni tagħkom, Ryan Cilia – Form 2.1