1 / 25

Data | Titlu tal-avveniment

Parteċipazzjoni tal-ħaddiema Kampanja 2012-13 għall-Postijiet tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-saħħa Part eċipazzjoni fis-Sigurtà u s-Saħħa Okkupazzjonali. Data | Titlu tal-avveniment.

Download Presentation

Data | Titlu tal-avveniment

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Parteċipazzjoni tal-ħaddiemaKampanja 2012-13 għall-Postijiet tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-saħħaParteċipazzjoni fis-Sigurtà u s-SaħħaOkkupazzjonali Data | Titlu tal-avveniment

  2. Għan ġenerali: il-ġestjoni ta’ riskju ewlieni għal negozju bi prestazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà ta’ livell għoli Prinċipji essenzjali għall-kisba ta’ prestazzjoni għolja fis-saħħa u s-sigurtà: • Sistema ta’ ġestjoni bbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskji • Implimentazzjoni permezz ta’: ippjanar, twassil, monitoraġġ u reviżjoni • Tmexxija b’saħħitha u attiva mill-persunal ta’ fuq • Parteċipazzjoni tal-ħaddiema

  3. Kultura ta’ saħħa u sigurtà bbażata fuq it-tmexxija u l-parteċipazzjoni hija: Kultura li fiha kulħadd jaċċetta d-drittijiet, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tiegħu fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà u kulħadd jaħdem flimkien sabiex jiġu evitati ħsara għas-saħħa u korrimenti It-tmexxija tmur id f’id mal-parteċipazzjoni. Ġestjoni minn fuq għal isfel: • Trid turi impenn għas-saħħa u s-sigurtà • Hija responsabbli għall-ħolqien tal-kundizzjonijiet għas-sħubija u l-parteċipazzjoni Mingħajr tmexxija tajba, il-parteċipazzjoni ma tirnexxix.

  4. Xi tfisser parteċipazzjoni tal-ħaddiema? (1) Parteċipazzjoni bażika tal-ħaddiema tinkludi: • L-għoti ta’ informazzjoni • L-għoti ta’ struzzjoni u taħriġ • Konsultazzjoni mal-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom Dawn huma obbligi legali fl-Istati Membri kollha.

  5. Xi tfisser parteċipazzjoni tal-ħaddiema? (2) Il-parteċipazzjoni sħiħa u ġenwina tal-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom fil-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà tmur lil hinn mis-sempliċi informar, taħriġ u konsultazzjoni. • Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom jitħallew u jiġu mħeġġa jieħdu sehem fit-teħid ta’ deċiżjonijietdwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. • Hemm komunikazzjoni ’l fuq effettiva:il-ħaddiema jinstemgħu u tittieħed azzjoni fuq dak li jgħidu. • Ir-relazzjonijiet bejn l-impjegati u l-ħaddiema huma bbażati fuq kollaborazzjoni, fiduċja u rispett u sejbien ta’ soluzzjonijiet għall-problemi b’mod konġunt. Dan għandu l-akbar potenzjal għal titjib fis-saħħa u s-sigurtà.

  6. Proċess bidirezzjonali L-involviment tal-ħaddiema fis-saħħa u s-sigurtà huwa sempliċiment proċess bidirezzjonali fejn int u l-impjegati/ir-rappreżentanti tal-impjegati tiegħek: • Titkellmu ma’ xulxin • Tisimgħu t-tħassib ta’ xulxin • Tqajmu punti ta’ tħassib u ssolvu l-problemi flimkien • Tfittxu u taqsmu l-fehmiet u l-informazzjoni • Tiddiskutu l-kwistjonijiet fil-ħin • Tikkunsidraw dak li kulħadd għandu xi jgħid • Tieħdu deċiżjonijiet flimkien

  7. Benefiċċji għall-ġestjoni tas-sigurtà u s-saħħa Il-kollaborazzjoni mal-impjegati tipprovdi għajnuna essenzjali lill-impjegaturi sabiex jamministraw is-saħħa u s-sigurtà b’mod prattiku billi: • Iżżid ir-riżorsi li għandhom għad-dispożizzjoni • Tgħin fl-identifikazzjoni tar-riskji fuq ix-xogħol • Tiżgura li l-kontrolli tas-saħħa u s-sigurtà jkunu prattiċi • Iżżid il-livell ta’ impenn għal dawn il-kontrolli u għall-ħidma b’mod sigur u li jġib is-saħħa ’l quddiem

  8. Il-liġi Il-konsultazzjoni tal-ħaddiema hija fil-qalba tal-liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà minħabba l-importanza tagħha fil-prevenzjoni ta’ riskji u fis-sejbien ta’ soluzzjonijiet effettivi. Bħala parti mill-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà, fl-Ewropa hemm obbligi legali minimi għall-impjegaturi sabiex: • Jipprovdu informazzjoni lill-ħaddiema • Jipprovdu struzzjoni u taħriġ lill-ħaddiema • Jikkonsultaw lill-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom Il-leġiżlazzjoni u l-prattiki nazzjonali jistabbilixxu l-obbligi speċifiċi.

  9. Id-Direttiva ‘Qafas dwar l-OSH’ 89/391 tistabbilixxi rekwiżiti minimidwar il-konsultazzjoni tal-ħaddiema (1) L-impjegaturi jridu jikkonsultaw lill-ħaddiema u/jew lir-rappreżentanti tagħhom u jippermettulhom jieħdu sehem fid-diskussjonijiet dwar il-mistoqsijiet kollha relatati mas-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol. Iridu: • Jirrispettaw id-dritt tagħhom li jressqu proposti • Jorganizzaw il-parteċipazzjoni bbilanċjata tagħhom

  10. Id-Direttiva ‘Qafas dwar l-OSH’ 89/391 tistabbilixxi rekwiżiti minimidwar il-konsultazzjoni tal-ħaddiema (2) Il-ħaddiema jridu jiġu kkonsultati dwar: • Kwalunkwe miżura li tista’ taffettwa s-sigurtà u s-saħħa b’mod sostanzjali • Il-ħatra ta’ ħaddiema responsabbli mis-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali u t-tħaddim ta’ servizzi esterni • Informazzjoni li għandha x’taqsam mal-valutazzjoni tar-riskji u l-gruppi ta’ ħaddiema esposti għar-riskji, inkluża konsultazzjoni dwar : • Miżuri protettivi • Lista ta’ aċċidenti u inċidenti serji li jistgħu jiġu rraportati lill-awtoritajiet • Taħriġ dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali għall-ħaddiema

  11. Id-Direttiva ‘Qafas dwar l-OSH’ 89/391 tistabbilixxi rekwiżiti minimidwar il-konsultazzjoni tal-ħaddiema (3) Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom id-dritt li jitolbu lill-impjegatur sabiex jieħu l-miżuri xierqa għas-saħħa u s-sigurtà. L-impjegaturi jridu jipprovdu lir-rappreżentanti tal-ħaddiema: • b’ħin imħallas bla xogħol, u jipprovdulhom mezzi sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom • bl-opportunità li jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom matul l-ispezzjonijiet mill-awtoritajiet Il-liġi u l-prattiki nazzjonali jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi dwar l-għoti ta’ informazzjoni u l-konsultazzjoni, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-kumitat għas-sigurtà.

  12. Arranġamenti għal parteċipazzjoni (1) Il-parteċipazzjoni trid tkun sistematika, konsistenti u ppjanata. Huwa essenzjali li tiġi żgurata parteċipazzjoni ġenwina u effettiva matul il-valutazzjoni tar-riskji. Il-parteċipazzjoni ma għandhiex għalfejn tkun ikkomplikata. Tista’ ssir: • Permezz tar-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-kumitati għas-sigurtà • Bl-użu ta’ gruppi ta’ ħidma għall-indirizzar ta’ problemi speċifiċi • Matul it-taħriġ – il-ħaddiema jiġu megħjuna sabiex joffru l-fehmiet tagħhom dwar il-kwistjonijiet li jkunu qiegħdin jiġu diskussi.

  13. Arranġamenti għal parteċipazzjoni (2) Il-komunikazzjoni wiċċ imb’wiċċ u l-kummenti jistgħu jsiru billi: • Jiġu stabbiliti proċeduri ta’ rapportar għal korrimenti, kważi korrimenti, eċċ. u jingħataw kummenti dwar l-ideat sabiex jittejbu s-saħħa u s-sigurtà • Jiġu inklużi s-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali f’laqgħat ‘tool box’, sessjonijiet ta’ tagħrif, laqgħat tad-dipartimenti/timijiet, permezz ta’ intranet tal-organizzazzjoni, skemi ta’ ideat, eċċ. • Jitwettqu stħarriġ u studji oħrajn

  14. Arranġamenti għal parteċipazzjoni (3) Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema kontra parteċipazzjoni diretta tal-impjegati : • Parteċipazzjoni diretta tal-ħaddiema u r-rappreżentanti tal-ħaddiema mhumiex alternattivi iżda approċċi differenti li għandhom jitħalltu flimkien bl-aktar mod effettiv possibbli • Sistema ta’ rappreżentanti tal-impjegati li jistgħu jwasslu l-fehmiet tal-kollegi tagħhom hija mod effettiv ta’ kif jiġu involuti l-impjegati kollha fis-saħħa u s-sigurtà L-obbligi dwar ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-istruttiuri formali bħall-kumitati għas-sigurtà huma stabbiliti mil-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali.

  15. Fatturi ta’ suċċess (1) Tmexxija li turi impenn favur id-djalogu u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema: • Approċċ miftuħ • Dejjem jingħataw kummenti • Jingħata biżżejjed żmien • Il-ħaddiema jitħeġġu jinvolvu ruħhom, anki bħala rappreżentanti tal-ħaddiema Li tuża taħlita ta’ metodi formali u informali Fejn kulħadd jitħalla jieħu sehem... ħaddiema bix-xift, ħaddiema part-time, ħaddiema mid-dar, eċċ.

  16. Fatturi ta’ suċċess (2) Parteċipazzjoni sistematika fil-proċess kollha ta’ ġestjoni tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali L-għoti ta’ taħriġ lill-maniġers, is-superviżuri u r-rappreżentanti tal-ħaddiema Kultura li fiha s-saħħa u s-sigurtà huma integrati fir-rwoli ta’ kulħadd

  17. Konklużjoni (1) • Parteċipazzjoni sħiħa tal-ħaddiema: • Teħtieġ komunikazzjoni u konsultazzjoni effettivi, fiduċja u rispett, kollaborazzjoni u sħubija, taħdit, smigħ u kooperazzjoni

  18. Konklużjoni (2) • Benefiċċji ta’ parteċipazzjoni tajba tal-ħaddiema: • Tagħmel l-aħjar użu mill-għarfien ta’ kulħadd • Iġġib benefiċċji tan-negozju f’termini ta’ rati aktar baxxi ta’ korrimenti • Tirriżulta b’mod frekwenti fi produttività, kwalità u effiċjenza miżjuda • Impenn akbar mill-impjegati • Kooperazzjoni akbar • Sejbien ta’ soluzzjonijiet għall-problemi b’mod konġunt

  19. Kampanji bbażati fuq in-netwerk 19 • Saħħa ewlenija: punti ċentrali nazzjonali u netwerks tripartiti. Iżda anki … l-involviment ta’ partijiet interessati/imsieħba oħrajn • Imsieħba uffiċjali tal-kampanja (organizzazzjonijiet Pan-Ewropej) inklużi msieħba soċjali, NGOs, federazzjonijiet u netwerks settorjali, kumpaniji privati • Istituzzjonijiet tal-UE inklużi l-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament tal-UE, ir-rappreżentazzjonijiet tal-UE, l-aġenziji tal-UE, in-Netwerk Ewropa tal-Intrapriżi

  20. Kif tieħu sehem? 20 • Il-kampanja hija miftuħa għall-individwi u l-organizzazzjonijiet kollha. Tista’ tieħu sehem billi: • Tqassam informazzjoni u materjali dwar il-kampanja • Tipparteċipa f’wieħed mill-ħafna avvenimenti, konferenzi, kompetizzjonijiet, kampanji ta’ reklamar – li jsiru matul il-kampanja • Torganizza l-attivitajiet tiegħek stess

  21. Offerta ta’ sħubija fil-kampanja 21 Anki l-organizzazzjonijiet Pan-Ewropej jistgħu japplikaw sabiex isiru imsieħba tal-kampanja. L-Aġenzija toffri: • Ċertifikat ta’ sħubija • Pakkett sabiex tagħti merħba • Promozzjoni fil-livell tal-UE u fil-midja • Pjattaforma ta’ Komunikazzjoni Online • Sezzjoni fuq il-web għall-imsieħba

  22. Premji Ewropej għall-Aħjar Prattiki 22 • Jirrikonoxxu l-kontribuzzjonijiet straordinarji u innovattivi • Iħeġġu lill-maniġers u lill-ħaddiema sabiex jaħdmu flimkien • Itejbu s-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol • L-Istati Membri tal-UE, iż-ŻEE, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija • Żewġ kategoriji: • Il-postijiet tax-xogħol li jħaddmu inqas minn 100 ruħ • Dawk b’100 ħaddiem jew aktar • Ir-rebbieħa magħżula mill-applikazzjonijiet sottomessi mill-punti ċentrali nazzjonali http://osha.europa.eu/mt/campaigns/competitions/index_html

  23. Riżorsi 23 • Gwida dwar il-kampanja • Gwidi prattiċi għall-ħaddiema u l-maniġers • Eżempji tal-aħjar prattika • Aħbarijiet dwar avvenimenti tal-kampanja • Preżentazzjonijiet u vidjos animati • Kollha disponibbli f’24 lingwa www.healthy-workplaces.eu

  24. Dati importanti 24 • Tnedija tal-kampanja 18 ta’ April 2012 • Ġimgħat Ewropej għas-Sigurtàu s-Saħħa fuq ix-XogħolOttubru 2012 u 2013 • Ċeremonja tal-Premji għall-PrattikiTajbin April 2013 • Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħolli Jġibu ’l Quddiem is-SaħħaNovembru 2013

  25. Aktar informazzjoni 25 • Żur il-websajt tal-kampanjawww.healthy-workplaces.eu • Sabiex issir taf aktar dwar avvenimenti u attivitajiet f’pajjiżek, ikkuntattja l-punt ċentrali nazzjonali tiegħek www.healthy-workplaces.eu/fops

More Related