1 / 25

Il-Baħar l-Aħmar sar triq bla tfixkil, u kienu qishom ħrief jaqbżu waqt il kienu jfaħħruk .

Qari mill- Ktieb tal - Għerf Għerf 18 , 14-16; 19, 6-9. Ktieb tal -G ħ erf. Il-Baħar l-Aħmar sar triq bla tfixkil, u kienu qishom ħrief jaqbżu waqt il kienu jfaħħruk. Waqt li ħemda ta’ kwiet kienet taħkem fuq kollox, u l-lejl kien jaqbeż nofs

alban
Download Presentation

Il-Baħar l-Aħmar sar triq bla tfixkil, u kienu qishom ħrief jaqbżu waqt il kienu jfaħħruk .

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktiebtal-Għerf Għerf18, 14-16; 19, 6-9 Ktiebtal-Għerf Il-Baħar l-Aħmar sar triq bla tfixkil, u kienu qishom ħrief jaqbżu waqt il kienu jfaħħruk.

  2. Waqt li ħemda ta’ kwiet kienet taħkem fuq kollox, u l-lejl kien jaqbeż nofs il-mixja tiegħu, il-kelma setgħana tiegħek mit-tron tas-sultan tas-sema, niżlet bħal ġellied qalil, f’nofs

  3. dik l-art misħuta, bix-xabla misnuna tad-digriet tiegħek li dejjem sod. Kif waslet, kullimkien imliet bl-imwiet; kienet għadha tmiss mas-sema, hi u miexja fuq l-art.

  4. Il-ħolqien kollu b’kulma fih sar mill-ġdid, biex waqt li joqgħod bil-qima għall-ordnijiet tiegħek, l-ebda ħsara ma ssir lil uliedek. Sħaba tefgħet dell fuq

  5. il-kamp tagħhom, art niexfa dehret ħierġa minn fejn qabel kien hemm l-ilma, triq bla tfixkil minn ġol-Baħar l-Aħmar, u art tħaddar flok ilmijiet qawwija. Minn hemm

  6. għadda l-poplu kollu taħt kenn idek, wara li ra għemejjel tal-għaġeb. Kienu qishom żwiemel jirgħu u ħrief jaqbżu waqt li kienu jfaħħruk, Mulej, li ħlisthom.

  7. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  8. Salm Responsorjali R:/ Ftakru fil-ħwejjeġ kbar li għamel il-Mulej

  9. Għannulu u doqqulu, xandru l-għeġubijiet tiegħu kollha. Ftaħru bl-isem qaddis tiegħu; tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu l-Mulej.

  10. R:/ Ftakru fil-ħwejjeġ kbar li għamel il-Mulej

  11. Qatel l-ulied il-kbar kollha ta’ arthom, l-ewwel frott tas-saħħa tagħhom.

  12. Ħariġhom mgħobbija bil-fidda u d-deheb, ħadd ma kien għajjien fit-tribù tagħhom.

  13. R:/ Ftakru fil-ħwejjeġ kbar li għamel il-Mulej

  14. Għax ftakar fil-kelma qaddisa tiegħu, u f’Abraham, il-qaddej tiegħu. U ħareġ bil-ferħ lill-poplu tiegħu, b’għajjat ta’ ferħ.

  15. R:/ Ftakru fil-ħwejjeġ kbar li għamel il-Mulej

  16. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Alla sejħilkom permezz tal-Evanġelju, biex ikollkom sehem fil-glorja ta’ Ġesù Kristu. Hallelujah, Hallelujah

  17. Qari Mill-Evanġelju skontSan Luqa Lq18, 1-8 GlorjalilekMulej Alla jagħmel ħaqq lill-magħżulin tiegħu li jgħajtulu lejl u nhar.

  18. F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu. Qalilhom: “Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien

  19. jibża’ minn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd. F’dik il-belt kien hemm waħda armla, u kienet tmur għandu u tgħidlu: <Agħmilli ħaqq kontra l-għadu tiegħi.>

  20. Hu ma riedx, u dam ħafna hekk; iżda mbagħad bejnu u bejn ruħu qal: <Mhux għax nibża’ minn Alla jew għax se nħabbel rasi min-nies, imma għallinqas

  21. għax din l-armla dejqitni; ħa nagħmlilha ħaqq, biex ma tibqax ġejja u sejra sa ma tifnini.>” U l-Mulej qal: “Isimgħu ftit x’jgħid l-imħallef il-ħażin.

  22. Imbagħad Alla, lill-magħżulin tiegħu li jgħajtulu lejl u nhar, sejjer ma jagħmlilhomx ħaqq? Se joqgħod itawwal magħhom? Jiena ngħidilkom li malajr

  23. jagħmlilhom ħaqq. Imma taħsbu intom li Bin il-bniedem se jsib il-fidi fuq l-art meta jiġi?”

  24. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  25. ĦSIEB

More Related