1 / 28

Qari mill-ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Tessalonkin

Qari mill-ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Tessalonkin. 1 Tess 4, 1-8. Dan irid Alla minnkom: il-qdusija tagħkom. Ħuti, intom tgħallimtu mingħandna kif għandkom timxu biex togħġbu lil Alla, kif tabilħaqq qegħdin iġġibu ruħkom; aħna f’Sidna Ġes ù nitolbukom u nħeġġukom biex.

lanza
Download Presentation

Qari mill-ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Tessalonkin

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Tessalonkin 1 Tess 4, 1-8 Dan irid Alla minnkom: il-qdusija tagħkom.

  2. Ħuti, intom tgħallimtu mingħandna kif għandkom timxu biex togħġbu lil Alla, kif tabilħaqq qegħdin iġġibu ruħkom; aħna f’Sidna Ġesù nitolbukom u nħeġġukom biex

  3. tagħmlu xi ħaġa iżjed. Tafu x’tagħlim tajniekom permezz ta’ Sidna Ġesù. Dan irid Alla minnkom: il-qdusija tagħkom; lititbiegħdu miż-żina’, u li kull wieħed minnkom

  4. iżomm ’il ġismu fil-qdusija u l-ġieħ, u ma jħallix il-passjoni tagħelbu bħall-pagani li ma jagħrfux lil Alla. F’din il-ħaġa ħadd ma għandu jagħmel tort jew ħsara lil ħuh, għax

  5. il-Mulej jaf jitħallas ta’ dan kollu, kif ġa għednielkom qabel u tajniekom xhieda. Għax Alla ma sejħilniex biex ngħixu fiż-żina’, imma fil-qdusija.

  6. Għalhekk min iwarrab dan it-tagħlim, ikun iwarrab mhux lill-bniedem, iżda lil Alla li takom l-Ispirtu qaddis tiegħu.

  7. Il-Kelma tal-Mulej. R:/ Irroddu ħajr lil Alla

  8. Salm Responsorjali R:/ Ifirħu, ġusti, fil-Mulej

  9. Il-Mulej isaltan!Ħa taqbeż l-art bil-ferħ, u jifirħu l-ħafna gżejjer! Sħab u dlam hemm madwaru; is-sewwa u l-ħaqq is-sisien tat-tron tiegħu.

  10. R:/ Ifirħu, ġusti, fil-Mulej

  11. Bħax-xama’ jdubu l-muntanji quddiem il-Mulej, quddiem is-Sid tal-art kollha.

  12. Ixandru s-smewwiet il-ġustizzja tiegħu; jaraw il-popli kollha s-sebħ tiegħu

  13. R:/ Ifirħu, ġusti, fil-Mulej

  14. Iħobb il-Mulej lil min jobgħod il-ħażen, iħares il-ħajja ta’ ħbiebu, jeħlishom minn idejn il-ħżiena.

  15. R:/ Ifirħu, ġusti, fil-Mulej

  16. Ifeġġ id-dawl fuq il-ġust, u l-hena għal qalb in-nies sewwa. Ifirħu, ġusti, fil-Mulej, u faħħru l-isem qaddis tiegħu.

  17. R:/ Ifirħu, ġusti, fil-Mulej

  18. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Ishru, u itolbu l-ħinkollu, biextkunutifilħutieqfuquddiem Bin il-bniedem. Hallelujah, Hallelujah

  19. Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew Mt 25, 1-13 R:/ GlorjalilekMulej Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!

  20. F’dak iż-żmien, Ġesùqal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-saltna tas-Smewwiet ixebbhuhama’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex

  21. jilqgħul-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss

  22. l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu. Imbgħad f’nofs ta’ lejl instama’ min jgħajjat:

  23. ‘Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!’Dawk ix-xebbiet qamu ilkoll u ħejjew l-imsiebaħ tagħhom. Iżda il-boloh qalu lill-għaqlin: <Agħtuna ftit żejt minn tagħkom, għax l-imsiebaħ

  24. tagħna jintfew.>Qabżu l-għaqlin u qalu: <Għandu mnejn ma jibqax biżżejjed, la għalina u lanqas għalikom! L-aħjar, morru għand tal-ħanut u ixtru għalikom.>

  25. Xhin dawk marru biex jixtru jiġi l-għarus; dawk li kienu lesti daħlu miegħu għall-festa tat-tieġ, u l-bieb ingħalaq. Saflaħħar waslu wkoll ix-xebbiet l-oħra, u bdew

  26. għidu:<Sinjur, Sinjur, iftħilna!>Iżda hu weġibhom u qal: <Tassew, ngħidilkom, lilkom ma nafkomx.> Ishru, mela, għaliex la tafu l-jum u lanqas is-siegħa.”

  27. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  28. ĦSIEB

More Related