1 / 34

ĠESỪ TA’ QALB ĦELWA U UMLI

www.ofm.org.mt. ĠESỪ TA’ QALB ĦELWA U UMLI. 14-il Ħadd Matul is-Sena A. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Żakkarija Żakk 9, 9-10. DAN JGĦID IL-MULEJ: Imtela bil-hena, bint Sijon; agħjat bil-ferħ, bint Ġerusalemm!.

Download Presentation

ĠESỪ TA’ QALB ĦELWA U UMLI

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. www.ofm.org.mt ĠESỪ TA’ QALB ĦELWA U UMLI 14-il Ħadd Matul is-Sena A

  2. L-1 QARIQari mill-Ktieb tal-Profeta ŻakkarijaŻakk 9, 9-10

  3. DAN JGĦID IL-MULEJ: Imtela bil-hena, bint Sijon; agħjat bil-ferħ, bint Ġerusalemm!

  4. Ara, s-sultan tiegħek ġej għandek; huwa ġust u rebbieħ, umli u riekeb fuq ħmar, fuq felu ta’ ħmara.

  5. Hu jeqred il-karru minn Efrajm u ż-żiemel minn Ġerusalemm; jinqered il-qaws tal-gwerra.

  6. Hu jxandar il-paci lill-ġnus, il-ħakma tiegħu tkun minn baħar sa baħar, u mix-xmara sat-trufijiet ta’ l-art.

  7. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  8. SALM RESPONSORJALISalm 144Inbierek ismek għal dejjem, Mulej.

  9. Ngħollik, Alla tiegħi, sultan,u nbierek ismek għal dejjem ta’ dejjem.Kull jum inbierkek u nfaħħar ismek għal dejjem ta’ dejjem.

  10. R/.Inbierekismekgħaldejjem, Mulej.

  11. Il-Mulej tajjeb u ħanin,idum biex jagħdab u kollu tjieba.Twajjeb il-Mulej ma’ kulħadd,u ħnientu akbar minn kull ma għamel.

  12. R/.Inbierekismekgħaldejjem, Mulej.

  13. Kull ma għamilt iroddlok ħajr, Mulej,u ħbiebek iberkuk:is-sebħ tas-saltna tiegħek ixandru,fuq is-setgħa tiegħek jitkellmu.

  14. R/.Inbierekismekgħaldejjem, Mulej.

  15. Fidil il-Mulej f’kull kelma tiegħu,twajjeb fl-għemil tiegħu kollu.Iwieżen il-Mulej kull min se jaqa’,u jqajjem ’l kull min imil.

  16. R/.Inbierekismekgħaldejjem, Mulej.

  17. IT-2 QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 8, 9. 11-13

  18. Ħuti: Intom ma tgħixux skond il-ġisem, imma skond l-Ispirtu, ladarba hemm l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom.

  19. Jekk xi ħadd ma għandux fih l-Ispirtu ta’ Kristu, dan mhuwiex tiegħu.

  20. Jekk l-Ispirtu ta’ dak li qajjem lil Ġesù mill-imwiet jgħammar fikom, dak stess li qajjem lil Kristu mill-imwiet iqajjem

  21. għall-ħajja wkoll il-ġisem tagħkom li jmut, bis-saħħa ta’ l-Ispirtu tiegħu li jgħammar fikom.

  22. Hekkmela, ħuti, aħnamidjunin, immamhux mal-ġisembiexngħixuskondil-ġisem.

  23. Għax jekk tgħixu skond il-ġisem, tmutu; imma jekk tmewtu bl-Ispirtu l-għemil tal-ġisem, tgħixu.

  24. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  25. Hallelujah. HalleluljahInfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art,li wrejt il-misteri tas-saltna liċ-ċkejkninHallelujah

  26. L-EVANĠELJUQari mill-Evanġelju ta’ San MattewMt 11, 25-30

  27. F’DAK IŻ-ŻMIEN: Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, talli inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem,

  28. u għarrafthom lil min hu ċkejken. Iva, Missier, għax hekk għoġob lir-rieda tiegħek.

  29. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben ħlief il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier ħlief l-Iben u dak li l-Iben irid jgħarrafhulu.

  30. Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.

  31. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għax jiena ta’ qalb ħelwa w umli, u intom issibu mistrieħ għal ruħkom.

  32. Għaliex il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif.”

  33. Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu.

  34. www.ofm.org.mt ĠESỪ TA’ QALB ĦELWA U UMLI 14-il Ħadd Matul is-Sena A

More Related