Illum tweldina s-Salvatur - PowerPoint PPT Presentation

slide1 n.
Download
Skip this Video
Loading SlideShow in 5 Seconds..
Illum tweldina s-Salvatur PowerPoint Presentation
Download Presentation
Illum tweldina s-Salvatur

play fullscreen
1 / 39
Illum tweldina s-Salvatur
215 Views
Download Presentation
siusan
Download Presentation

Illum tweldina s-Salvatur

- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - E N D - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
Presentation Transcript

  1. Illum tweldina s-Salvatur

  2. Mill-Ktiebtal-ProfetaIsaija

  3. Il-poplu li kien miexi fid-dlam radawlkbir, in-nies li joqogħdu f’art id-dlamdawlkbiriddafuqhom.

  4. Int kattart il-ġens, kabbart l-hena; huma ferħu quddiemek,

  5. bħalmajifirħu fi żmienil-ħsad, bħalmajifirħu fi qsimil-priża.

  6. Għax il-madmad li kien itaqqlu, u l-ħatar ta’ fuq spallejh, u l-bastun tal-argużin, int kissirthom bħal f’jum Midjan.

  7. Għaxkullqorq li jħabbat fit-taqtigħa,

  8. kullmantellmgħargħar fid-demm jispiċċa għall-ħruq, biexjieklu n-nar.

  9. Għax tweldilna tifel, ingħatalna iben; is-setgħa tkun fuq spallejh, u jsemmuh: Kunsillier tal-għaġeb, Alla setgħan, Missier għal dejjem, Prinċep tas-sliem.

  10. Għaxtweldilnatifel, ingħatalnaiben;

  11. Kbira tkun setegħtu, u s-sliem bla qjies fuq it-tron ta’ David u s-saltna tiegħu. Hu jwettaqha u jsaħħaħha bil-ħaqq u s-sewwa, minn issa u għal dejjem.

  12. Il-Kelma tal-Mulej - Irroddu ħajr lil Alla

  13. Il-kelma tal-Mulej Inroddu ]ajr lil Alla

  14. Salm Responsorjali Illum twildilna Salvatur, li hu Kristu l-Mulej

  15. Għannu lill-Mulej għanja ġdida; għannu lill-Mulej fl-art kollha! Għannu lill-Mulej, bierku ismu!

  16. Salm Responsorjali Illum tweldilna Salvatur, li hu Kristu l-Mulej.

  17. Ħabbru minn jum għal ieħor is-salvazzjoni tiegħu. Xandru fost il-ġnus is-sebħ tiegħu, fost il-popli kollha l-għeġubijiet tiegħu

  18. Salm Responsorjali Illum tweldilna Salvatur, li hu Kristu l-Mulej.

  19. Quddiem il-Mulej, għax ġej, għax ġej biex jagħmel ħaqq mill-art. Hu jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustizzja, u mill-popli bis-sewwa tiegħu.

  20. Salm Responsorjali Illum tweldilna Salvatur, li hu Kristu l-Mulej.

  21. Quddiem il-Mulej, g]ax [ej, g]ax [ej jag]mel ]aqq mill-art. Hu jag]mel ]aqq mid-dinja bil-[ustizzja, u mill-popli bis-sewwa tieg]u.

  22. Salm Responsorjali Illum tweldilna Salvatur, li hu Kristu l-Mulej.

  23. Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil TituTit 2, 11-14

  24. Għażiż, dehret il-grazzja ta’ Alla, għas-salvazzjoni lill-bnedmin kollha;

  25. hi trawwimna nwarrbu l-ħażen u l-ġibdiet tad-dinja, biex ngħixu bir-rażna u l-ġustizzja u t-tjieba f’dan iż-żmien,

  26. u nistennew it-tama hienja u d-dehra tal-glorja tal-kbir Alla u Salvatur tagħna, Ġesù Kristu.

  27. Hu li ta lilu nnifsu għalina biex jifdina minn kull ħażen u jnaddafna u jagħmel minna poplu magħżul għalih, poplu mħeġġeġ għall-għemil it-tajjeb.

  28. Il-kelma tal-Mulej Inroddu ħajr lil Alla

  29. Qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir: illum twildilkom Salvatur, Kristu l-Mulej!

  30. mill-Evanġelju skont San LuqaLq 2, 1-14

  31. F’dikil-ħabtaĊesariAwgustuħareġdigrietbiexisirċensiment fid-dinjakollha. Dan kien l-ewwelċensiment li sar meta Kirinukiengvernaturtas-Sirja.

  32. U kulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu.

  33. Ġużeppiwkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ Nazaret, u tala’ l-Lhudija, fil-belt ta’ David jisimhaBetlehem - għaxhukien mid-dar u l-familja ta’ David - biexjinkitebflimkien ma’ Marija l-għarusatiegħu, li kienettqila

  34. Ġara li, meta kienu hemm, Marija għalqilha ż-żmien biex teħles, u wildet l-ewwel iben tagħha, fisqietu u medditu f’maxtura, għax ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda.

  35. F’dawk l-inħawi kien hemm xi rgħajja fir-raba’, għassa mal-merħla tagħhom billejl. U dehrilhom anġlu tal-Mulej, il-glorja tal-Mulej iddiet madwarhom, u qabadhom biża’ kbir. Iżda l-anġlu qalilhom:

  36. «Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, ferħ li se jkun għall-poplu kollu. Illum, fil-belt ta’ David, twildilkom Salvatur, li hu l-Messija, il-Mulej

  37. U bħala sinjal ikollkom dan: issibu tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura.»

  38. F’daqqa waħda ngħaqdu mal-anġlu għadd kbir ta’ qtajja’ tas-sema, ifaħħru lil Alla u jgħidu: «Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet, u sliem fl-art lill-bnedmin li jogħġbu lilu!»

  39. Il-kelma tal-Mulej It-Tifħir lilek Kristu