es il qawmien tag na 5 add tar randan sena a n.
Download
Skip this Video
Loading SlideShow in 5 Seconds..
ĠESỪ: IL-QAWMIEN TAGĦNA 5 Ħadd tar-Randan Sena A PowerPoint Presentation
Download Presentation
ĠESỪ: IL-QAWMIEN TAGĦNA 5 Ħadd tar-Randan Sena A

Loading in 2 Seconds...

play fullscreen
1 / 61

ĠESỪ: IL-QAWMIEN TAGĦNA 5 Ħadd tar-Randan Sena A - PowerPoint PPT Presentation


  • 162 Views
  • Uploaded on

www.ofm.org.mt. ĠESỪ: IL-QAWMIEN TAGĦNA 5 Ħadd tar-Randan Sena A. L- EWWEL QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel Eż 37, 12-14. Hekk qal Sidi l-Mulej: “Ara, jiena niftaħ l-oqbra tagħkom u ntellagħkom mill-oqbra tagħkom, ja poplu tiegħi, u nġibkom lura f’art Israel.

loader
I am the owner, or an agent authorized to act on behalf of the owner, of the copyrighted work described.
capcha
Download Presentation

PowerPoint Slideshow about 'ĠESỪ: IL-QAWMIEN TAGĦNA 5 Ħadd tar-Randan Sena A' - samuel-strickland


An Image/Link below is provided (as is) to download presentation

Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author.While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server.


- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - E N D - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
Presentation Transcript
slide3
Hekk qal Sidi l-Mulej: “Ara, jiena niftaħ l-oqbra tagħkom u ntellagħkom mill-oqbra tagħkom, ja poplu tiegħi, u nġibkom lura f’art Israel.
slide4
Imbagħad tkunu tafu li jiena l-Mulej, meta niftaħ l-oqbra tagħkom u ntellagħkom mill-oqbra tagħkom, ja poplu tiegħi.
slide5

U jiena nqiegħed ruħi fikom, u terġgħu tieħdu l-ħajja. Nagħtikom il-mistrieħ f’artkom, u tkunu tafu li jiena l-Mulej. Hekk għedt, u hekk nagħmel.”

g and il mulej hemm it tjieba
Għand il-Mulej hemm it-tjieba.

SALM RESPONSORJALISalm 129

slide8
Mill-qiegħ nett insejjaħlek, Mulej:Mulej, isma’ l-leħen tiegħi!Ħa jkunu widnejk miftuħagħal-leħen tat-talb tiegħi.
slide9

R/.

Għandil-Mulejhemm it-tjieba.

slide10
Jekk tal-ħtijiet int tagħti każ, Mulej,Mulej, min jista’ jżomm sħiħ?Imma, għandek hemm il-maħfra,biex hekk int tkun miqjum.
slide11

R/.

Għandil-Mulejhemm it-tjieba.

jien lill mulej nistenna ru i f kelmtu tittama tistenna ru i l mulej aktar milli l g assiesa s seb
Jien lill-Mulej nistenna,ruħi f’kelmtu tittama.Tistenna ruħi ’l- Mulejaktar milli l-għassiesa s-sebħ.
slide13

R/.

Għandil-Mulejhemm it-tjieba.

slide14

Ittama, Iżrael, fil-Mulej;għax għand il-Mulej hemm it-tjieba,u l-fidwa hi għandu bil-kotra.Hu jifdi lil Iżrael mill-ħtijiet tiegħu kollha.

slide15

R/.

Għandil-Mulejhemm it-tjieba.

slide18
Iżda intom ma tgħixux skond il-ġisem, imma skond l-Ispirtu, ladarba hemm l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom.
slide20
Imma jekk Kristu jgħammar fikom, ukoll jekk il-ġisem hu mejjet minħabba fid-dnub, imma l-ispirtu hu ħaj minħabba fil-ġustifikazzjoni.
slide22

dak stess li qajjem lil Kristu mill-imwiet iqajjem għall-ħajja wkoll il-ġisem tagħkom li jmut, bis-saħħa ta’ l-Ispirtu tiegħu li jgħammar fikom.

slide24

Glorja u tifħirlilek, Kristu!Jienhu l-qawmien u l-ħajja, igħidil-Mulej;kull min jemmenfija,dan ma jmutqatt.Glorja u tifħirlilek, Kristu!

f dak i mien kien hemm wie ed marid la ru minn betanja ir ra al ta marija u o tha marta
F’dak iż-żmien: Kien hemm wieħed marid, Lażżru minn Betanja, ir-raħal ta’ Marija u oħtha Marta.
slide27
Marija kienet dik li dilket il-Mulej b’żejt ifuħ u li xxottatlu riġlejh b’xagħarha; Lażżru, li marad, kien ħuha.
slide29
Meta sema’ l-aħbar Ġesù qal: “Din mhijiex marda tal-mewt, iżda għall-glorja ta’ Alla, biex biha jissebbaħ l-Iben ta’ Alla.”
slide31
Meta sema’ lidanmarad, baqa’ jumejnoħrafejnkien, u mbagħadqallil-dixxipli: “Imxunerġgħummorru l-Lhudija.”
qalulu d dixxipli rabbi g adhom kemm kienu qeg din ifittxu li j a ruk u int rie a sejjer hemm
Qalulu d-dixxipli: “Rabbi, għadhom kemm kienu qegħdin ifittxu li jħaġġruk, u int rieġa’ sejjer hemm?”
slide33

Weġibhom Ġesu: “Mhux tnax-il siegħa fiha l-ġurnata? Sakemm wieħed jimxi bin-nhar, ma jaħbat ma’ mkien, għax ikun qiegħed jara d-dawl ta’ din id-dinja;

hekk qalilhom imbag ad issokta jg idilhom abibna la ru rieqed i da ejjew immorru nqajmuh
Hekk qalilhom; imbagħad issokta jgħidilhom: “Ħabibna Lażżru rieqed, iżda ejjew immorru nqajmuh.”
qalulu d dixxipli mulej jekk hu rieqed ji ifieri se jfiq i da esu kien tkellem mill mewt tieg u
Qalulu d-dixxipli: “Mulej, jekk hu rieqed, jiġifieri se jfiq.” Iżda Ġesu kien tkellem mill-mewt tiegħu,
slide37
u huma ħaduha li kien qalilhom fuq l-irqad ta’ meta wieħed ikun bin-ngħas. Imbagħad Ġesu qalilhom ċar u tond: Lażżru miet.
u jiena nifra min abba fikom li ma kontx hemm alli temmnu i da imxu mmorru sa dejh
U jiena nifraħ minħabba fikom li ma kontx hemm, ħalli temmnu. Iżda imxu mmorru sa ħdejh.”
tumas imlaqqam it tewmi qal lil s abu d dixxipli immorru a na wkoll a mmutu mieg u
Tumas, imlaqqam it-Tewmi, qal lil sħabu d-dixxipli: “Immorru aħna wkoll ħa mmutu miegħu.”
slide40
Meta wasal Ġesù sab li kien ġa ilu erbat ijiem fil-qabar.Betanja kienet qrib Ġerusalem, xi żewġ mili ’l hemm minnha.
afna lhud kienu ew g and marta u marija biex ifarr uhom min abba fil mewt ta uhom
Ħafna Lhud kienu ġew għand Marta u Marija biex ifarrġuhom, minħabba fil-mewt ta’ ħuhom.
slide43

Marta qalet lil Ġesù: “Mulej, kieku int kont hawn, ħija ma kienx imut. Imma jien naf li kull ma int titlob ’l Alla, hu jagħtihulek, issa wkoll.”

es qal lil marta uk jer a jqum qaltlu marta jiena naf li jer a jqum fl a ar jum
Ġesùqallil Marta: “Ħukjerġa’ jqum!” Qaltlu Marta: “Jienanaflijerġa’ jqum fl-aħħarjum.”
slide45

Qalilha Ġesù: “Jien hu l-qawmien u l-ħajja. Kull min jemmen fija, ukoll jekk imut, ikollu l-ħajja; u kull min igħix u jemmen fija, dan ma jmut qatt.

temmnu int dan iva mulej we bitu jiena nemmen li inti l messija l iben ta alla dak li ie fid dinja
Temmnu int dan?” “Iva, Mulej,” weġbitu; “Jiena nemmen li inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla, dak li ġie fid-dinja.”
slide47
Kif qalet dan, marret issejjaħ lil oħtha Marija u minn taħt l-ilsien qaltilha: “L-Imgħallem hawn u qiegħed isejjaħlek.”
slide48

Dik, malli semgħetha qamet minnufih u marret ħdejh. Ġesù kien għadu ma daħalx ir-raħal, imma baqa’ fejn kienet ġiet tiltaqa’ miegħu Marta.

slide49

Il-Lhud li kienu d-dar ma’ Marija biex ifarrġuha, kif rawha tqum malajr u toħroġ, marru warajha, għax stħajluha sejra fuq il-qabar biex toqgħod tibki hemm.

slide50
Meta Marija waslet fejn kien Ġesù u ratu, inxteħtet f’riġlejh tgħidlu: “Mulej, kieku int kont hawn, ħija ma kienx imut.”
slide51
Kif ra lilha tibki, u l-Lhud, li ġew magħha, jibku wkoll,Ġesù ħassu mnikket u mħawwad ħafna. “Fejn qegħidtuh?” staqsiehom.
slide52
Huma weġbuh: “Mulej, ejja u ara.” Ġesu beka. Għalhekk il-Lhud qalu: “Ara kemm kien iħobbu!” Iżda xi wħud minnhom qalu:
slide54
Ġesù ħassu mqanqal għal darb’oħra u resaq lejn il-qabar. Dan kien għar b’ġebla mqiegħda fuqu. Ġesù qal: “Neħħu l-ġebla.”
slide55

Marta, oħt il-mejjet, qaltlu: “Mulej, issa beda jinten: ġa ilu erbat ijiem mejjet.” Qalilħa Ġesù: “Ma għedtlekx li, jekk inti temmen, tara l-glorja ta’ Alla?”

imbag ad ne ew il ebla es refa g ajnejh il fuq u qal missier irroddlok ajr li smajtni
Imbagħad neħħew il-ġebla. Ġesù refa’ għajnejh ’il fuq u qal: “Missier, irroddlok ħajr li smajtni.
slide57
Kont naf li inti dejjem tismagħni imma għedt dan minħabba fin-nies li hawn madwari, biex huma jemmnu li inti bgħattni.”
slide58
Kif qal hekk, għajjat b’leħen għoli: “Lażżru, oħroġ.” U dak li kien mejjet ħareġ, b’idejh u riġlejh infaxxati u b’maktur ma’ wiċċu.
slide59
Ġesù qalilhom: “Ħollulu l-faxex u ħalluh imur.”Ħafna mil-Lhud li kienu ġew għand Marija, u li raw dak li għamel Ġesu, emmnu fih.
slide60

Il-Kelma

tal-MulejIt-tifħirlilekKristu