1 / 31

Xejn ma tatju ‘l Alla jekk għadek ma tajtux qalbek. San Ġorġ Preca

Il-kappella tal-Madonna tad-Domna Mirakuluża nbniet fl-1962. Ġiet rinnovata fl- 2001 meta laqgħet fiha l-fdal ta’ San Ġorġ Preca.

sabine
Download Presentation

Xejn ma tatju ‘l Alla jekk għadek ma tajtux qalbek. San Ġorġ Preca

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Il-kappella tal-Madonna tad-Domna Mirakuluża nbniet fl-1962. Ġiet rinnovata fl-2001 meta laqgħet fiha l-fdal ta’ San Ġorġ Preca.

  2. Dik is-sena, proprju fid- 9 ta’ Mejju 2001, il-Papa Ġwanni Pawlu II ġie f’din il-Kappella meta kien Malta biex jiddikjara lil Dun Ġorġ bħala Beatu.

  3. Il-kappella tas-Sagrament fiha simboli partikulari; passaġġ, ċagħaq u blokki ta’ njam. It-tabernaklu fih il-kliem: “Il-Mulej qiegħed hawn, u qed isejjaħlek.”

  4. Il-Via Sagra, li tibda’ b’salib mgħotti li jikber sakemm isir sħiħ fl-aħħar stazzjon. Dan ifisser ir-rebħa tas-salib.

  5. Il-fdal qaddis ta’ San Ġorġ Preca qiegħed ġo urna tal-ħġieġ. Idejh jindikaw is-simbolu tat-Trinita’ Qaddisa.Ix-xbieha nħadmet fl-Ingilterra.

  6. L-istatwa tal-Madonna, minquxa sabiħ fl-injam, hi dik tal-Madonna tal-Midalja Mirakuluża. Fl-1830 il-Madonna dehret lil Santa Katerina Labouré, ġo Rue du Bac, Pariġi.

  7. Hawn ukoll il-fdal tal-Qaddej ta’ Alla, Ewġenju Borg, li kien l-ewwel Superjur Ġenerali tas-Soċjeta tal-MUSEUM.

  8. Meta Dun Ġorġ kien Seminarista, sema’ lis-sagristan jgħallem id-duttrina lit-tfal.Tifel minnhom staqsieh, “Jekk Alla għamel kollox, lilu min għamlu?” Is-sagristan wieġbu, “Alla sar waħdu.” Din kienet ereżija għaliex Alla kien minn dejjem.

  9. Dun Ġorġ sar ħabib ta’ grupp ta’ żgħażagħ, fosthom Ewġenju Borg. Dun Ġorġ qal lil Ewġenju biex il-Ħadd imorru passiġġata flimkien u biex miegħu iġib il-Bibbja. Kienet l–ewwel laqgħa fejn Dun Ġorġ qagħad jispjega l-Bibbja lil Ewġenju, li wara sar l-ewwel Superjur Ġenerali tal-M.U.S.E.U.M.

  10. Ftit ġimgħat qabel kellu jsir qassis, id-djaknu Ġorġ marad serjament. Ġie wieħed mill-aqwa tobba ta’ dak iż-żmien, il-professur Enrico Meli, u dan, wara li eżaminah, qal lil missieru, “Ċens, imutlek żgur għax għandu pulmun wieħed ġa niexef. Tixtrilux la pjaneta u lanqas missal.”

  11. Xejn ma tatju ‘l Alla jekk għadek ma tajtux qalbek. San Ġorġ Preca

  12. Il-bniedem spiritwali jostorid-difetti tal-oħrajn. San Ġorġ Preca

  13. Fittex dejjem parir u la tistrieħx fuq il-prudenza tiegħek. San Ġorġ Preca

  14. Nitolbu għall-Miżżewġin

  15. Sinjur Alla, o Missier, li trid il-konkordja bejn il-kreaturi, orbot il-qlub tal-miżżewġin bl-imħabba u bil-fedeltà lejn xulxin, u żomm fihom l-ispirtu tal-biża’ tiegħek biex ma jiġġarrfux taħt it-tentazzjoni ta’ Satana u jitilfu l-ġid u r-riżq tal-benedizzjoni tiegħek.

  16. U sabiex żgur naqilgħu minnek din il-ħniena, noffrulek il-pjagita’ Ibnek Kristu Ġesu’, li mmerita għall-bnedmin kollha l-grazzja tiegħek. Ammen.

  17. Nitolbu għar-romol

  18. Sinjur Alla, o Missier, li ma tħalli qatt waħdu lil min isejjaħlek, erfa’ l-ħsieb tar-romol biex spiss isejħulek fit-tribulazzjonijiet u fil-bżonnijiet tagħhom, kif inti stess għidt li teħles lil min isejjaħlek fil-jum tat-tribulazzjoni, u li junurak; ikkonfortahom f’kull deżolazzjoni tagħhom u f’kull dieqa ta’ qalbhom.

  19. U sabiex żgur naqilgħu minnek din il-ħniena, noffrulek il-pjagita’ Ibnek Kristu Ġesu’, li mmerita għall-bnedmin kollha l-grazzja tiegħek. Ammen.

  20. Nitolbu għan-nisa tqal

  21. Sinjur Alla, o Missier, li iddisponejt li l-mara omm iġġib l-ulied fost l-uġigħat, biddel is-swied tal-qlub f’kull omm li qiegħda tistenna s-siegħa tagħha, f’ferħ u f’faraġ, billi tagħtihom ħlas feliċi għall-ġid tal-istess omm, u tal-istess frott tagħha, u tas-soċjetà umana.

  22. U sabiex żgur naqilgħu minnek din il-ħniena, noffrulek il-pjagita’ Ibnek Kristu Ġesu’, li mmerita għall-bnedmin kollha l-grazzja tiegħek. Ammen.

  23. Nitolbu għall- MORDA

  24. Sinjur Alla, o Missier, li tiegħek waħdek hija s-saħħa, agħti l-ispirtu tar-rassenjazzjoni mar-rieda mqaddsa tiegħek lill-morda; farraġhom u fejjaqhom.

  25. U sabiex żgur naqilgħu minnek din il-ħniena, noffrulek il-pjagita’ Ibnek Kristu Ġesu’, li mmerita għall-bnedmin kollha l-grazzja tiegħek. Ammen.

  26. Nitolbu għall- MEJTIN

  27. Sinjur Alla, o Missier, li ma ddaħħal ’il ħadd fir-renju tal-beatitudni tiegħek jekk ikollu anki l-inqas tebgħa, aħfer id-dejn li fadlilhom mal-ġustizzja tiegħek dawk ħutna l-mejta li nstabu diġà denji tal-benedizzjoni eterna tiegħek, billi ħarġu mid-dinja fl-istat tal-grazzja tiegħek.

  28. U sabiex żgur naqilgħu minnek din il-ħniena, noffrulek il-pjagita’ Ibnek Kristu Ġesu’, li mmerita għall-bnedmin kollha l-grazzja tiegħek. Ammen.

  29. TIFTAKAR ĠESÙ?

  30. O Verġni mbierka, o Bieb tas-sema, o Għaxqa ta’ Alla, itlob għalina: għax aħna nafu li xejn ma jiċħadlek dak li għolliek għad-dinjità ta’ Omm divina.

  31. Kull nhar ta’ Ħamis qed ikun hawn nofs siegħa talb ta’ San Ġorġ Preca, fl-10 a.m. fil-kappella tal-Midalja Mirakuluża, il-Blata l-Bajda.Kulħadd hu mistieden.

More Related