1 / 31

Inqiegħed il-qaws tiegħi fis-sħab, u jkun sinjal tal-patt bejni u bejn l-art .

Qari mill- Ktieb tal - Ġ enesi Ġ en 9 , 1- 13. Inqiegħed il-qaws tiegħi fis-sħab, u jkun sinjal tal-patt bejni u bejn l-art. Alla bierek lil Noè u lill uliedu, u qalilhom: “Nisslu u oktru u imlew

korene
Download Presentation

Inqiegħed il-qaws tiegħi fis-sħab, u jkun sinjal tal-patt bejni u bejn l-art .

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktiebtal-Ġenesi Ġen 9, 1-13 Inqiegħed il-qaws tiegħi fis-sħab, u jkun sinjal tal-patt bejni u bejn l-art.

  2. Alla bierek lil Noè u lill uliedu, u qalilhom: “Nisslu u oktru u imlew l-art. U jkun il-biża’ tagħkom fuq kull ħliqa ħajja fuq l-art, u fuq it-tajr kollu tal-ajru, u fuq kulma

  3. jitkaxkar fl-art u fuq il-ħut kollu tal-baħar; u jitriegħdu quddiemkom; f’idejkom nerħihom. Kulma hu ħaj u jitħarrek fl-art ikun ikel għalikom; u wkoll il-ħaxix aħdar,

  4. kollu nagħtikom. Imma l-laħam b’demmu ġo fih, li hu ħajtu, la tikluhx. U jien nitlob kont ta’ demmkom, li hu ħajjitkom, nitolbu mingħand kull bhima,

  5. mingħand kull bniedem; mingħand kull wieħed nitħallas tal-ħajja ta’ bniedem ieħor bħalu. Kull min ixerred demm ta’ bniedem, minn bniedem ieħor jixxered

  6. demmu. Għax skont ix-xbieha tiegħu, ħalqu Alla lill-bniedem. U intom nisslu u oktru; xterdu mal-art u oktru fuqha.” U Alla kellem li Noè u lil

  7. uliedu miegħu u qalilhom: “Arawni, hawn jien se nagħmel il-patt tiegħi magħkom u ma’ nisilkom warajkom; ma’ kull ħliqa ħajja li hemm magħkom, mat-tjur u mal-bhejjem,

  8. ma’ kull bhima selvaġġa li hemm magħkom, u mal-bhejjem kollha li ħarġu magħkom mill-arka. Jien nagħmel il-patt tiegħi magħkom, li qatt iżjed ma jinqered, ebda laħam ħaj,

  9. bl-ilmijiet tad-dilluvju; u qatt iżjed ma jkun hemm dilluvju biex iħarbat l-art.” U żied jgħid Alla: “Dan ikun is-sinjal tal-patt li jien qiegħed nagħmel bejni u bejnkom, u bejn

  10. kull ħliqa ħajja li hemm magħkom, għall-ġenerazzjonijiet kollha għal dejjem. Inqiegħed il-qaws tiegħi fis-sħab, u jkun sinjal tal-patt bejni u bejn l-art.”

  11. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  12. Salm Responsorjali R:/ Il-Mulej jittawwal mis-sema lejn l-art

  13. Ħa jkollhom il-ġnus il-biża’ ta’ ismek, Mulej, u s-slaten kollha tal-art il-biża’ tas-sebħ tiegħek,

  14. meta l-Mulej jerġa’ jibni lil Sijon, u jidher fis-sebħ tiegħu. U jisma’ t-talb tal-mitluqin, ma jistmellx it-talb tagħhom.

  15. R:/ Il-Mulejjittawwal mis-semalejn l-art

  16. Jinkiteb dan għan-nisel li għad jiġi, u poplu ġdid għad ifaħħar lill-Mulej: “Il-Mulej iħares ’l isfel mill-għoli tas-santwarju tiegħu,

  17. u jittawwal mis-sema lejn l-art, biex jisma’ l-krib tal-ilsiera, biex jeħles ’il dawk li huma għall-mewt.”

  18. R:/ Il-Mulejjittawwal mis-semalejn l-art

  19. Ulied il-qaddejja tiegħek ikollhom darhom; nisilhom jibqa’ għal dejjem quddiemek. U hekk jixxandar f’Sijon isem il-Mulej,

  20. u f’Ġerusalemm it-tifħir tiegħu, meta l-popli flimkien jinġemgħu, u saltniet biex jaqdu l-Mulej.

  21. R:/ Il-Mulejjittawwal mis-semalejn l-art

  22. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Il-kliem tiegħek huwa spirtu u ħajja. Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem. Hallelujah, Hallelujah

  23. Qari mill-Evanġelju skont San Mark Mk 8, 27-33 R:/ GlorjalilekMulej Inti l-Messija ... Bin il-bniedem ibati ħafna.

  24. F’dak iż-żmien, telaq Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu lejn l-irħula ta’ Ċesarija ta’ Filippu. Huma u mexjin, lid-dixxipli tiegħu għamlilhom din il-mistoqsija:

  25. “Min jgħidu n-nies li jien?” Weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, wieħed mill-profeti.” Hu staqsiehom:

  26. “Imma intom, min tgħidu li jien?” Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija.” Imbagħad ordnalhom ħafna biex ma jitkellmu ma’ ħadd fuqu.

  27. U beda jgħallimhom fuq li kien meħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, ikun miċħud mill-anzjani u mill-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u wara tlitt ijiem jerġa’ jqum. Fuq

  28. dan kellimhom ċar. Pietru ġibdu lejh u beda jlumu. Iżda hu dar iħares lejn id-dixxipli tiegħu, u ċanfar lil Pietru u qallu: “Itlaq minn quddiemi, ja

  29. xitan, għax m’intix taħseb fil-ħwejjeġ ta’ Alla, imma f’dawk tal-bnedmin.”

  30. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  31. ĦSIEB

More Related