1 / 19

Kelma tal-Ħajja

Kelma tal-Ħajja. Di ċ embr u 2012. « Lil dawk li laqgħuh, tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla » ( Ġw 1,12). L-aħbar kbira u ġdida li wassal Ġesù lill-bnedmin kollha hija din: aħna wlied Alla, bil-grazzja tiegħu aħna nsiru wlied Alla.

borna
Download Presentation

Kelma tal-Ħajja

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Kelma tal-Ħajja Diċembru 2012

  2. «Lil dawk li laqgħuh, tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla»(Ġw 1,12).

  3. L-aħbar kbira u ġdida li wassal Ġesù lill-bnedmin kollha hija din: aħna wlied Alla, bil-grazzja tiegħu aħna nsiru wlied Alla.

  4. Imma kif u ’l min tingħata din il-grazzja? “Lil dawk li laqgħuh” u ’l dawk li għad jilqgħuh matul is-sekli.

  5. Jeħtieġ li nilqgħuh bil-fidi u bl-imħabba billi nemmnu li Ġesù hu l-Feddej tagħna.

  6. Imma ejjew infittxu li nifhmu aktar fil-fond xi tfisser li nkunu wlied Alla.

  7. Biżżejjed tħares lejn Ġesù, l-Iben t’Alla, u lejn ir-rabta tiegħu mal-Missier: Ġesù kien jitlob ’il Missieru kif talab fil-“Missierna”. Għalih Missieru kien ‘Abbà’, jiġifieri missier għażiż, il-papà. Lejh kien idur b’kunfidenza bla tarf u b’imħabba mill-aktar kbira.

  8. Imma billi ġie fid-dinja minħabba fina, ma kienx biżżejjed għalih li jkun f’din il-kundizzjoni ta’ privileġġ.

  9. Meta miet għalina, u fdiena, hu għamilna wlied Alla u ħutu, u permezz tal-Ispirtu s-Santu, tana wkoll iċ-ċans li nidħlu fi ħdan it-Trinità.

  10. B’hekk aħna wkoll nistgħu nitolbu t-talba divina tiegħu: “Abbà, Missier!” “papà, missieri”, missierna, bil-konsegwenzi kollha li din il-kelma ġġib magħha: ċertezza li hemm hu li jħarisna, li jserrħilna moħħna, u aħna nintelqu f’imħabbtu, fil-faraġ li jagħti Alla, fil-qawwa, fil-ħeġġa; ħeġġa li titwieled f’qalb dawk li jafu li hemm xi ħadd li jħobbhom.

  11. «Lil dawk li laqgħuh, tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla»(Ġw 1,12).

  12. Il-magħmudija u l-ħajja tal-grazzja li tiġi minnha tagħmilna ħaġa waħda ma’ Kristu u flimkien miegħu aħna wlied fl-Iben.

  13. F’din is-silta tal-Vanġelu nsibu wkoll kelma li biha nifhmu d-dinamiżmu profond tal-fatt li aħna wlied. Dan irridu nwettquh jum wara jum. Infatti jeħtiġilna “insiru wlied Alla”.

  14. Aħna nsiru u nikbru bħala wlied Alla billi nwieġbu għal dan id-don tiegħu u billi ngħixu r-rieda tiegħu li nsibuha miġbura kollha kemm hi fil-kmandament tal-imħabba: imħabba t’Alla u mħabba tal-proxxmu.

  15. Infatti, li tilqa’ ’l Ġesù jfisser tagħrfu fil-proxxmu tiegħek kollu. Huma wkoll jistgħu jagħrfu ’l Ġesù u jemmnu fih, jekk fl-imħabba tagħna lejhom huma jilmħu parti, xrara tal-imħabba bla tarf tal-Missier.

  16. «Lil dawk li laqgħuh, tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla»(Ġw 1,12).

  17. Dan ix-xahar li fih infakkru b’mod speċjali t-twelid ta’ Ġesù fid-dinja, għandna nagħmlu ħilitna kollha biex nilqgħu ’l xulxin, billi ngħixu u naqdu ’l Kristu nnifsu f’ħutna l-bnedmin.

  18. Imbagħad bejnietna u l-Missier titwieled l-imħabba u l-għarfien tal-ħajja bħal dik li torbot l-Iben mal-Missier fl-Ispirtu. U fuq xufftejna terġa’ tinstema’ b’mod dejjem ġdid it-talba ta’ Ġesù: Abbà, Missier.

  19. «Lil dawk li laqgħuh, tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla» (Ġw 1,12). “Kelma tal-Ħajja”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari. Kitba ta’ Chiara Lubich, fl-1998 Grafika ta’ Anna Lollobis-sehem ta’ Fr Placido D’Omina (Sqallija, Italja)Dan il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett,u jilħaq miljuni ta’ persuni fid-dinjapermezz ta’ ġurnali, radju, TV jew internet.Għal iżjed tagħrif żur www.focolare.orgDan il-PPS, f’diversi ilsna huwa mxandar fuq is-sit www.santuariosancalogero.org

More Related