1 / 27

K ajjin qam għal ħuh Abel, u qatlu.

Qari mill- Ktieb tal - Ġ enesi Ġ en 4 , 1- 15.25. K ajjin qam għal ħuh Abel, u qatlu. Adam għaraf lil martu Eva, u din tqalet u wildet lil Kajjin, għax qalet: “Ksibt bniedem bl-għajnuna tal-Mulej.” U mbagħad wildet lil ħuh Abel. Abel kien ragħaj. i n-nagħaġ u Kajjin ħaddiem ir-raba’.

nola-finch
Download Presentation

K ajjin qam għal ħuh Abel, u qatlu.

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktiebtal-Ġenesi Ġen 4, 1-15.25 Kajjin qam għal ħuh Abel, u qatlu.

  2. Adam għaraf lil martu Eva, u din tqalet u wildet lil Kajjin, għax qalet: “Ksibt bniedem bl-għajnuna tal-Mulej.” U mbagħad wildet lil ħuh Abel. Abel kien ragħaj

  3. in-nagħaġ u Kajjin ħaddiem ir-raba’. Ġara wara xi żmien li Kajjin għamel offerta mill-frott tal-art lill-Mulej; u Abel offra wkoll hu mill-bikri tal-merħla tiegħu u

  4. mill-grass tagħhom. U l-Mulej ħares lejn Abel u l-offerta tiegħu. Imma lejn Kajjin u lejn l-offerta tiegħu ma ħarisx; u Kajjin għalhekk saħan sewwa u wiċċu tqarras. U l-Mulej

  5. qal lil Kajjin: “Għala sħant u għala għaddast rasek? Jaqaw mhux minnu dak li jekk tagħmel it-tajjeb terfa’ rasek? Imma jekk ma tagħmilx it-tajjeb, id-dnub

  6. bħal xitan jissajja wara biebek. U hu xewqan għalik, imma inti tista’ trażżnu.” U Kajjin qal lil ħuh Abel: “Ħa mmorru fir-raba’.” U kif kienu fir-raba’ Kajjin

  7. qam għal ħuh Abel, u qatlu. U l-Mulej qal lil Kajjin: “Fejn hu ħuk Abel?” U hu wieġbu: “Ma nafx. Jaqaw jien għassies ta’ ħija?” U l-Mulej wieġbu:

  8. “X’għamilt! Leħen id-demm ta’ ħuk qiegħed jgħajjatli mill-art. U issa misħut int mill-art li fetħet fommha u laqgħet id-demm ta’ ħuk minn idejk. Meta int taħdem

  9. l-art ma tagħtikx aktar ġidha. Int tibqa’ tiġġerra maħrub ’l hemm u ’l hawn fl-art.” U Kajjin qal lill-Mulej: “Il-kastig tieghi kbir wisq biex nerfgħu. Ara, int

  10. keċċejtni llum minn wiċċ l-art u jkolli ninħeba minn quddiem wiċċek; u nibqa’ niġġerra maħrub ’l hemm u ’l hawn fuq l-art; u kull min isibni joqtolni.”

  11. U l-Mulej wieġbu: “Mhux hekk! Kull min joqtol lil Kajjin iħallas seba’ darbiet.” U l-Mulej għamel sinjal fuq Kajjin biex kull min isibu ma joqtlux.

  12. U Adam għaraf lil martu u wildet tifel u semmietu Set, għax qalet: “Għax Alla tani nisel ieħor flok Abel, li qatlu Kajjin.”

  13. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  14. Salm Responsorjali R:/ Agħti lil Alla sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr

  15. Alla, l-Mulej Alla, tkellem, u sejjaħ l-art minn fejn titla’ x-xemx sa fejn tinżel: “Ma nċanfrekx għas-sagrifiċċji tiegħek; il-vittmi tiegħek maħruqa huma dejjem quddiemi.”

  16. R:/ Agħti lil Alla sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr

  17. “Kif titkellem fuq il-kmandamenti tiegħi, u żżomm fuq xufftejk il-patt tiegħi, int, li tobgħod it-twiddib, u tixħet kliemi wara dahrek?”

  18. R:/ Agħti lil Alla sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr

  19. “Kontra ħuk toqgħod tpaċpaċ, kontra bin ommok tqassas. Dan int għamilt, u jien bqajt sieket;

  20. forsi ħsibt li jiena bħalek. Issa se nċanfrek, u dan kollu nqiegħed quddiemek.”

  21. R:/ Agħti lil Alla sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr

  22. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Jiena hu t-Triq, il-Verità, u l-Ħajja, jgħid il-Mulej. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi. Hallelujah, Hallelujah

  23. Qari mill-Evanġelju skont San Mark Mk 8, 11-13 R:/ Glorjalilek Mulej Għalfejn irid sinjal dan in-nisel?

  24. F’dak iż-żmien, ġew il-Fariżej u bdew iħaqquha ma’ Ġesù; u, biex iġarrbuh, talbuh sinjal mis-sema. Hu tniehed tnehida fih innifsu u qal: “Għalfejn irid sinjal dan

  25. in-nisel? Tassew ngħidilkom, ebda sinjal ma jingħatalu dan in-nisel.” U telaqhom, raġa’ tala’ fuq id-dgħajsa u mar ix-xatt l-ieħor.

  26. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  27. ĦSIEB

More Related