1 / 39

IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena

www.ofm.org.mt. IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena. L-1 QARI Qari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten 1 Slat 3, 5-6a, 7-12. F’DAK IŻ-ŻMIEN: Il-Mulej deher lil Salamun fil-ħolm bil-lejl. “Itlobni xi ħaġa x’nagħtik,” qallu Alla.

nellis
Download Presentation

IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. www.ofm.org.mt IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA17-il Ħadd matul is-Sena

  2. L-1 QARIQari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten1 Slat 3, 5-6a, 7-12

  3. F’DAK IŻ-ŻMIEN: Il-Mulej deher lil Salamun fil-ħolm bil-lejl. “Itlobni xi ħaġa x’nagħtik,” qallu Alla.

  4. U wieġbu Salamun: “Mulej Alla tiegħi, lili qaddej tiegħek għadek kemm qegħidtni sultan flok David missieri.

  5. Iżda jiena għadni daqsxejn ta’ żagħżugħ, bla ma naf mnejn għandi ngħaddi.

  6. Il-qaddej tiegħek sab ruħu f’nofs dan il-poplu li inti għażilt, poplu hekk kotran li ħadd ma jista’ jgħoddu biex isir jaf kemm fih.

  7. Agħti, għalhekk, lill-qaddej tiegħek moħħ li malajr jifhem, biex jista’ jmexxi l-poplu tiegħek,

  8. u jagħraf it-tajjeb mill-ħażin; għax inkella min jasal biex imexxih, dan il-poplu tiegħek ta’ kotra hekk kbira?”

  9. Il-Mulej ħa gost li Salamun talab dil-ħaġa. Għalhekk Alla qallu:

  10. “Ladarba tlabt dil-ħaġa, u ma tlabtx ħajja twila jew ħafna ġid, u anqas ma tlabt il-qerda ta’ l-għedewwa tiegħek,

  11. imma tlabt li tagħraf tifhem kif għandek tmexxi, ara, se nagħmel kif għidt int.

  12. Ara, qiegħed nagħtik moħħ għaref u għaqli, hekk li ħadd qablek ma kien hawn bħalek, u anqas warajk ma jkun hawn.”

  13. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla.

  14. SALM RESPONSORJALISalm 118Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej

  15. Sehmi hu, Mulej, jien għidt,li nħares il-kelma tiegħek.Tajba għalija l-liġi ta’ fommok,aqwa mill-eluf ta’ deheb u fidda.

  16. Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej R/.

  17. Ħa tkun it-tjieba tiegħek il-faraġ tiegħi,skond il-wegħda tiegħek lill-qaddej tiegħek.Ħa tilħaqni t-tjieba tiegħek biex ngħix,għax il-liġi tiegħek hi l-għaxqa tiegħi.

  18. Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej R/.

  19. Għalhekk ħabbejt il-kmandamenti tiegħek,aktar mid-deheb, u mid-deheb l-aktar fin.Għalhekk lejn il-preċetti tiegħek kollha nimxi;nobgħod kull triq qarrieqa.

  20. Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej R/.

  21. Tal-għaġeb huma l-preċetti tiegħek;għalhekk tħarishom ruħi.It-tifsir ta’ kelmtek jagħti d-dawl,ifiehem lil min hu bla għerf.

  22. Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej R/.

  23. IT-2 QARIQari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 8, 28-30

  24. ĦUTI: Aħna nafu li Alla, ma’ dawk li jħobbuh, f’kollox jaħdem id f’id magħħom għall-ġid, ma’ dawk li huma msejħin skond il-providenza tiegħu.

  25. Għax lil dawk li hu għarafhom mill-bidu, ippredestinahom ukoll biex jieħdu sura xbieha ta’ Ibnu, ħalli dan ikun il-kbir fost ħafna aħwa;

  26. lil dawk li ippredestinahom, sejħilhom ukoll; lil dawk li sejħilhom, iġġustifikahom ukoll; lil dawk imbagħad li ġġustifikahom, sebbaħhom ukoll.

  27. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla.

  28. Hallelujah. Halleluljah.Iftaħli għajnejja, Mulej,ħa nara l-għeġubijiet tal-liġi tiegħek.Hallelujah.

  29. L-EVANĠELJUQari mill-Evanġelju ta’ San MattewMt 13,44-52

  30. F’DAK IŻ-ŻMIEN: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa,

  31. li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik il-għalqa.

  32. Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah ukoll lil wieħed negozjant ifittex ġawhar fin, meta sab waħda tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha.

  33. Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah ukoll lil xibka mixħuta l-baħar li fiha jinġabar minn kollox.

  34. Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħeda, jiġbru fil-kannestri dak li hu tajjeb u jarmu l-ħażin.

  35. Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħżiena mit-tajbin, u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien.

  36. Kollu fhimtuh dan?” “Iva”, qalulu. U hu qalilhom: “Għalhekk kull imgħallem tal-Liġi li jkun sar dixxiplu

  37. tas-Saltna tas-Smewwiet jixbah lil wieħed Sid li, mill-ħażna tiegħu, joħroġ sew il-ġdid u sew il-qadim.”

  38. Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu.

  39. www.ofm.org.mt IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA17-il Ħadd matul is-Sena

More Related