1 / 36

IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI. 29 Hadd matul is-sena. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. Is 45, 1, 4-6.

jenski
Download Presentation

IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI 29 Hadd matul is-sena

  2. L-1 QARIQari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija.Is 45, 1, 4-6

  3. Dan jgħid il-Mulej lill-Midluk tiegħu,lil Ċiru, li jien wettaqtlu idu l-leminijabiex imidd ma’ l-art il-ġnus quddiemuu jħoll il-ħżiem tas-slaten,biex jiftħu beraħ il-bibien quddiemu

  4. u l-bibien ma jsakkrulux:“Minħabba f’Ġakob il-qaddej tiegħi,u Iżrael il-maħtur tiegħi,jiena sejjaħtlek b’ismek,lilek għażilt, qabel ma int kont tafni.

  5. Jien hu l-Mulej, u ħadd ma hemm għajri,m’hemmx Alla ieħor ħliefi.Jien ħażżimtek, qabel ma int kont tafni,biex minn tlugħ ix-xemx sa nżulhail-bnedmin ikunu jafuli barra minni ma hemm xejn.

  6. Jiena hu l-Mulej,ma hemm ħadd ħliefi!”

  7. Il-Kelma tal-Mulej. Inroddu ħajr lil Alla

  8. SALM RESPONSORJALISalm 95 Agħtu lill-Mulej sebħ u setgħa.

  9. Għannu lill-Mulej għanja ġdida,għannu lill-Mulej fl-art kollha!Xandru fost il-ġnus il-glorja tiegħu,fost il-popli kollha l-għeġubijiet tiegħu! R/.

  10. Agħtu lill-Mulej sebħ u setgħa.

  11. Kbir il-Mulej, ta’ min ifaħħru bosta,ta’ min jibża’ minnu aktar mill-allat kollha!Għax l-allat tal-ġnus huma kollha frugħa,iżda l-Mulej għamel is-smewwiet. R/.

  12. Agħtu lill-Mulej sebħ u setgħa.

  13. Agħtu lill-Mulej, familji tal-popli,agħtu lill-Mulej sebħ u setgħa,agħtu lill-Mulej is-sebħ ta’ ismu!Ġibu l-offerti u idħlu fil-btieħi tiegħu. R/.

  14. Agħtu lill-Mulej sebħ u setgħa.

  15. Inxteħtu quddiem il-Mulej b’żina qaddis,triegħdu quddiemu fl-art kollha!Għidu fost il-ġnus: “Il-Mulej isaltan!”Huwa jiġġudika l-popli bis-sewwa.” R/.

  16. Agħtu lill-Mulej sebħ u setgħa.

  17. Hallelujah. Halleluljah.Alla sejħilna permezz ta’ l-Evanġelju,biex niksbu l-glorja ta’ Sidna Ġesù Kristu.Hallelujah.

  18. Bidu ta’ l-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lit-Tessalonkin1 Tess 1, 1-5b

  19. Pawlu u Silvanu u Timotju, lill-Knisja ta’ Tessalonika f’Alla l-Missier u Sidna Ġesù Kristu: grazzja lilkom u sliem.

  20. Aħna kull ħin niżżu ħajr lil Alla minħabba fikom ilkoll, u dejjem niftakru fikom fit-talb tagħna;

  21. niftakru fil-ħidma li hi ġejja mill-fidi tagħkom u fit-taħbit li ħiereġ mill-imħabba tagħkom; niftakru, quddiem Alla Missierna, fil-qawwa tat-tama tagħkom f’Sidna Ġesù Kristu.

  22. Aħna nafu, ħuti maħbubin minn Alla, li huwa sejħilkom;

  23. għax l-Evanġelju tagħna ma seħħx fostkom bil-kliem biss,

  24. iżda wkoll b’għemil ta’ qawwa u bl-Ispirtu s-Santu u b’ħafna persważjoni.

  25. Il-Kelma tal-Mulej. Inroddu ħajr lil Alla

  26. Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew.Mt 22, 15-21

  27. F’DAK IŻ-ŻMIEN: Il-Fariżej marru u qabdu jiftiehmu bejniethom biex jaraw kif jonsbu ’l Ġesù b’xi kelma

  28. U bagħtulu d-dixxipli tagħhom ma’ xi Erodjani u qalulu:

  29. “Mgħallem, aħna nafu li inti raġel tħobb is-sewwa, u li t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew hi, bla ma tħabbel rasek minn ħadd, għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares.

  30. Għidilina ħaġa, mela, int x’jidhirlek? Sewwa jew le li wieħed iħallas it-taxxa lil Ċesari?

  31. Imma Ġesù għaraf il-ħażen ta’ moħħhom, u qalilhom:

  32. “Għaliex tridu ġġarbuni, ja wċuh b’oħra? Uruni l-munita tat-taxxa.”

  33. Urewh dinar, u Ġesù staqsiehom: “Ta’ min hu dan il-wiċċ u din il-kitba?” Qalulu: “Ta Ċesari!”

  34. Imbagħad qalilhom: “Mela agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari,

  35. u lil Alla dak li hu ta’ Alla.”

  36. Il-Kelma tal-Mulej. Tifħir Lilek Kristu

More Related