1 / 26

Jekk setgħu jagħrfu daqshekk, u jħaddmu moħħhom fuq

Qari mill- Ktieb tal - Għerf Għerf 13 , 1-9. Ktieb tal -G ħ erf. Jekk setgħu jagħrfu daqshekk, u jħaddmu moħħhom fuq il-ħolqien, kif ma sabux aktar malajr is-Sid tiegħu?. Tassew boloh minn twelidhom dawk kollha

zuzana
Download Presentation

Jekk setgħu jagħrfu daqshekk, u jħaddmu moħħhom fuq

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktiebtal-Għerf Għerf13, 1-9 Ktiebtal-Għerf Jekk setgħu jagħrfu daqshekk, u jħaddmu moħħhom fuq il-ħolqien, kif ma sabux aktar malajr is-Sid tiegħu?

  2. Tassew boloh minn twelidhom dawk kollha li ma għarfux ’l Alla, u mill-ħwejjeġ tajba li jidhru ma waslux biex jagħrfu lil Dak li hu; lanqas għarfu min

  3. għamilhom, huma u jarawhom b’għajnejhom. Imbagħad in-nar, ir-riħ, l-arja ħafifa, id-dawra tal-kwiekeb, il-mewġa qawwija, id-dawl tas-sema li jmexxi d-dinja: lil dawn

  4. ħasbuhom allat. Jekk ħasbuhom allat, għax tgħaxxqu bi ġmielhom, imisshom jifhmu kemm hu aħjar minnhom is-Sid tagħhom. Għax min ħalaqhom hu l-bidu ta’

  5. kull ġmiel. Jekk jistagħġbu bil-qawwa u l-ħidma tagħhom, imisshom jindunaw minnhom kemm hu aqwa dak li għamilhom. Għax fil-kobor u l-ġmiel

  6. tal-ħlejjaq jingħaraf, bħal fi xbieha, dak li jagħmilhom. Imma dawn mhuwiex ta’ min ilumhom wisq; għandhom mnejn ħarġu mit-triq it-tajba, huma u

  7. jfittxu ’l Alla bix-xewqa li jsibuh. Ifittxu bir-reqqa l-għemejjel tiegħu; iżda tħawdu b’dak li raw fihom, daqs kemm huma sbieħ. Imma lanqas dawn

  8. mhuma ta’ min jagħdirhom. Għax jekk setgħu jagħrfu daqshekk, u jħaddmu moħħhom fuq il-ħolqien, kif ma sabux aktar malajr is-Sid tiegħu?

  9. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  10. Salm Responsorjali R:/ Is-smewwiet ixandru l-glorja ta’ Alla

  11. Is-smewwiet ixandru l-glorja ta’ Alla, għemil idejh tħabbar il-firxa tas-sema. Jum lil ieħor jagħti l-aħbar, lejl lil ieħor iwassal it-tagħrif.

  12. R:/ Is-smewwiet ixandru l-glorja ta’ Alla

  13. Ma hemmx aħbar u anqas kliem, ma hemmx leħen li ma jinstemax.

  14. Mal-art kollha jasal leħenhom, mad-dinja kollha jixtered kliemhom.

  15. R:/ Is-smewwiet ixandru l-glorja ta’ Alla

  16. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Qawwu qalbkom u erfgħu raskom, għax il-fidwa tagħkom hi fil-qrib. Hallelujah, Hallelujah

  17. Qari • Mill-Evanġelju skontSan Luqa • Lq17, 26-37 • GlorjalilekMulej Hekk ikun il-Jum li fih jidher Bin il-bniedem.

  18. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bħalma ġara fi żmien Noè, hekk ukoll jiġri fi żmien Bin il-bniedem. Kieku jieklu, jixorbu, jiżżewġu u jżewġu, sa

  19. dakinhar li Noè daħal fl-arka; imbagħad ġie dulluvju u qeridhom ilkoll. L-istess bħalma ġara fi żmien Lot; kienu jieklu, jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawlu, jibnu, imma

  20. dakinhar li Lot ħareġ minn Sodoma, Alla bagħat xita ta’ nar u kubrit mis-sema u qeridhom ilkoll. Hekk ikun il-Jum li fih jidher Bin il-bniedem.

  21. F’dak il-Jum, min ikun fuq il-bejt u jkollu ħwejġu ġewwa fid-dar, iqis li ma jinżilx jeħodhom; hekk ukoll min ikun fir-raba’, iqis li ma jerġax lura. Ftakru fil-mara ta’ Lot!

  22. Min ifittex isalva ħajtu, jitlifha; iżda min jitlifha, isalvaha. Ngħidilkom li, f’dak il-lejl, tnejn ikunu f’sodda waħda: wieħed minnhom jittieħed u l-ieħor jitħalla;

  23. żewġ nisa jkunu jitħnu flimkien; waħda minnhom tittieħed u l-oħra titħalla.” Qalulu: “Fejn, Mulej?” U hu weġibhom: “Fejn ikun hemm il-ġisem

  24. mejjet, hemm l-isqra jinġabru.”

  25. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  26. ĦSIEB

More Related