1 / 25

Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin

Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin. Kol 1, 15 - 20. Kollox bih għalih kien maħluq. Ġesù Kristu hu x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx, il-kbir fost il-ħlejjaq kollha; għax fih kien maħluq kollox,

tassos
Download Presentation

Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlulill-Kolossin Kol 1,15-20 Kollox bih għalih kien maħluq.

  2. Ġesù Kristu hu x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx, il-kbir fost il-ħlejjaq kollha; għax fih kien maħluq kollox, fis-sema u fl-art, dak kollu li jidher u dak kollu li ma jidhirx, Troni u Ħakmiet,

  3. Prinċipati u Setgħat. Kollox bih u għalih kien maħluq, hu li hu qabel kollox, u kollox fih qiegħed iżomm. Hu r-Ras tal-Ġisem, li hu l-Knisja. Hu li hu l-bidu,

  4. il-kbir li qam mill-imwiet, sabiex ikun hu l-ewwel f’kollox. Hekk Alla għoġbu li tgħammar fih il-milja kollha; bih Alla għoġbu jerġa’ jħabbeb kollox miegħu; bid-demm

  5. tiegħu, imxerred fuq • is-salib, ġieb is-sliem permezz tiegħu fis-sema u fl-art.

  6. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  7. Salm Responsorjali R:/ Idħlu quddiem il-Mulej b’għana ferrieħi

  8. Għajtu bil-ferħ lill-Mulej, nies kollha tal-art, aqdu bil-ferħ lill-Mulej, idħlu quddiemu b’għana ferrieħi.

  9. R:/ Idħluquddiem il-Mulejb’għanaferrieħi

  10. Kunu afu li Jaħweh hu Alla, hu ħalaqna, u aħna tiegħu, aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu.

  11. R:/ Idħluquddiem il-Mulejb’għanaferrieħi

  12. Idħlu b’għana ta’ ħajr mill-bibien tiegħu, bit-tifħir fil-btieħi tat-tempju tiegħu; roddulu ħajr u bierku ismu!

  13. R:/ Idħluquddiem il-Mulejb’għanaferrieħi

  14. Għax twajjeb il-Mulej, għal dejjem it-tieba tiegħu; minn żmien għal żmien il-fedeltà tiegħu.

  15. R:/ Idħluquddiem il-Mulejb’għanaferrieħi

  16. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Jiena d-dawl tad-dinja, jgħid il-Mulej; min jiġi warajja jkollu d-dawl tal-ħajja. Hallelujah, Hallelujah

  17. Qari • Mill-Evanġelju • ta’San Luqa • Lq5, 33-39 • R:/ GlorjalilekMulej Meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, imbagħad isumu dakinhar.

  18. F’dak iż-żmien, il-Fariżej u l-kittieba tagħhom qalu lil Ġesù: “Id-dixxipli ta’ Ġwanni sikwit isumu u joqogħdu jitolbu, u dawk tal-Farizej ukoll, imma tiegħek jieklu

  19. u jixorbu!” U Ġesù qalilhom: “Jaqaw tistgħu ġġagħlu lill-ħbieb tal-għarus isumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma għad jasal iż-żmien

  20. meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu dakinhar.” Qalilhom ukoll parabbola: “Ħadd ma jaqta’ biċċa drapp minn libsa ġdida

  21. biex biha jraqqa’ waħda qadima, għax inkella mhux biss ikun qatta’ l-ġdida, imma anqas il-biċċa meħuda mill-ġdida ma tkun taqbel mal-qadima. Anqas ma

  22. jqiegħdu l-inbid il-ġdid f’damiġġani qodma tal-ġild, għax inkella l-inbid il-ġdid jifqa’ d-damiġġani, u jixtered hu u jintilfu d-damiġġani. Iżda nbid ġdid iqegħduh

  23. f’damiġġani ġodda. U ħadd ma jkun irid mill-inbid ġdid wara li jkun xorob mill-qadim, għax jgħidlek: “Il-qadim tajjeb!”

  24. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  25. ĦSIEB

More Related