1 / 12

Il-Fortifikazzjonijiet ta’ Żmien l-Ingliżi

Il-Fortifikazzjonijiet ta’ Żmien l-Ingliżi. L-ewwel 50 sena Bini ta’ fortizzi u linji difensivi Il-Kanun tar-Rinella It-Tieni Gwerra Dinjija. Fortifikazzjonijiet 1800-1850. Fl-ewwel snin li l-Ingliżi ħakmu fuq Malta huma ma bnewx fortifikazzjonijiet ġodda

raghnall
Download Presentation

Il-Fortifikazzjonijiet ta’ Żmien l-Ingliżi

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Il-Fortifikazzjonijiet ta’ Żmien l-Ingliżi L-ewwel 50 sena Bini ta’ fortizzi u linji difensivi Il-Kanun tar-Rinella It-Tieni Gwerra Dinjija

  2. Fortifikazzjonijiet 1800-1850 • Fl-ewwel snin li l-Ingliżi ħakmu fuq Malta huma ma bnewx fortifikazzjonijiet ġodda • Huma rranġaw dawk li ħallew warajhom il-Kavallieri ta’ San Ġwann • Huma rranġaw Sant Anġlu, Sant Jiermu, il-Forti Ricasoli u Tigne` fost l-oħrajn.

  3. Il-fortifikazzjonijiet madwar il-Portijiet • Fost l-oħrajn l-Ingliżi rranġaw il-Forti Sant Jiermu (ritratt fuq) fil-ponta tal-peniżola li fuqha nbniet il-Belt Valletta • Irranġaw ukoll il-Forti Sant Anġlu fil-ponta tal-Birgu (ritratt isfel).

  4. Mappa tal-fortifikazzjonijiet madwar il-Portijiet

  5. Il-Forti San Luċjan f’Marsaxlokk • L-ittra B turina l-biċċa mibnija mill-Ingliżi. • Il-kumplament kien mibni qabel mill-Kavallieri

  6. Fortizzi mill-Ingliżi wara 1870 • Wara l-1870 l-Ingliżi bnew bosta fortizzi madwar il-kosta. • Insemmu Forti Delimara u Forti Bengħajsa. • Bnew ukoll il-Victoria Lines. • Dan il-bini ġab xogħol għall-ħaddiema Maltin.

  7. Il-Forti Rinella u l-Forti l-Cambridge Il-Forti Cambridge kellu jgħasses il-Port ta’ Marsamxett filwaqt li l-Forti Rinella kellu jgħasses il-Port il-Kbir

  8. Il-Kanun tar-Rinella • Fir-Rinella l-Ingliżi nstallaw il-kanun li jiżen 100 tunellata. • Dan il-kanun kellu jgħasses il-Port il-Kbir. • Kanun ieħor ta’ 100 tunellata ġie nstallat fil-Forti Cambridge biex jgħasses il-Port ta’ Marsamxett. • Dawn il-kanuni kellhom linji (rails) biex fuqhom jassorbu l-impatt ta’ l-isparatura.

  9. Il-Victoria Lines Innota t-tliet fortizzi mibnija matul il-Victoria Lines

  10. Il-Victoria Lines • Linja difensiva li taqsam lil Malta minn Fomm ir-Riħ sal-Madliena. • Kellhom jilqgħu lil xi għadu li jinżel fil-bajjiet tat-Tramuntana ta’ Malta. • Il-Linji huma msaħħa permezz ta’ tliet fortizzi: Fort Binġemma, Fort Mosta u Fort Madliena.

  11. It-Tieni Gwerra • Għall-popolazzjoni, biex jistkennu waqt l-air-raids, l-Ingliżi ħaffru x-xelters (fuq) • Biex jilqgħu xi invażjoni mill-Ġermaniżi u mit-Taljani, l-Ingliżi bnew “pill-boxes” bħal din ta’ l-istampa qrib il-forti Sant Jiermu.

  12. Konservazzjoni u Restawr • Il-Fondazzjoni Wirt Artna irrestawrat u qed tieħu ħsieb il-Forti Rinella • Il-Kunsilli Lokali tar-Rabat u tal-Mosta qed jirrestawraw il-Victoria Lines • Il-MEPA ma tħallix li ssir ħsara lil dawn il-fortifikazzjonijiet li llum huma attrazzjoni turistika mill-aqwa.

More Related