260 likes | 506 Views
Al ġ erija. Nadine Micallef. Al ġ eri hija l-belt kapitali ta’ l-Al ġ erija. Kull nhar ta’ Ġ img ħ a jmorru l-moskea biex jitolbu. Qabel jid ħ lu fil-moskea jridu jne ħħ u ż-ż raben u wara jin ż lu g ħ arkubbtejhom biex ifa ħħ ru lil Alla.
E N D
Alġerija Nadine Micallef
Alġeri hija l-belt kapitali ta’ l-Alġerija. Kull nhar ta’ Ġimgħa jmorru l-moskea biex jitolbu.
Qabel jidħlu fil-moskea jridu jneħħu ż-żraben u wara jinżlu għarkubbtejhom biex ifaħħru lil Alla.
Darba fil-ġimgħa jmorru fis-suq biex jixtru l-affarijiet li jkollhom bżonn.
Is-suq qiegħed fil-qalba tal-belt, b’ħafna toroq u sqaqien dojoq u jserrpu ’l hawn u ’l hemm. Issib minn kollox fis-suq:
L-Alġerija huwa pajjiż kbir ħafna. Fih erba’ darbiet daqs Franza.
Il-maġġoranza tan-nies joqogħdu fil-parti ta’ fuq tal-pajjiż peress li l-parti t’isfel insibu d-deżert tas-Saħara.
Id-deżert huwa post diffiċli ħafna biex tgħix fih. Ftit li xejn tagħmel xita, u meta jqum ir-riħ, ħadd ma jkun jista’ jara xejn minħabba l-kwantitajiet kbar ta’ ramel li jibda jtir.
F’partijiet oħra tad-deżert tas-Saħara ma nsibux ramel, imma ġebel u għoljiet li fuqhom ma jikber xejn.
Ix-xemx tkun tisreġ filgħodu iżda filgħaxija taqa’ l-kesħa. In-nies li joqogħdu fid-deżert jissejħu nomadi.
Jivvjaġġaw minn post għall-ieħor billi jużaw il-ġemel. Il-ġemel huwa addattat ħafna għad-deżert.
Jaf jgħaddi bla ikel u ilma għal ġranet sħaħ, u lanqas il-maltempati bir-ramel ma jdejquh. Nadine Micallef