1 / 22

L-avventura ta’ Rut

L-avventura ta’ Rut. Fuqhiex irfist int u dieħel fil-klassi?. Aħna lkoll inħallu passi warajna. Xi kultant aħna nsegwu l-passi ta’ xi ħadd ieħor u nippruvaw nimitawh. Minkejja dan, hemm oħrajn li qed josservawna, u dawn jistgħu isegwu l-passi tagħna.

lonna
Download Presentation

L-avventura ta’ Rut

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. L-avventura ta’ Rut

  2. Fuqhiex irfist int u dieħel fil-klassi? • Aħna lkoll inħallu passi warajna...

  3. Xi kultant aħna nsegwu l-passi ta’ xi ħadd ieħor u nippruvaw nimitawh. • Minkejja dan, hemm oħrajn li qed josservawna, u dawn jistgħu isegwu l-passi tagħna.

  4. B’kull ħaġa li nagħmlu, inħallu impressjoni fuq ħaddieħor, l-istess kif jibqgħu immarkati l-passi tagħna fuq art ratba, bħar-ramel. • Meta nagħmlu xi ħaġa tajba, inkunu qed nagħtu eżempju tajjeb lil ħaddieħor; meta nagħmlu xi ħaġa ħażina, inkunu qed nagħtu eżempju ħażin.

  5. Ser nitgħallmu dwar żewġ nisa li għarfu l-importanza li wieħed jagħti dejjem eżempju tajjeb u li jżomm f’moħħu li ħaddieħor jista’ jkun qed jimitah. • Rut imxiet fuq l-istess passi ta’ Nagħomi, imbagħad hi stess tat eżempju tajjeb li l-oħrajn setgħu jimitaw.

  6. L-Istorja ta’ Rut

  7. Wara ħafna snin, waqa’ l-ġuħ fil-pajjiż. M’għamlitx xita għal żmien twil. Xejn ma baqa’ jikber fl-għelieqi. • In-nies ma kellhomx x’jieklu.

  8. Kien hemm mara jisimha Nagħomitgħix f’Betlehem. • Ir-raġel tagħha ħa lilha u liż-żewġ uliedhom f’art oħra jisimha Mowab,biex isibu x’jieklu.

  9. Ir-raġel ta’ Nagħomimiet f’Mowab. Nagħomiu ż-żewġ uliedha baqgħu Mowab. • Uliedha żżewġu nisa minn Mowab li kien jisimhom Rut and Għorfa.

  10. Huma għexu f’Mowabgħal għaxar snin. Ulied Nagħomimietu hemmhekk. • Nagħomiriedet tmur lura f’Betlehem. Hi qalet lil Rut u lil Għorfa biex imorru lura d-dar tal-familjari tagħhom.

  11. Għorfa marret għand il-familjari tagħha. Rut riedet tmur Betlehemma’ Nagħomi. • Rut kienet tħobbha lil Nagħomi. Riedet tgħix fejn għexet hi u tkun dejjem magħha. • Rut u Nagħomi marru lura Betlehem.

  12. Nagħomi kienet mid-dar ta’ Iżrael u kienet ukoll midħla tal-Iskrittura. Rut kienet minn Mowab, fejn ma kienux jafu b’Alla veru. • Rut ma kienitx biss qed turi mħabba lejn il-kunjata tagħha, hi kienet qed taċċetta lil Alla veru li kienet temmen fih Nagħomi.

  13. Rut riedet issegwi l-eżempju tajjeb ta’ Nagħomi u tadura lil Alla veru bħalha. • U inti, l-eżempju tajjeb ta’ min qed tipprova ssegwi? • B’liema mod qed jagħtuk eżempju tajjeb?

  14. Aħseb f’nies tajbin li kienu ta’ eżempju tajjeb għalik. • Liema huma dawk l-azzjonijiet ta’ dawk in-nies li tant spikkaw għalik? • U inti, kif tista’ tkun ta’ eżempju tajjeb għal ħaddieħor?

  15. Rut marret taħdem fl-għelieqi biex tkun tista’ tiġbor il-qamħ. • Kienet tużah biex tagħmel il-ħobż.

  16. Kien hemm raġel ġust jismu Bogħaż,jgħix f’Betlehem. Hu kellu ħafna għelieqi tal-qamħ. • Bogħażra lil Rut taħdem biex taqla’ x’tiekol għal Nagħomi. Hu kien twajjeb magħha. Qalilha li setgħet tmur fl-għelieqi tiegħu kemm riedet. • Hu qal li Alla kien se jbierek lil Rut talli kienet qalbha tajba ma’ Nagħomi.

  17. L-eżempju ta’ Rut li tieħu ħsieb ta’ Nagħomiwassal lil Bogħażjirrealizza x’persuna tajba ħafna kienet Rut. • Bogħażiżżewweġ lil Rut. Nagħomikienet ferħana għaliha. • Rut u Bogħażkellhom tifel. Nagħomigħenet lil Rut tieħu ħsieb tat-tarbija.Semmewh Għobed.

  18. Għobed kiber u kellu hu stess it-tfal. Neputih kien is-Sultan David. • Wara ħafna ġenerazzjonijiet, Ġesù kien ser jitwieled f’din il-familja.

  19. Rut kienet twajba. (1:8) • Rut kienet leali. (1:16) • Rut riedet tadura lil Alla veru. (1:16) • Rut kienet bieżla. (2:2)

  20. Rut, b’liema mod tista’ tkun ta’ eżempju għalik? • Liema attitudnijiet ta’ Rut tixtieq li tagħmel tiegħek?

  21. Min tana eżempju perfett? • Kif nistgħu nimxu fuq l-eżempji ta’ Ġesù? • Hemm xi episodji mill-ħajja ta’ Ġesù li jgħinuna nkunu ta’ eżempju tajjeb għall-oħrajn?

  22. Aħna lkoll • imsejħa biex inħobbu lil Ġesù li salvana u nkunu grati għall-eżempji li tana biex nimitawhom • imsejħa wkoll biex f’kull ma nagħmlu, nagħtu eżempji tajbin, b’imħabba lejn Alla u bit-tama li dawk ta’ madwarna jagħmlu bħalna

More Related