1 / 9

San Franġisk u l-Gamiem

San Franġisk u l-Gamiem. Patri Ġ u ż è Delia. Marilyn Saliba. Ġuż è Delia twieled fl - 1 ta ’ April 1900 , i s -Si ġġ iewi . S tudja fil -Kulleġġ San Alwiġi , Birkirkara . I ngħaqad mas- Soċjetà ta ’ Ġesù , il-Ġiżwiti, fl-1917. H uwa wkoll magħruf sew bħala poeta.

Download Presentation

San Franġisk u l-Gamiem

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. San Franġisk u l-Gamiem Patri Ġużè Delia Marilyn Saliba

  2. ĠużèDelia twieled fl-1 ta’ April 1900, is-Siġġiewi. • Studja fil-Kulleġġ San Alwiġi, Birkirkara. • Ingħaqad mas-Soċjetà ta’ Ġesù, il-Ġiżwiti, fl-1917. • Huwa wkoll magħruf sew bħala poeta. • Kiteb poeżiji tradizzjonali, l-aktar fuq temi reliġjużi jew patrijottiċi. • Kiteb ukollgħadd ta’ leġġendi. • Ġużè Delia miet fit-29 ta’ Settembru, 1980. Marilyn Saliba

  3. Kien ix-xahar tal-ġmiel u tad-dija, Meta kollox ilellex u jfuħ, Meta kollox iħaddar u jarmi U l-ward jonfoħ u jbexxaq għall-ftuħ. Beda jżernaq… fuq l-art, fuq il-baħar, Beda jroxx l-ewwel dawl tat-tbexbix, Kull fejn jimraħ il-ħarsa, bħal ġawhar, Tleqq in-nida fuq truf il-ħaxix. Marilyn Saliba

  4. F’dik is-siegħa ta’ għaxqa, ta’ seħer, Qalb l-għelieqi miżgħuda bil-ward, Il-Qaddis minn t’Assisi kien waħdu… Miexi, jitlob... bħal anġlu fuq l-art. Tfajjel ċkejken dlonk jgħaddi minn fejnu F’wiċċu l-bewsa tal-barka, tas-sliem, Sbejħa, irżina, bħad-difa tas-sema Ħarstu ħiemda, mixħuta ’l quddiem! Marilyn Saliba

  5. Kellu f’idu, miġbura magħluqa Ġewwa qafas, xi ftit gamimiet Rixhom sbejjaħ u griż u melliesi Ħarsthom ħelwa, bħal mewġ fil-qaliet. Ħass bħal ħasra Franġisku xħin rahom Hekk mikduda taħt jasar imqit, U sejjaħlu lit-tfajjel maġenbu, U kliem qallu ta’ ħniena, ta’ ġid: Marilyn Saliba

  6. "Ibni ruħi għax tjassar bla ħtija, dawn l-għasafar hekk ġwejda u ħemdin? għax taħqarhom, imsejkna, x’għamlulek? la tkunx kiefer, itlaqhom ħelsin!” Baqa’ jħares it-tfajjel bħal wieħed quddiem Anġlu tas-sema, miblugħ. Dak il-kliem daħal, niżel ġo qalbu Hekk bil-qawwa li baqa’ mirbuħ. Marilyn Saliba

  7. Fetaħ b’rogħda l-bieb ċkejken tal-qafas Ħarġu t-tjur ilkoll minnufih; Mhux fil-beraħ jew fl-għoli tas-siġar lanqas xterdu jew diebu mar-riħ. Kollha daru mar-Raħeb tal-Verna Fuq idejh, madwar rasu u spallejh Rashom ċkejkna jħokkulu ma’ wiċċu, Dik ħarsithom imsammra f’għajnejh. Marilyn Saliba

  8. Il-Qaddis żiegħel bihom, daħkilhom Daħka ħelwa ta’ mħabba, ta’ ferħ. Rasshom miegħu, ma’ sidru, fuq qalbu, Donnu fihom sab l-hena u s-serħ. Baqa’ bihom jithenna u jitgħaxxaq, Hekk kif l-anġli jitgħaxxqu f’din l-art, Sakemm taru minn fuqu, sa diebu Ġewwa l-beraħ ifewwaħ bil-ward. Marilyn Saliba

  9. Marilyn Saliba

More Related