Dawra sal- Buskett - PowerPoint PPT Presentation

slide1 n.
Download
Skip this Video
Loading SlideShow in 5 Seconds..
Dawra sal- Buskett PowerPoint Presentation
Download Presentation
Dawra sal- Buskett

play fullscreen
1 / 29
Dawra sal- Buskett
473 Views
Download Presentation
holly-case
Download Presentation

Dawra sal- Buskett

- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - E N D - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
Presentation Transcript

  1. Dawra sal- Buskett

  2. Illum morna dawra sal-Buskett. It-temp kien tassew sabiħ. Kważi kienet is-sħana. Magħna ġew ħafna miz-zijiet u l-kuġini.

  3. Hekk kif wasalna, pparkjajna f’post apposta u bdejna deħlin il-Buskett. Magħna ġarrejna l-basktijiet bl-ikel li konna ġibna magħna.

  4. Sibna roqgħa tajba u ntfajna fiha. Aħna t-tfal qgħadna nilgħabu.

  5. Il-kbar intefgħu bil-qiegħda fuq il-mejda li ġabu magħhom. Huma qagħdu jitkellmu u jieklu.

  6. Wara nofsinhar morna passiġġata. Għaddejna minn fejn nixxiegħa ta’ l-ilma.

  7. Rajna xi għasafar li bdew itiru minn fuq il-weraq. Kultant dawn bdew jinżlu jixorbu min-nixxiegħa.

  8. Waqt li konna mixjin, iz-ziju Mark beda jurina xi pjanti u qalilna xi ħaġa dwarhom.

  9. Iz-ziju Mark jifhem ħafna fil-pjanti u d-dar tgħidx kemm għandu qsari!

  10. F’ħin minnhom għaddejna minn fejn nixxiegħa oħra ta’ l-ilma u rajna xi żrinġijiet jaqbżu fuq il-blat.

  11. Il-kuġin tiegħi ried jaqbad wieħed imma iz-ziju Mark ma ħalliehx.

  12. Qallu li jkun aħjar jekk iż-żring inħalluh jgħix fl-ambjent tiegħu. Aħjar milli nitfgħuh ġo xi vażett u wara ftit imut.

  13. Meta beda jidlam, ġbarna kollox u mxejna lura lejn il-karozzi. Kulħadd sellem lil xulxin u tlaqna lejn id-dar.

  14. Tmiem

  15. Kemm kontu attenti?

  16. 1 2 3 4 5 6 7 8 9 11 Tmiem 12 10 Għażel numru

  17. 1 Fejn marru Lara u l-familja tagħha llum?

  18. 2 X’kellhom fil-basktijiet li ħadu magħhom?

  19. 3 X’għamlu t-tfal hekk kif waslu l-Buskett?

  20. 4 X’għamlu l-kbar kif waslu l-Buskett?

  21. 5 Fejn marru wara nofsinhar?

  22. 6 X’raw meta għaddew minn fejn in-nixxiegħa?

  23. 7 X’qagħad jagħmel iz-ziju Mark waqt il-passiġġata?

  24. 8 Iz-ziju Mark għandu ħafna minn dawn id-dar.

  25. 9 Fejn kienu ż-żrinġijiet?

  26. 10 X’ried jaqbad wieħed mill-kuġini?

  27. 11 Għaliex ma ħalliehx jaqbad żrinġijiet iz-ziju Mark?

  28. 12 X’għamlu meta beda jidlam?

  29. Bravi tfal