Lura lejn l-iskola - PowerPoint PPT Presentation

lura lejn l iskola n.
Download
Skip this Video
Loading SlideShow in 5 Seconds..
Lura lejn l-iskola PowerPoint Presentation
Download Presentation
Lura lejn l-iskola

play fullscreen
1 / 8
Lura lejn l-iskola
235 Views
Download Presentation
fleur-gordon
Download Presentation

Lura lejn l-iskola

- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - E N D - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
Presentation Transcript

  1. Lura lejn l-iskola Il-Vokabularju Ms Josepha

  2. Helow tfal! Jiena jisimni Simon. Tridu tiġu miegħi l-iskola? Stennewni ftit ħalli nixrob il-ħalib u nilbes l-uniformi. Ms Josepha

  3. Kull filgħodu nqum kmieni għall-iskola. Malajr nieħu l-kollazjon, nilbes l-uniformi u mmur nistenna l-vann fil-kantuniera mal-mamà. Ms Josepha

  4. Fi ftit ħin naslu l-iskola. Jien nitla’ fil-klassi waħdi, inpoġġi l-basket f’postu, noħroġ il-pitazzi mill-basket u nitfagħhom fil-kaxxa. Imbagħad noqgħod nitkellem ma’ sħabi sakemm iddoqq il-qanpiena għat-talba. Ms Josepha

  5. Wara li ngħidu t-talba, aħna mmorru fil-klassi mal-għalliema tagħna. L-għalliema tieħu r-rassenja u wara tqassmilna l-kotba u l-pitazzi biex naħdmu fuqhom waqt il-lezzjoni. Ms Josepha

  6. Jien noqgħod attent waqt il-lezzjonijiet. L-għalliema tal-Matematika ġieli tagħmlilna xi logħob fuq il-kompjuter. L-għalliema tal-Malti u tal-Ingliż tagħtina ħafna kotba sbieħ. Ms Josepha

  7. Fil-brejk wara li niekol il-ħobż kollu, jien ninżel fil-grawnd nilgħab mal-ħbieb. Jien nieħu gost l-iskola. Kif tħossukom li erġajtu bdejtu l-iskola? Ms Josepha

  8. is-27 ta’ Settembru, 2013 Dettatura: X’nagħmel l-iskola? nilbes l-uniformi nistenna l-vann naħdemfuqil-pitazz nitkellem ma' sħabi noqgħodattent niekolil-ħobż nilgħab mal-ħbieb Ms Josepha