1 / 35

Min joħroġ jilqagħni l-ewwwel minn bieb dari, ikun tal-Mulej

Qari mill-ktieb tal- Imħallfin Imħ 11, 29-39a. Min joħroġ jilqagħni l-ewwwel minn bieb dari, ikun tal-Mulej. F’dak iż-żmien l-ispirtu tal-Mulej ġie fuq Ġeftaħ, li għadda minn Gilgħad u Manassi għal Misfa ta’ Gilgħad u baqa’ sejjer lejn ulied Għammon. U Ġeftaħ għamel wegħda.

erelah
Download Presentation

Min joħroġ jilqagħni l-ewwwel minn bieb dari, ikun tal-Mulej

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-ktieb tal-Imħallfin Imħ 11, 29-39a Min joħroġ jilqagħni l-ewwwel minn bieb dari, ikun tal-Mulej

  2. F’dak iż-żmien l-ispirtu tal-Mulej ġie fuq Ġeftaħ, li għadda minn Gilgħad u Manassi għal Misfa ta’ Gilgħad u baqa’ sejjer lejn ulied Għammon. U Ġeftaħ għamel wegħda

  3. lill-Muleju qal: “Jekk inti terħi f’idejja lil ulied Għammon, min joħroġ jilqagħni l-ewwwel minn bieb dari, meta nerġa’ lura bis-sliem minn quddiem l-Għammonin,

  4. ikun tal-Mulej u noffrihulu b’sagrifiċċju tal-ħruq.” U Ġeftaħ għadda lejn l-Għammonin biex jaħbat għalihom, u l-Mulej irħielhom f’idejh. U kissirhom minn Għarogħer

  5. sa tasal sa Minnit-għoxrin belt b’kollox- u sa Abel-Keramin f’taqtigħa kbira sewwa. U hekk ulied Iżrael kaxkru lil ulied Għammon minn quddiemhom. U Ġeftaħ mar Misfa lejn

  6. daru, u hemm jilmaħ lil bintu ħierġa tilgħu bit-tnabar u ż-żfin; kienet bint waħdanija tiegħu u ma kellux ħliefha, la subien u lanqas bniet.U malli raha ċarrat ħwejġu, u beda

  7. jgħajjat u jgħid: “Jaħasra binti, int ħawwadtni sewwa, int l-inkwiet tiegħi! Tajt kelma lill-Mulej, u ma nistax’nerġa’ lura minnha!”

  8. U hi weġbitu: “Missier, int ftaħt fommok quddiem il-Mulej, agħmel minni skont ma ħareġ minn fommok, la darba l-Mulej tak li titħallas mill-għedewwa tiegħek,

  9. ulied Għammon.” U ssuktat tgħid lil missierha: “Dan biss nitolbok tagħtini: ħallini mmur niġġerra għal xahrejn fuq l-għoljiet nibki xbubiti,

  10. jiena u sħabi.” U hu qalilha: “Mur.” U ħallieha tmur għal xahrejn: u marret, hi u sħaba, u bkiet xbubitha tiġġerra fuq l-għoljiet. U fi

  11. tmiem ix-xahrejn reġgħet lura għand missierha u dan għamel minnha li kien wiegħed.

  12. Il-Kelma tal-Mulej. R:/ Irroddu ħajr lil Alla

  13. Salm Responsorjali R:/ Hawn jien, ġej biex nagħmel ir-rieda tiegħek

  14. Ħieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu, u ma jmurx mal-kburin, mogħtija għall-gideb.

  15. R:/ Hawn jien, ġej biexnagħmel ir-rieda tiegħek

  16. Int ma titgħaxxaqx b’sagrifiċċji u offerti; imma widnejja inti ftaħtli; Ma tlabtnix vittmi tal-ħruq u tat-tpattija. Imbagħad jien għedt: “Hawn jien, ġej.”

  17. R:/ Hawn jien, ġej biexnagħmel ir-rieda tiegħek

  18. “Fil-bidu tal-ktieb hemm miktub fuqi li nagħmel ir-rieda tiegħek.

  19. Alla tiegħi, dan jogħġobni; il-liġi tiegħek ġewwa qalbi.”

  20. R:/ Hawn jien, ġej biexnagħmel ir-rieda tiegħek

  21. Xandart il-ġustizzja f’ġemgħa kbira; xufftejja ma żammejthomx magħluqa. Mulej, dan inti tafu.

  22. R:/ Hawn jien, ġej biexnagħmel ir-rieda tiegħek

  23. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Illum la twebbsuxqalbkom, iżdaisimgħuleħenil-Mulej. Hallelujah, Hallelujah

  24. Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew Mt 22, 1-14 R:/ GlorjalilekMulej Sejħu għall-festa lil kull min issibu

  25. F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ qabad ikellem lill-kbarat tal-qassisin u lill-fariżej bil-parabboli u qalilhom: “Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ

  26. ta’ binu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu. U reġa’ bagħat qaddejja oħra, u qallilhom:

  27. <Għidulill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta, il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest, ejjew għall-festa>. Iżda dawk ma tawx kas;

  28. min mar l-għalqa, min għan-negozju tiegħu, u l-bqija qadbu lill-qaddejja tas-sultan, żebilħuhom u qatluhom. Is-sultan inkorla ħafna, u bagħat is-suldati tiegħu, qered lil

  29. dawk il-qattiela, u ħaraqilhom il-belt tagħhom. Imbagħad qal lill-qaddejja tiegħu: <Il-festa mħejjija, imma lil dawk ma kienx ta’ min jistedinhom għaliha. Mela

  30. morru f’salib it-toroq u sejħu għall-festa lil kull min issibu.> Dawk il-qaddejja ħarġu fit-triqat u ġabru lil kull min sabu, ħżiena u tajbau s-sala mtliet bin-nies

  31. għall-mejda. Mela jidħol is-sultan ħalli jara min kien hemm fuq il-mejda, u hemmhekk lemaħ wieħed li ma kienx liebes għall-festa tat-tieġ; u qallu:

  32. <Ħabib, dan kif dħalt hawn m’intix liebes għall-festa?> Dak tbikkem. Imbagħad is-sultanqal lil dawk li kienu qegħdin iservu: <Orbtulu riġlejh u idejh u

  33. waddbuh ‘il barra fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien!> Għax ħafna huma l-imsejħin, imma ftit il-magħżulin.”

  34. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  35. ĦSIEB

More Related