1 / 18

I ċ - Ċ ittadinanza Maltija

I ċ - Ċ ittadinanza Maltija. Li ġ ijiet li jirregolaw i ċ - ċ ittadinanza Maltija. KAPITLU 3 TAL-KOSTITUZZJONI TA’ MALTA U KAPITOLU 188 tal - LI Ġ IJIET TA’ MALTA – ATT DWAR IĊ-ĊITTADINANZA MALTIJA. Fil-qosor x’ ikopru dawn il-provedimenti.

verity
Download Presentation

I ċ - Ċ ittadinanza Maltija

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Iċ-ĊittadinanzaMaltija

  2. Liġijiet li jirregolawiċ-ċittadinanzaMaltija KAPITLU 3 TAL-KOSTITUZZJONI TA’ MALTA U KAPITOLU 188 tal-LIĠIJIET TA’ MALTA – ATT DWAR IĊ-ĊITTADINANZA MALTIJA

  3. Fil-qosor x’ikopru dawn il-provedimenti • Min sar Malti bit-twelid f’Malta meta saret stat indipendenti fil-21 ta’Settembru 1964 kif ukoll,minn dak inhar ‘l hawn, persuna jista’ jkollha dritt awtomatiku għaċ-ċittadinanza Maltija • Min sar Malti bit-twelid barra minn Malta minn genituri Maltin fil-21 ta’ Settembru 1964 kif ukoll, minn dak inhar ’l hawn, persuna jista’ jkollha dritt awtomatiku ghac-cittadinanza Maltija • Dettalji dwar id-dritt taċ-ċittadinanza doppja ( kif ukoll Multipla) • Il-mod kif iċ-ċittadinanza Maltija tista’ tigi akkwistata b’registrazzjoni – li l-akkwist huwa bi dritt (f’każ ta’ persuni ta’ dixxendenza Maltija, konjugi ta’ cittadini Maltin), għalkemm fil-każijiet ta’ konjuġi ta’ ċittadini Maltin hemm xi restrizzjonijiet • Il-mod kif tista’ tiġi akkwistata iċ-ċittadinanza Maltija b’naturalizzazzjoni – fejn ġeneralment teżisti diskrezzjoni tal-Ministru. Illum din id-diskrezzjoni tintuża mill-Ministru fuq bażi ta’ policies. Il-każijiet ta’ naturalizzazzjoni jirrigwardaw wkoll tfal mwielda barra ż-żwieg ta’ ċittadini Maltin jew ta’ barranin li ilhom jirresjedu Malta għal bosta snin

  4. Ikompli • Il-privazzjoni taċ-ċittadinanza Maltija fejn din tkun akkwistata b’qerq • Ir-rinunzja taċ-ċittadinanza Maltija • Dettalji oħra bħal per eżempju f’każ ta’ adozzjoni, tfal mwielda barra ż-żwieg, proċeduri u teknikalijiet oħra Il-provedimenti li jeżistu llum qegħdin hemm wara żvilupp li twettaq f’medda ta’ tmintax-il sena f’dan il-qasam permezz ta’ emendi radikali għat-test oriġinali tal-liġijiet

  5. Żviluppimatuliż-żmien fil-qasam taċ-Ċittadinanza iċ-ċittadinanza Maltija nħolqot meta inħoloq l-istat Malti permezz tal-Indipendenza fil- 21 ta’ Settembru 1964 Dak inhar il-provedimenti li jirregolaw dwar min sar Malti jew seta’ jsir Malti ġew introdotti fil-Kostituzzjoni permezz ta’ Kapitlu 3 L-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija li daħal fis-seħħ fl-1965 ikkumplementa il-provedimenti li kien hemm fil-Kostituzzjoni

  6. Sas-sena 1989 ma kien sar ebda tibdil sinifikanti għal dawn il-liġijiet. Fl-1 ta’ Awwissu 1989 ġew fis-seħħ emendi dwar Iċ-ċittadinanza doppja - emigranti Maltin (persuni mweldin Malta biss) jakkwistaw dan id-dritt b’xi restrizzjonijiet. l-akkwist taċ-ċittadinanza Maltija mill-omm fil-każ ta’ persuni mwieldin barra.Qabel din id-data iċ-ċittadinanza kienet tiġi trasmessa mill-missier biss. Id-dritt tar-raġel (mhux biss tal-mara kif kienet is-sitwazzjoni qabel) ta’ ċittadin ta’ Malta biex jakkwista ċ-ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni L-akkwist taċ-ċittadinanza Maltija minn persuni mwielda Malta ristrett bissfil-każ ta’ persuni mweldin Malta jekk l-omm jew il-missier ikunu ċittadini ta’ Malta

  7. Sena 2000 Saru emendi radikali għal-Liġijiet : ic-cittadinanza doppja li qabel kienet aċċettata biss fil-każ ta’ emigranti Maltin u fil-każ sakemm il-persuna jkollha 19-il sena saret ir-regola u mhux aktar l-eċċezzjoni b’din il-miżura persuni tal-ewwel ġenerazzjoni mweldin barra setgħu jżommuiċ-ċittadinanza Maltija ma’ dik barranija kif ukoll – xi wħud akkwistaw awtomatikament iċ-ċittadinanza Maltija fl-10 ta’ Frar 2000 meta ġew fis-seħħ dawn l-emendi dawk kollha li kienu se jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija kellhom id-drittgħaċ-ċittadinanza doppja spiċċaw ir-restrizzjonijiet li kellhom qabel emigranti Maltin biex ikollhom id-dritt għaċ-ċittadinanza doppja ħafna minnhom. Min ma kkwalifkax taħt il-provedimenti ta’ qabel seta’ jagħmel dan bis-saħħa ta’ dawn l-emendi.

  8. Sena 2000 ikompli- Daħlu xi restrizzjonijiet fil-każ ta’ konjugi ta’ ċittadini Maltin – setgħu jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija wara ħames snin ta’ żwieġ It-tfal, imweldin wara l-Indipendenza u qabel l-1 ta’ Awwissu 1989, ta’ ommijiet setgħu jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni. Il-provedimenti li huma meħtiega biex jiġu implementati dawn id-drittijiet taċ-ċittadinanza Maltija tneħħew mill-Kostituzzjoni u tqegħdu fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija. Illum fil-Kostituzzjoni nsibu biss l-prinċipji taċ-ċittadinanza Maltija.

  9. Sena 2007 B’dawn l-emendi sar possibbli biex persuni li jippruvaw li huma dixxendenti ta’ persuni mweldin Malta minn ġenitur li mwieled Malta wkoll jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija sempliċiment b’reġistrazzjoni u b’ebda restrizzjonijiet. Il-mod kif huma mfassla teknikament dawn il-provedimenti dan id-dritt • jingħata biss lill-persuni li huma ta’ nisel Malti. • kif ukoll jiżgura li dan id-dritt jitgawda minn persuni ta’ dixxendenza Maltija li jixtiequ li jkunu huma stess Maltin u li jixtiequ li jgħaddu dan id-dritt lill-ġenerazzjonijiet futuri.

  10. Nota • Dawn l-emendi jagħmlu l-liġi Maltija waħda mil-liġiet liberali u progressivi f’dan il-qasam u li jagħtu lill-Maltin ta’ barra drittijiet sinifikanti, speċjalment dawk li qegħdin f’kontinenti oħra, mobiltà u drittijiet fl-Ewropa • Minn hu interessat li jara fid-dettal dan l-iżvilupp jista’ jirreferi għall-paper li jien ippreżentajt waqt l-aħħar Konvenzjoni tal-Maltin ta’ barra u li wieħed jista’ jsib fuq dan is-sit elettroniku http://www.foreign.gov.mt/Library/PDF/MFABookCD.pdf

  11. L-implimentazzjonital-Liġijiet Ligijiet li jikkontemplaw l-għotja ta’ servizz bħal fil-każ tal-liġijiet taċ-ċittadinanza jeħtieġu l-implimentazzjoni: • Id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates bl-għajnuna tal-Ambaxxati Maltin ilu jagħmel dan minn meta nħolqot iċ-ċittadinanza Maltija. Din l-implimentazzjoni tikkonsisti prinċipalment fl-għotja taċ-ċittadinanza Maltija jew il-konferma li persuna hija tabilħaqq ċittadin ta’ Malta • Il-provedimenti preżenti, minħabba li jirrigwardaw eluf ta’ persuni li jinsabu madwar id-dinja u d-domanda għall-informazzjoni u talbiet għaċ-ċittadinanza kibret sostanzjalment f’daqqa, jeħtieġu riżorsi sabiex jiġu implimentati b’mod effettiv • Il-Ministeru qed jipprovdi dawn ir-riżorsi (l-aktar umani kif ukoll organizzattivi – bħal proċeduri u materjal ta’ informazzjoni) sabiex ikun hemmimplementazzjoni effettiva.

  12. Xi osservazzjonijietdwar l-implementazzjoni • Il-materja taċ-ċittadinanza, bl-iżvilupp li sar matul iż-żminijiet, saret waħda dinamika u f’ċerti każi jkunu jridu jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi u provvedimenti li kienu jeżistu qabel tkun saret it-talba u li jistgħu jaffettwaw l-istess talba. • Kont naħseb li se tkun difficli biex persuni jipproduċu dokumentazzjoni li tipprova li huma dixxendenti ta’ persuni mwielda Malta minħabba t-tul ta’ żmien involut • dan ma kienx il-każ – b’mod jew ieħor iġibuhom • fejn kien hemm xi diffikoltà l-Ministeru jkun prattiku u jikkunsidra kull prova anke jekk ma tkunx ċertifikat tat-twelid jew żwieġ • Bl-emendi tal-2000 fejn iċ-ċittadinanza doppja saret ir-regola, konjuġi ta’ ċittadini Maltin, minkejja li jgħixu barra minn Malta, tħajru sabiex jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija • Bl-emendi tal-2007 id-Dipartiment ikollu talbiet minn dixxidenti ta’ persuni ta’ oriġini Maltija sabiex jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija minħabba li jkunu jridu jeżerċitaw id-dritt ta’ muviment ħieles fl-Ewropa.

  13. Xi Statistika • Qed nirriproduċi xi statistika ta’ kemm persuni ġew reġistrati u minn liema pajjiżġejjin, kif ukoll il-bażi ta’ kif akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Dicembru 2011 (Tabella A) kif ukoll -in-numru ta’ persuni li lilhom ġie kkonfermat li reġgħu akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija bis-saħħa tal-emendi mill-1989 (Tabella B). Ma jfissirx li dawn biss reġgħu ħadu dan id-dritt, hemm ħafna eluf oħra – iżda dawk li jidhru huma l-persuni li għamlu t-talba lid-Dipartiment. • Mill-1989 sallumġew reġistrati bħala ċittadini Maltin: 1989 – 2000: 1234 persuna 2001 – 2007: 4164 persuna 2008 – 2012: 4158 persuna Filwaqt 14872 persuna ġie kkonfermat lilhom li reġgħu akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija bis-saħħa ta’ dawn l-emendi Dawn il-persuni kollha għandhom dritt għaċ-ċittadinanza doppja.

  14. Tabella A

  15. TABELLA B

  16. Tmiem

More Related