1 / 11

Il-Jiem Nazzjonali sinifikat, dati, ritratti u tifsir

Il-Jiem Nazzjonali sinifikat, dati, ritratti u tifsir. Ara slide-show dwar is-sinifikat tal-Jiem Nazzjonali Maltin. Biex tara l-kumplament tas-slides, ikklikkja x’imkien fuq l-iscreen tal-kompjuter. Jum il-Vitorja. Magħruf ukoll bħala l-Otto Settembre.

tyne
Download Presentation

Il-Jiem Nazzjonali sinifikat, dati, ritratti u tifsir

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Il-Jiem Nazzjonalisinifikat, dati, ritratti u tifsir Ara slide-show dwar is-sinifikat tal-Jiem Nazzjonali Maltin. Biex tara l-kumplament tas-slides, ikklikkja x’imkien fuq l-iscreen tal-kompjuter.

  2. Jum il-Vitorja • Magħruf ukoll bħala l-Otto Settembre. • Fil-fatt niċċelebraw dan il-Jum Nazzjonali nhar it-8 ta’ Settembru. • Ifakkarna fir-rebħa li l-Maltin u l-Kavallieri għamlu fuq it-Torok Ottomani fl-1565. • Il-Maltin u l-Kavallieri kienu mmexxija mill-Granmastru La Valette. • Ifakkarna wkoll meta l-Italja ċediet fit-Tieni Gwerra Dinjija; hekk waqfu l-air-raids fuq Malta u għalina l-Maltin spiċċat il-gwerra.

  3. Jum il-Vitorja • Insibu żewġ monumenti li jfakkruna f’Jum l-Otto Settembre. • L-ewwel jinsab insibuh f’Misraħ ir-Rebħa fil-Birgu (ritratt fuq). • Il-Monument l-ieħor (ritratt isfel) jinsab quddiem il-qrati Maltin fil-Belt Valletta. • Il-munument tal-Belt huwa xogħol l-iskultur Malti Antonio Sciortino. • Biex infakkru Jum il-Vitorja, kull sena jkun hemm ir-Regatta (tlielaq bid-dgħajjes) fil-Port il-Kbir.

  4. Jum is-Sette Giugno • Kienet għadha kemm spiċċat l-Ewwel Gwerra Dinjija. F’Malta kien hawn il-faqar, ġuħ u nuqqas ta’ xogħol. • Is-sena kienet l-1919. • Il-mexxejja tal-Maltin iffurmaw l-Assemblea Nazzjonali biex titlob lill-Gvern Ingliż jagħti kas id-drittijiet tal-Maltin. • Fit-tieni laqgħa ta’ l-Assemblea, f’Ġunju 1919, bosta Maltin telgħu l-Belt biex jagħtu l-appoġġ lill-Assemblea. • Il-folla rrabbjata ħarqet stamperija favur il-Gvern, kissret xi ħwienet u anke djar ta’ importaturi tal-qamħ. • Il-Gvernatur Ingliż, meta ra li l-puluzija tilfet il-kobtroll tas-sitwazzjoni, sejjaħ lill-marines. • Xi Maltin inqatlu meta ntlaqtu mit-tiri ta’ l-azzarini Ngliżi.

  5. Il-monumenti tas-Sette Giugno. • Il-monument prinċipali nistgħu narawh fi Pjazza San Ġorġ quddiem il-Palazz tal-President fil-Belt Valletta. • Il-vittmi Maltin tas-Sette Giugno indifnu fiċ-ċimiterju ta’ l-Addolorata fejn insibu monument ieħor li jfakkar din il-ġrajja.

  6. Jum l-Indipendenza • Il-Gżejjer Maltin ħadu l-Indipendenza mill-Ingilterra fil-21 ta’ Settembru 1964. • L-Ingliżi kienu ilhom jaħkmu fuq il-Gżejjer Maltin mill-1800. • Il-Prim Ministru Maltin dak iż-żmien kien in-Nutar Ġorġ Borġ Olivier. • Malli Malta saret Stat Indipendenti, it-tmexxija għaddiet f’idejn il-Gvern malti. • Fl-1964 Malta saret membru fil-Ġnus Magħquda. • Fl-1965 Malta saret ukoll membru tal-Kunsill ta’ l-Ewropa.

  7. L-Indipendenza ta’ Malta • Il-monument prinċipali ta’ l-Indipendenza qiegħed fil-bidu tal-Mall il-Furjana. • Ftit ’il bogħod minnu, fix-Xagħra tal-Furjana, kienet saret iċ-ċerimonja uffiċċjali ta’ l-inżul tal-bandiera Ngliża u t-tlugħ tal-bandiera Maltija. • Dan kien f’nofsillejl tal-21 ta’ Settembru 1964.

  8. Jum ir-Repubblika • Malta saret Repubblika fit-13 ta’ Diċembru 1974. • Il-Parlament Malti, b’maġġoranza kbira, ivvota favur il-bidla fil-Kostituzzjoni Maltija. • Permezz ta’ din il-bidla, il-kap ta’ l-Istat Malti ma baqax iktar il-Gvernatur imma sar il-President. • Il-President tar-Repubblika Maltija issa kellu jibda jinħatar mill-Parlament Malti kull ħames snin. • Il-Prim Ministru Malti kien il-perit Duminku Mintoff. • L-ewwel President Malti kien Sir Anthony Mamo. • Sir Anthony Mamo kien il-Gvernatur Ġenerali skond il-kostituzzjoni Maltija ta’ qabel dan l-avveniment.

  9. Ir-Repubblika • Fir-ritratt (fuq) tidher plakka ta’ l-irħam imwaħħla mal-ħajt tal-Palazz tal-President fil-Belt. • Il-plakka tfakkar Jum it-13 ta’ Diċembru 1974 meta Malta ġiet iddikjarata Repubblika. • Mill-gallarija tal-Palazz (ritratt isfel) ħareġ isellem lill-folla Sir Anthony Mamo, l-ewwel President ta’ Malta Repubblika. • Fl-istess palazz, il-President ta’ Malta għandu l-uffiċċju tiegħu.

  10. Jum il-Ħelsien • Il-fatt li Malta kienet kolonja ta’ l-Ingilterra kien ifisser li f’Malta jkun hawn suldati Ingliżi. • Malta kellha ekonomija ta’ fortizza; l-ekonomija kienet tiddependi min-nefqa tas-servizzi Ngliżi. • Wara l-Indipendenza (1964) it-truppi Ingliżi kellhom jibqgħu hawn għall-ħarsien tal-Gżejjer Maltin sa l-1974. • Bi ftehim bejn iż-żewġ gvernijiet (Malti u Ngliż) dan il-ftehim mġedded bi ħlas sa l-1979

  11. L-aħħar suldati jitilqu minn Malta • Il-ftehim mal-Gvern Ingliż skada fil-31 ta’ Marzu 1979. • L-għada telqet minn Malta l-aħħar frejgata Ingliża. • B’hekk spiċċat għal kollox il-bażi militari Ngliża minn Malta. • Il-monument li jfakkar lil Malta Ħielsa qiegħed il-Birgu, fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ san Lawrenz. • Dan il-jum baqa’ jissejjaħ Jum il-Ħelsien. • Mis-snin 60, Malta bdiet tibni ekonomija ibbażata biedja, l-industrija u s-servizzi. TMIEM tas-slide-show.

More Related