IL-LAJĊI
This presentation is the property of its rightful owner.
Sponsored Links
1 / 32

IL-LAJĊI FIL-PARROĊĊA OPPORTUNITÁ JEW PIŻ? PowerPoint PPT Presentation


  • 84 Views
  • Uploaded on
  • Presentation posted in: General

IL-LAJĊI FIL-PARROĊĊA OPPORTUNITÁ JEW PIŻ?. MIS-SEGRETARJAT GĦAL-LAJĊI. FL-ACCOUNTS NISTAQSU … … dawn asset jew liability ? … x’valur nett għandhom ? … jiswew xi ħaga ? … nistgħu nieħdu xi ħaġa minnhom ? … fihom xi użu jew we write them off ?. FI KLIEM IEĦOR ….

Download Presentation

IL-LAJĊI FIL-PARROĊĊA OPPORTUNITÁ JEW PIŻ?

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation

Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author.While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server.


- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - E N D - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -

Presentation Transcript


Il laj i fil parro a opportunit jew pi

IL-LAJĊI

FIL-PARROĊĊA

OPPORTUNITÁ JEW PIŻ?

MIS-SEGRETARJAT GĦAL-LAJĊI


Il laj i fil parro a opportunit jew pi

FL-ACCOUNTS NISTAQSU …

… dawn asset jew liability ?

… x’valur nett għandhom ?

… jiswew xi ħaga ?

… nistgħu nieħdu xi ħaġa minnhom ?

… fihom xi użu jew we write them off ?


Fi kliem ie or

FI KLIEM IEĦOR …

Aħna lil-lajċi nemmnu fihom?

Dawn opportunitá jew piż fil-parroċċi tagħna?

Għandna fiduċja fihom?


Il laj i fil parro a opportunit jew pi

IMMA MILL-BANDA L-OĦRA …

IL-LAJĊI GĦANDHOM FIDUĊJA

FIHOM INFUSHOM ?

 “Jekk ma jkollnix qassis magħna l-laqgħa ma ssirx.”

 “Aħna ma nafux inwieġbu ċerti domandi li jsaqsuna.”

 “Meta jiġu x-Xhieda ta’ Jehova, jħabbtulna ngħidulhom, li m’aħniex interessati.”

 Imma jien nistaqsi, “Jekk ġew ikellmuna fuq Kristu, kif inwieġbu li m’aħniex interessati ?

 M’aħniex interessati jew m’aħniex kapaċi inwieġbu ?


Attitudnijiet komuni tort ta nuqqas ta fidu ja

ATTITUDNIJIET KOMUNI TORT TA’ NUQQAS TA’ FIDUĊJA

 sottomissjoni lejn il-qassis jew il-kappillan.

 sostituzzjoni fil-ħidma tal-qassis.

Sinodu ... Dokument, “Lajċi Nsara”, 22 u 23.

SFORTUNATAMENT …

dawn l-attitudnijiet dwar il-lajċimhumiex komuni biss fost il-lajċi, imma wkoll fost numru ta’ saċerdoti u xi kappillani.


Kieku kellna ans nag lu

KIEKU KELLNA Ċ-ĊANS NAGĦŻLU

Manager tajjeb jagħżel l-aħjar nies fl-istaff tiegħu …

 kwalifikati...

 b’ċertifikati tajba ...

 b’esperjenza ...

 persuni ta’inizjattiva ...

 ta’kuraġġ ...

Imma l-Mulej ma jagħzilx lil min huwa kwalifikat iżda jikkwalifika lil min jagħżel.


Imma l img allem

IMMA L-IMGĦALLEM ...

Minkejja li kellu kull ċans li jagħżel, għażilhom ...

 bla kwalifiċi u bla ċertifikati,

 bla esperjenza, bla inizjattiva,

 bla kuraġġ.

Anzi fuq il-finanzi, l-uniku qasam li kellu persuna ta’ esperjenza ‘l min ipoġġi, Mattew, flok poġġa lilu, qiegħed lil xi ħadd ieħor ... u għamillu fjask.

Minflok dan kollu. nefaħ fihom l-Ispirtu tiegħu. U hekk dak kollu li kien tiegħu sar tagħhom.


B dawn il persuni

B’DAWN IL-PERSUNI

 Kien b’dawn il-persuni li ried jaħdem hu.

 U hu b’dawn il-persuni li qed jurina li trid taħdem il-Knisja llum.

“Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, talli inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem, u għarrafthom lil min hu ċkejken.”

L-IMGĦALLEM EMMEN FIHOM ...

u għax emmen fihom...

fihom investa dak kollu li kellu.


Ninvestu fil laj i

NINVESTU FIL-LAJĊI

 ninvestu l-ħin,

 ninvestu r-riżorsi,

 ninvestu l-flus,

 ninvestu l-imħabba,

 imma fuq kollox ninvestu l-fiduċja.

Nemmnu fihom aħna biex huma jemmnu fihom infushom.


Nuqqas ta fidu ja fil laj i

NUQQAS TA’ FIDUĊJA FIL-LAJĊI

 Huwa fatt li numru ta’ saċerdoti jew kappillani m’għandhomx fiduċja fil-lajċi.

 Huwa fatt li xi saċerdoti jew kappillani ma għandhom fiduċja f’ħadd ħlief fihom infushom.

 Huwa fatt li xi saċerdoti jew kappillani lil-lajċi jużawhom u daqshekk.

 Għal oħrajn il-lajċi huwa oġġett ta’ missjoni imma mhux sħab fil-missjoni.


Sfidu ja re iproka

SFIDUĊJA REĊIPROKA

Sfortunatament ...

 il-problema spiss tkun reċiproka,

 għaliex numru ta’ lajċi m’għandhomx fiduċja fil-kappillani tagħhom… u dan huwa ħażin.

Ħażin għaliex mal-kappillan spiss jitilfu il-fiduċja fil-Knisja wkoll.


L univers ma jdurx mag na

L-UNIVERS MA JDURX MAGĦNA

 400 sena ilu Galileo qal li l-Univers ma jdurx magħna. Illum hawn min għadu jemmen l-istess... li huwa ċ-ċentru u kollox idur fuqu.

 Mhux management tajjeb li kollox jkun jiddependi minni.

 Mhux management tajjeb li malli nispiċċa jiena jispiċċa kollox miegħi.

 Mhux management tajjeb li kull meta jinbidel il-kappillan, fil-parroċċa jsir terrimot.


Attitudnijiet odda

ATTITUDNIJIET ĠODDA

Minflok l-attitudnijiet tas-sottomissjoni u sostituzzjoni, is-Sinodu Djoċesan jisħaq dwar…

 ATTITUDNI TA’ KOLLABORAZZJONI fejn flimkien infittxu dak li jrid Alla minna.

 ATTITUDNI PROFETIKA fejn lkoll kemm aħna nistaqsu u nixxenqu għat-tiġdid fil-Knisja.

Sinodu ... Dokument, “Lajċi Nsara”, 24 u 25.


Is sinodu dwar il laj i u l parro a

IS-SINODU DWAR “IL-LAJĊI U L-PARROĊĊA”

“Is-sehem il-kbir tal-lajċi impenjati fil-ħidma tal-Knisja normalment jingħata fil-parroċċa.”

 Din hija dik il-biċċa tal-għalqa li fiha l-Mulej qed isejjaħli biex naħdem.

 Allura b’liema dritt il-kappillan ma jaċċettanix ?


Parte ipazzjoni u korresponsabit

PARTEĊIPAZZJONI U KORRESPONSABITÀ

“Biex il-parroċċa taqdi l-missjoni tagħha, irridu nagħmlu ħilitna biex nagħmluha komunità fejn il-parteċipazzjoni u l-korresponsabiltà jkunu l-binarji ta’ l-iżvilupp tagħha fid-direzzjoni t-tajba.”

“Parroċċa tiddependi ħafna mill-preżenza attiva tal-lajċi. Ma nistgħux nitkellmu minn komunità parrokkjali fejn il-lajċi sempliċiment jesegwixxu l-ordnijiet.”

Sinodu ... Dokument, “Lajċi Nsara”, 19.


Id dnub tal attivi mu

ID-DNUB TAL-ATTIVIŻMU

“M’hemmx dubju li fil-parroċċi tagħna għandna ħafna inizjattivi u għandna ħafna involviment tal-lajċi. Biss ta’ min jara kemm dan kollu qed jibni l-komunità.”

Sinodu ... Dokument, “Lajċi Nsara”, 19.

 Jista’ jkun li nqbadna f’ċirku dejjem jikber ta’ attivitajiet li mhux qed jħallulna ċans nieqfu nirriflettu. Imma aħna x’irridu? Fejn irridu naslu?

Jista’ jkun li l-għaqdiet, il-kummissjonijiet u l-lajci ta’ madwarna qed jiġrilhom bħalna huma wkoll?


Il k p p

IL-K.P.P.

 Wasal il-waqt li nirrevedu ir-rwol veru tal-K.P.P. fil-parroċċa ?

 Illum f’ħafna parroċċi fejn hemm KPP jaħdem ... aktarx li d-diskussjoni tkun dwar l-attivitajiet li qed nagħmlu.

 Kemm qed issir riflessjoni vera u matura dwar fejn irridu naslu bħala parroċċa ?


Valuri

VALURI …

Fil-KPP, kemm qed nagħmlu riflessjoni matura u serja dwar il-VALURI li rridu nħaddnu aħna u nwasslu għand l-oħrajn ?

 Komunjoni

 Formazzjoni

 Djalogu

 Qadi

 Solidarjetà

 Evanġelizzazzjoni


Il valuri mhux invenzjoni tas sinodu

IL-VALURI MHUX INVENZJONI TAS-SINODU

 Dawn ilhom hemm sa mill-bidu tal-Knisja.

 Biżżejjed naqraw mill-ġdid l-Atti tal-Appostli.

 Qed insiru kull ma jmur Knisja, li f’ħafna aspetti tixbaħ ħafna lil dik ta’ l-ewwel insara...

 Imma hemm differenza bażika …

FID-DIREZZJONI LI MIEXJA

FIHA IS-SOĊJETÀ …

 Qabel mill-paganeżmu għall-Kristjaneżmu...

iżda llum bil-maqlub.


L istess imma differenti

L-ISTESS IMMA DIFFERENTI

L-istess għax ...

 qed insiru reliġjon tal-minoranza,

 reliġjon distinta mill-kultura,

 fidi ta’ konvinzjoni mhux tal-okkażżjoni,

 spiss joħduha kontrina minħabba f’dak li nemmnu,

 insara li qegħdin fid-dinja imma mhux tad-dinja.

Imma differenti għax …

 l-ewwel insara ħadu dak li kien pagan u għamluħ nisrani.

illum qed joħdulna dak li hu nisrani u jagħmluh pagan.

 serqulna Jum il-Mulej … imma x’ma serqulniex ?

il-milied, il-festi, il-valuri, il-knejjes li saru mużewijiet ?

 serquhom huma jew ċedejna għalihom aħna ?


Fejn qeg ednihom il valuri

FEJN QEGĦEDNIHOM IL-VALURI?

?

 Matul dawn l-aħħar snin, kemm ħarġu dokumenti mill-Arċidjocesi

Wiċċ Diġitali - Żwieg u Familja - Knisja Inklussiva – il-Pjan Pastorali -

 Qatt kien hemm dokument diskuss daqs dak tal-festi

Dawn huma l-preokkupazzjonijiet tal-poplu tagħna, il- festi?


Ur enti a fna

URĠENTI ĦAFNA

 FORMAZZJONI … soda u dejjiema - umana, spiritwali, duttrinali.

 KOMUNJONI … vertikali u orizzontali - bażata fuq valuri nsara.

 RIFLESSJONI ... kontinwa - dwar dak li kollu li qed nagħmlu jew infasslu.


Lejn g emmaws u lura

LEJN GĦEMMAWS U LURA

Għemmaws hija l-Knisja li tbegħdet minn Ġersusalemm għaliex ...

 beżgħet mis-salib u mill-kalvarju,

 tilfet kull tama fl-Imgħallem tagħha u fil-Komunita’ li ħalliet warajha,

 il-viżjoni li kellha mhux bilfors dik ta’ l-Imgħallem,

 mhux dejjem fehmet il-Kelma mħabbra lilha.

U l-Knisja tagħna llum tixbaħ lil dik ta’ Għemmaws ?


Ottimi mu anke llum

OTTIMIŻMU ANKE LLUM

 Għaliex aktar ma nitbiegħed minn Ġerusalemm, aktar qed noqrob lejn Għemmaws.

 U aktar ma noqrob lejn Għemmaws, aktar qed noqrob lejn il-mument li nerġa ngħaraf lil Mulej.

 U allura l-mument li fih li naqbad triqti lura lejn Ġerusalemm u lejn il-Komunità.

BASTA TRIQITNA NIMXUHA MIEGĦU


Formazzjoni fil kelma fissrilhom kull ma kien hemm fl iskrittura fuqu lq 24 27

FORMAZZJONI FIL-KELMA"Fissrilhom kull ma kien hemm fl-Iskrittura fuqu."  (Lq 24 :27)

 Fejn il-Kotba Mqaddsa jsiru f’ħajjitna Kelma Ħajja.

 Fejn ikun l-Imgħallem innifsu li jfissrilna x’hemm miktub fuqu.

 Fejn huwa u jkellimna, qalbna terġa’ titħeġġeġ u t-tama tinbet mill-ġdid.

 Mhux daqstant studju tal-Bibbja, daqskemm laqgħa ħajja ma’ l-Imgħallem.


Il laj i fil parro a opportunit jew pi

KOMUNITÁ TA’ QADI"Huma ġegħluh jibqa' magħhom u qalulu: "Ibqa' magħna, għax issa sar ħafna ħin u l-jum ġa wasal biex jintemm." (Lq 24 :28)

 Fejn kull attività u kull pjan jinbet minn, u jkun immirat lejn il-bżonn li nkunu qaddejja.

 Fejn kull struttura tal-parroċċa, u mhux biss il-Kumm. Djakonija, teżisti biex taqdi.

 Fejn is-solidarjetà ta’ bejnietna tkun xhieda ħajja tat-twemmin li nħaddnu.


Parro a ewkaristika g arfuh fil qsim tal ob lq 24 35

PARROĊĊA EWKARISTIKA"Għarfuh fil-qsim tal-ħobż." (Lq 24 :35)

Fejn il-Qsim tal-Ħobż jkun dik l-esperjenza li …

 twassalna biex nagħrfu lil Ġesú l-Imgħallem tagħna f’kull persuna li niltaqgħu magħha,

 li terġa tqarribna lura lejn dik il-Komunitá li tlaqna minna,

 u nagħtu xhieda fost ħutna tal-laqgħa li kellna miegħu.


Dan kollu mhux xog ol il kappillan wa du

DAN KOLLU MHUX XOGĦOL IL-KAPPILLAN WAĦDU

 Din hija l-missjoni tal-Komunità Nisranija kollha - saċerdoti u lajċi.

 Mhix il-missjoni tal-kappillan waħdu...

 Il-lajċi mhumiex hemm biex jgħinu lill-kappillan fit-twettiq tal-vokazzjoni tiegħu ... imma biex huma wkoll iwieġbu għal sejħa personali li saret lilhom.

 Mhumiex helpers… imma co-workers.

 Jiena ċert li dan intom tafu kollu...

IMMA ĦAFNA MIL-LAJĊI MA JAFUHX U JEĦTIEĠ NGĦIDUHULHOM.


Biex il laj i ma jkunux pi imma jsiru opportunit

BIEX IL-LAJĊI MA JKUNUX PIŻ, IMMA JSIRU OPPORTUNITÀ

Ninvolvuhom, b’mod li l-missjoni jħossuha tagħhom ukoll.

Ninvestu fil-formazzjoni tagħhom, anke jekk isiru aħjar minna.

Fejn meħtieġ, inkunu lesti li niżbru f’ħinu u bil-għaqal.

Naċċettaw li bħalna għandhom limitazzjonijiet u għalhekk jiżbaljaw.

Nagħmlulhom kuraġġ u Nuruhom apprezzament.

Niftħu għajnejna għall-kwestjonijiet ta’ bejniethom.

Nirrispettaw l-individwalità tagħhom.

Nkunu lest li l-aħħar kelma mhux bilfors tkun dejjem tagħna.

Naċċettaw il-kritika u ma nkunux dejjem lesti b’xi difiża.

Nħarrġuhom biex ma’ kull problema li jressqu, jipproponu soluzjoni.

Naħdmu magħhom bħala tim, imma nittrattaw magħhom ta’ individwi.

Nħobbuhom u Nafdawhom.

Nitolbu għalihom u Nitolbu magħhom.


Kri i ta identit opportunit fil parro a

KRIŻI TA’ IDENTITÀOpportunità fil-Parroċċa

1. “Intom, il-lajċi ...” - eskużjoni tagħhom infushom.

2. “Aħna l-lajċi ...” - esklużjoni ta’ l-oħrajn.

Iżda mhix biss kriżi ta’ identità individwali ...

Imma hija fuq kollox kriżi ta’ identità kollettiva ...

 bħala Parroċċa,

 bħala Komunità,

 bħala Knisja.

 Mhux biss, “Min jien?” ... Imma wkoll, “Min aħna?”

 Kif nirrelata mhux biss ma’ l-Imgħallem, imma wkoll mal-aħwa.


L istess b al f g emmaws

L-ISTESS BĦAL F’GĦEMMAWS

1. Id-dixxipli li telqu mill-komunità taċ-Ċenaklu biex marru lura lejn il-ħajja antika tagħhom, eskludew lilhom infushom mill-komunità.

2. Id-dixxipli li baqgħu msakkra ġewwa ċ-Ċenaklu, magħluqa fihom infushom u eskludew lil dawk li telqu.

 It-tnejn li huma ħtieġu d-dehra ta’ Ġesù f’ħajjithom.

 It-tnejn li huma kellhom bżonn ix-xhieda tal-oħrajn.


Opportunit g al xulxin

OPPORTUNITÁ GĦAL XULXIN

Jekk inkunu

KOMUNITÁ WAĦDA,

flimkien insiru għal xulxin

OPPORTUNITÁ,

anke jekk kultant jkollna

nerfgħu l-PIŻ ta’ wieħed

lil l-ieħor.


  • Login