Slide1 l.jpg
This presentation is the property of its rightful owner.
Sponsored Links
1 / 12

u Thomper PowerPoint PPT Presentation


  • 79 Views
  • Uploaded on
  • Presentation posted in: General

Bambi . u Thomper . Dik ix-x itwa għamlet kesħa iktar mis-soltu. Il-borra ksiet kullimkien u ħafna mill-annimali tal-bosk tilfu l-ħbieb tagħhom. Imma kien hemm min sab ħbieb ġodda!.

Download Presentation

u Thomper

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation

Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author.While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server.


- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - E N D - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -

Presentation Transcript


Slide1 l.jpg

Bambi

u Thomper


Slide2 l.jpg

Dik ix-xitwa għamlet kesħa iktar mis-soltu. Il-borra ksiet kullimkien u ħafna mill-annimali tal-bosk tilfu l-ħbieb tagħhom. Imma kien hemm min sab ħbieb ġodda!


Slide3 l.jpg

Bambi u Thomper qabadhom ħafna guħ. Ħaxix ftit li xejn kien hemm, imma meta kienu jsibu xi ftit ħaxix kienu jaqsmuħ bejniethom!


Slide4 l.jpg

Meta l-ġurnata kienet toqrob lejn it-tmiem Bambi kienet tfittex sodda għall-kenn tas-siġar! Thomper kien imur jitrekken magħha biex ma jħossx bard.


Slide5 l.jpg

Ix-xhur tax xitwa għaddew u bdiet toqrob ir-rebbiegħa. Lil Bambi u Thomper dejjem kont tarahom flimkien.


Slide6 l.jpg

Darba Bambi kellha ħafna dwejjaq għax bdiet timmisja lil ommha. Thomper taha bewsa fuq imniħierha u qalilha, “Hawn jien nieħu ħsiebek Bambi!”


Slide7 l.jpg

Darba Thomper tfixkel u mbaram waqt il-logħob. Huwa beda jibki għax weġġa’ rasu u storda.Bambi tagħtu bewsa fuq moħħu u qaltlu, “Hawn jien nieħu ħsiebek Thomper!”


Slide8 l.jpg

Kull fil-għodu ż-żewġt iħbieb kienu jieħdu gost jaraw ix-xemx tiela! Kienu jieħdu gost bl-ewwel raġġi fietla fuq wiċċhom.


Slide9 l.jpg

Kull fil-għaxija ż-żewġt iħbieb kienu jieħdu gost jaraw ix-xemx nieżla! Bambi kienet tkun għajjiena u ġieli kienet tmur għajnha biha.


Slide10 l.jpg

Bambi u Thomper dejjem kienu jieklu flimkien. Il-ħaxix frisk tar-rebbiegħa tant kellu togħma ħelwa!


Slide11 l.jpg

Iċ-ċerva u l-fenek kienu jinħaslu kuljum. Meta tkun tgħix fil-bosk żgur li titħammeġ malajr, imma t-tnejn li huma dejjem kienu jkunu nodfa tazza.


Slide12 l.jpg

Qatt ma raqdu miġġildin. Kull filgħaxija kienu jagħtu l-lejl it-tajjeb lil xulxin. Bambi kienet tħobbu ħafna lil Thomper u Thomper kien iħobbha ħafna lil Bambi.


  • Login