zmien pre istoriku
Download
Skip this Video
Download Presentation
ZMIEN PRE-ISTORIKU

Loading in 2 Seconds...

play fullscreen
1 / 9

ZMIEN PRE-ISTORIKU - PowerPoint PPT Presentation


  • 1298 Views
  • Uploaded on

ZMIEN PRE-ISTORIKU. Agius 1 Neon. Il-fdalijiet li ħallewlna n-nies tal-pre-istorja juru li dawn in-nies minn dejjem kienu biżlin u li kienu ta\' sengħa kbira. Il-kwalita\' tal-fdalijiet turina li forsi f\'xi żminijiet kienu jgħixu aħjar milli fi żminijiet oħra.

loader
I am the owner, or an agent authorized to act on behalf of the owner, of the copyrighted work described.
capcha
Download Presentation

PowerPoint Slideshow about 'ZMIEN PRE-ISTORIKU' - marlon


An Image/Link below is provided (as is) to download presentation

Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author.While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server.


- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - E N D - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
Presentation Transcript
zmien pre istoriku

ZMIEN PRE-ISTORIKU

Agius 1 Neon

slide2
Il-fdalijiet li ħallewlna n-nies tal-pre-istorja juru li dawn in-nies minn dejjem kienu biżlin u li kienu ta\' sengħa kbira.
  • Il-kwalita\' tal-fdalijiet turina li forsi f\'xi żminijiet kienu jgħixu aħjar milli fi żminijiet oħra.
  • Per eżempju, ix-xogħol magħmul fi żmien ir-Ram (il-bini, it-tinqix, il-fuħħar u t-tpinġijiet fuqu) kien bil-qabda aħjar minn dak li sar fi żmien il-Bronż, anke jekk dan ġie aktar tard.
x inhi arkeologija
X’inhi Arkeologija?
  • X\'inhi Arkeoloġija?
  • L-arkeoloġija hija l-istudju ta\' affarijiet u fdalijiet antiki. Permezz ta\' dan l-istudju, arkeoloġisti u studjużi oħra ta\' l-istorja jkunu jistgħu jifhmu kif kienu jgħixu n-nies fl-antik.
  • Dan huwa importanti ħafna speċjalment fl-istudju tal-Pre-istorja. Billi f\'dak iż-żmien il-bniedem kien għadu ma vvintax il-kitba, ma ħallilna xejn bil-miktub dwar kif kien igħix u x\'kien jagħmel.
  • Għaldaqstant, l-arkeoloġisti jistgħu jobsru biss kif kien igħix il-bniedem f\'dak iż-żmien mill-fdalijiet ta\' l-oġġetti li ħalla warajh.
  • Din mhijiex dejjem xi ħaġa faċli. Ħafna drabi, l-arkeoloġisti jridu jħaffru biex ikunu jistgħu isibu dawn il-fdalijiet. Bil-mogħdija taż-żmien, fdalijiet ta\' djar, u l-oġġetti fihom, jintradmu taħt l-art. Barra minn dan, hemm ukoll l-oqbra, li fihom kienu jitħallew ukoll ħafna oġġetti.
  • Meta jsibu dawn l-affarijiet, l-arkeoloġisti jkunu jistgħu jistudjawhom sewwa, jiktbu kotba fuq il-ħajja ta\' l-imgħoddi u jpoġġu l-fdalijiet f\'mużewijiet biex ikun jista\' jarahom il-pubbliku.
x inhuma fossili
X\'inhuma fossili?
  • Fossili huma għadam ġebli: għadam jew qxur ta\' annimali mejta li matul miljuni jew eluf ta\' snin jibbiesu u jsiru ġebel.
  • Kif isir l-għadam ġebli? Jinstab l-aktar f\'ġebel sedimentarju (ġebel li xi darba kien ramel, iżda maż-żmien ibbies u sar ġebel iebes).
  • Meta l-ġisem ta\' l-annimal il-mejjet jispiċċa, jibqgħu biss l-għadam, li jitgħattew ftit ftit bir-ramel u t-tajn.
  • It-tajn biż-żmien jibbies u jsir ġebla. Minħabba f\'hekk l-għadam jibbies u jsir ġebla wkoll.
  • Ħafna drabi dan il-ġebel jitgħatta b\'ħafna saffi ta\' ġebel ieħor li jinġabar fuqu aktar tard matul iż-żminijiet. Xi kultant ikun hemm bżonn it-tħaffir biex il-fossili jitilgħu fil-wiċċ, iżda drabi oħra ċ-ċaqliq ta\' l-art stess matul is-sekli jista\' jerġa\' jikxifhom, speċjalment f\'irdumijiet u viċin il-baħar u xmajjar.
fossili ta annimali misjuba f g ar dalam
Fossili ta\' annimali misjuba f\'Għar Dalam
  • Din hija lista ta\' annimali antiki li l-fossili u l-fdalijiet tagħhom instabu f\'Għar Dalam:
  • o- Bebbux ta\' l-art
  • o- Ċinji
  • o- Ċriev nani (2 tipi)
  • o- Fkieren ta\' l-art kbar (2 tipi)
  • o- Fkieren ta\' l-ilma ħelu
  • o- Graw
  • o- Gremxula kbira
  • o- Ġrieden ta\' denbhom pjuma
  • o- Ġrieden ta\' geddumhom twil
  • o- Ippopotami (2 tipi)
  • o- Ljunfanti nani (3 tipi)
  • o- Lpup
  • o- Lutri
  • o- Orsijiet
  • o- Rospi
  • o- Volpijiet
l ewwel nies f malta
L-Ewwel nies f\'Malta
  • Il-pre-istorja (li tfisser \'żmien qabel l-Istorja\') huwa dak iż-żmien meta l-bniedem kien għadu ma vvintax il-kitba, u għalhekk ma kien iħalli l-ebda rikordju bil-miktub ta\' dak li kien jagħmel u jgħaddi minnu.
  • Għalhekk dwar in-nies tal-pre-istorja nafu biss dak li ħallew bħala fdalijiet ta\' bini u oġġetti li kienu jagħmlu. Dawn il-fdalijiet isibuhom u jistudjawhom l-arkeoloġisti. Arkeoloġist Malti famuż kien Sir Temi Zammit.
  • In-nies tal-pre-istorja għall-bidu kienu jgħixu fl-għerien. Biż-żmien, bdew jibnu djar sempliċi, bħal dawk li nistgħu naraw fi Skorba, fl-inħawi ta\' l-Imġarr.
zmien in neolitiku
Zmien in-Neolitiku
  • Il-kelma Neolitiku ġejja minn \'neo\' (ġdid) u \'lithos\' (ħaġar), u tfisser iż-Żmien il-Ġdid tal-Ħaġar.
  • L-ewwel nies li ġew hawn Malta x\'aktarx kienu minn Sqallija, u ġew fiż-żmien Neolitiku.
  • Dan iż-żmien jissejjaħ hekk għaliex il-ħaġar (l-aktar iż-żnied) kien fost il-materja prima li bihom in-nies kienu jagħmlu l-oġġetti u l-għodda tagħhom.
  • Barra miż-żnied, kienu jagħmlu l-għodod mill-injam, għadam, xewk jew qrun ta\' l-annimali u anka mill-ġebel tal-vulkan.
  • Dawn in-nies tgħallmu wkoll jużaw il-fuħħar. Kienu jagħmlu bwieqi tal-fuħħar, li ħafna drabi kienu jżejnu b\'ħafna disinji, dritti, mgħawġin jew fit-tond.
  • In-nies taż-żmien Neolitiku bdew ukoll jaħdmu fil-biedja, billi tgħallmu kif jiżirgħu u jaħsdu, kif ukoll irabbu l-annimali.
mien ir ram
Żmien ir-Ram
  • Forsi huwa aktar f\'loku li dan iż-żmien jissejjaħ żmien it-Tempji, għal żewġ raġunijiet:
  • (1) Għadu mhux daqshekk ċert in-nies f\'dan iż-żmien kinux tassew jużaw ir-ram;
  • (2) Huwa f\'dan iż-żmien li nbnew ħafna tempji megalitiċi.
  • Fil-fatt l-akbar fdalijiet ta\' dan iż-żmien li għandna fil-gżejjer Maltin huma t-tempji ta\' Ħaġar Qim, l-ipoġew ta\' Ħal Saflieni u t-tempji tal-Ġgantija, f\'Għawdex.
  • Minn dan iż-żmien instabu wkoll fit-tempji ħafna statwi, żgħar u kbar, bil-figura ta\' mara ħoxna. Din x\'aktarx kienet meqjusa bħala l-alla tal-fertilita\'.
mien il bron
Żmien Il-Bronż
  • Il-fdalijiet li nstabu ta\' dan iż-żmien huma fdalijiet ta\' gwerra, bħal skieken u armi oħrajn. Għalhekk hawn min jaħseb li f\'dan iż-żmien il-bniedem kien igħix f\'ħafna taqlib.
  • Mill-fdalijiet li baqa\' ma jidhirx li din iċ-ċivilta\' kienet kbira daqs dik ta\' qabilha (ta\' żmien it-tempji megalitiċi). Dan nistgħu narawh minn ħafna affarijiet bħal:
  • (1) Il-fuħħar tagħhom ma kienx imżejjen daqshekk sabih bħal dak ta\' żmien ir-Ram;
  • (2) Kienu jidfnu lill-mejtin tagħhom f\'oqbra li kienu nbnew minn-nies ta\' żmien ir-Ram.
  • Aktar milli għat-tempji, dawn in-nies huma magħrufin għall-fortifikazzjonijiet li ħallew, bħal dawk ta\' Borġ in-Nadur, il-Baħrija u Birżebbuġa.
  • In-nies ta\' żmien il-Bronż kienu l-aħħar nies tal-pre-istorja ta\' Malta, għaliex kien f\'dan iż-żmien li Malta bdew jiġu jżuruhom il-Feniċi biex jagħmlu l-kummerċ magħhom. Il-Feniċi kienu jafu jiktbu, u malli bdew jgħallmu l-kitba tagħhom lill-Maltin, f\'Malta spiċċat il-pre-istorja u bdiet l-istorja.
ad