1 / 24

KAPITLU 2

Il-Hajja X'tiswa?. KAPITLU 2. Ħ idma kontra it - tixrid tad - droga jew dawk li waqg ħ u fil-vizzju tag ħ ha, jew tax-xorb jew tal-log ħ ob, e ċċ. Progress fix-xjenza, l-aktar fil-qasam tal-medi ċ ina. Ħ idma favur it tfal msawta jew ma ħqur a. G ħ ajnuna lill-anzjani.

lydie
Download Presentation

KAPITLU 2

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Il-Hajja X'tiswa? KAPITLU 2

  2. Ħidma kontra it-tixrid tad-droga jew dawk li waqgħu fil-vizzju tagħha, jew tax-xorb jew tal-logħob, eċċ. • Progress fix-xjenza, l-aktar fil-qasam tal-mediċina • Ħidma favur it tfal msawta jew maħqura • Għajnuna lill-anzjani • Il-ħarsien ta’ l-ambjent • Kura ta’ l-orfni 1. Inħarsu madwarna ĦIDMIET FAVUR IL-ĦAJJA: • Il-ħarsien tal-ambjent • Progress fix-xjenza, l-aktar fil-qasam tal-mediċina • Għajnuna lill-anzjani • Kura tal-orfni • Ħidma favur it-tfal imsawta jew maħqura • Ħidma kontra t-tixrid tad-droga jew dawk li waqgħu fil-vizzju tagħha, jew tax-xorb jew tal-logħob, eċċ.

  3. Il-vjolenza ta’ kull għamla; terroriżmu, tortura, serq bi qtil, moħqrija tat-tfal • It-tniġġiż ta’ l-ambjent • L-ewtanasja, eċċ. • Il-ġuħ u l-mard f’diversi bnadi tad-dinja • L-abort • Il-gwerer, ġlied u qtil • Id-droga ĦIDMIET KONTRA IL-ĦAJJA: • Il-ġuħ u l-mard f’diversi bnadi tad-dinja • Il-gwerer, ġlied u qtil • Il-vjolenza ta’ kull għamla; terroriżmu, tortura, serq bi qtil, moħqrija tat-tfal • It-tniġġiż tal-ambjent • Id-droga • L-abort • L-ewtanasja, eċċ.

  4. 2. Il-Kelma ta' Alla dwar il-Ħajja Skond il-ħsieb ta’ Alla, il-ħajja hija rigal mogħti minnu nnifsu lill-bniedem. Għalhekk irridu ngħożżu dan ir-rigal tal-ħajja li ġie afdat f’idejna u nħarsuh u nieħdu ħsiebu. Irridu wkoll inkabbru dan ir-rigal u nġibuh ‘ilquddiem għax fl-aħħar mill-aħħar il-bnedmin huma msejħa biex jaħdmu id f’id ma’ Alla fil-ħolqien ta’ ħajjiet ġodda. Għalhekk ħadd ma għandu dritt ineħħi ħajtu b’idejh jew jeqred il-ħajja ta’ ħaddiehor, għax Alla biss huwa s-Sid tal-ħajja u tal-mewt.

  5. IL-KELMA TA’ ĠESÙ FUQ IL-ĦAJJA: Fit-tagħlim tiegħu, Ġesù jgħidilna li għandna nħarsu lejn il-ħajja ta’ ħaddiehor mhux biss billi ma nagħmlulhomx ħsara, iżda billi ngħinuhom u nagħmlulhom il-ġid. Hu jagħti importanza kbira lill-ħajja tal-bniedem li ried jagħmilha s-suġġett ewlieni li fuqu sejjer jiġġudikana. Biex jurina l-importanza tal-ħajja, jgħid ukoll li lanqas biss għandna jkollna ħsibijiet jew xewqat li nagħmlu l-ħsara.

  6. 3. Is-Sagrament tal-Morda Fost l-għajnuniet li bihom il-knisja trid turi l-imħabba tagħha lejn il-morda, insibu sinjal partikolari li Ġesù ried jafda f’idejha u li fih u bih jissokta jiltaqa’ mal-marid. Dan jissejjaħ is-sagrament tal-morda. Dan is-sagrament waqqfu Ġesù u xxandar mill-Appostlu San Ġakbu. Dan jingħata lildawk in-nies anzjani, lil min ikun marid sew jew dawk li jkollhom ħajjithom fil-periklu. Meta dawn ikunu fil-periklu jeħtiġilhom grazzja partikolari biex fid-dwejjaq li jkunu jinsabu fihom, mhux biss ma jaqtgħux qalbhom u forsi jonqsu mill-fidi, iżda jagħrfu jissieħbu fil-passjoni u l-mewt ta’ Kristu. Għalhekk Kristu jsaħħaħhom bil-preżenza tiegħu fis-sagrament tal-morda, bħala għajnuna mill-iżjed qawwija kemm għar-ruħ u kemm għall-ġisem. The form of the Sacrament are the words: Through this Holy Unction or oil, and through the great goodness of His mercy, may God pardon you whatever sins you have committed by evil use of (sight, hearing, smell, taste and speech, touch, ability to walk).Latin:Per istam sanctan unctionem et suam piissimam misericordiam, indulgeat tibi Dominus quidquid per (visum, audtiotum, odorátum, gustum et locutiónem, tactum, gressum deliquisti.)

  7. 4. Il-Qtil DNUB MILL-AKTAR GRAVI: Fl-omiċidju jkunu responsabbli wkoll dawk li volontarjament jagħtu sehemhom biex il-qtil iseħħ. Ġesù jsejjaħ lix-xitan “qattiel sa mill-bidu” għax kien bil-ħidma tiegħu lidaħlet il-mewt fid-dinja. Għalhekk, min joqtol ikun qed jissieħeb mal-ħidma tax-xitan u jieħu pożizzjoni kontra Alla, l-għajn tal-ħajja. Għalhekk San Ġwann jgħid li “l-ebda qattiel ma għandu fih il-ħajja ta’ dejjem”. Il-qtil huwa dnub mill-aktar gravi li jwassal għat-telfien ta’ dejjem lil dawk li jkunu wettquh bil-ħsieb u bir-rieda ħielsa tagħhom.

  8. 4. Il-Qtil L-INFLUWENZA TAL-MEDIA: Il-media taffetwa b’mod negattiv l-aktar għax il-qtil u atti ħżiena jiġu rappreżentati bħala affarijiet normali. Minn ċerti riċerki xjentifiċi nsibu wkoll li tfal li ikollhom ċerta dispożizzjoni għall-vjolenza fi tfulithom, isiru aktar aggressivi.

  9. 4. Il-Qtil TISTA’ TOQTOL BIEX TIDDEFENDI RUĦEK?: Jeżistu wkoll każi fejn bniedem jasal biex joqtol lil ħaddieħor biex jiddefendi ruħu u dan il-Knisja taccetah biss f’każi estremi. Iżda min jasal biex joqtol lil min jattakkah b’mod inġust irid: ikollu ħajtu tassew f’periklu serju, ma jkunx jista’ jiddefendi ruħu b’mod ieħor, u ma jagħmilx dan b’sentimenti ta’ mibegħda jew vendetta.

  10. 4. Il-Qtil IL-PIENA TAL-MEWT: Il-piena tal-mewt jew piena kapitali kienet dik li tingħata fl-antik għal min ikun għamel xi att kontra l-ħajja jew att ieħor gravi ħafna. Iżda l-moralità nisranija ma teskludix għal kollox li f’xi każi is-soċjetà ċivili, l-aktar fejn m’għandix mod ieħor biex tħares il-ħajja taċ-ċittadini tagħha, tista’ tasal biex tagħti l-piena kapitali. Din illum il-ġurnata m’għadix teżisti f’Malta iżda f’pajjiżi bħal l-Istati Uniti din għadha tingħata. Biss il-Knisja tgħid li min jiżbalja għandu jindem u jibdel ħajtu u dawn għandhom jingħataw l-għajnuna.

  11. 5. L-Abort Il-kontraċezzjoni m’hijiex abort għax ma jkunx hemm fekondazzjoni. Ikollna abort meta jintużaw mezzi biex tinqatel tarbija minn ġuf l-omm, ħajja li tkun diġa bdiet, jiġifieri wara li tkun saret il-fekondazzjoni. Fl-abort għalhekk għandna qtil ta’ ħajja ta’ bniedem li ġie maħluq fix-xbieha ta’ Alla. Għalhekk jekk nagħmlu abort inkunu qegħdin nagħmlu delitt mill-agħar u jekk ninqabdu mill-Knisja niġu awtomatikament skomunikati. Din tista’ tinħafer biss mill-isqof.

  12. 5. L-Abort F’KAŻIJIET SPEĊJALI: Fil-każ ta’ embriju diżabbli, huwa dmir il-ġenituri li jagħtu kull sapport possibli għax din hija xorta ħajja ta’ bniedem. Fil-każ ta’ “test tube babies”, ħafna embriji żejda qegħdin jinqerdu jew billi jesperimentaw fuqhom jew billi jintremew. Ladarba dawn l-embriji għandhom ħajja umana, il-qerda tagħhom hija qtil ta’ ħajja innoċenti. Fil-każ ta’ tnissil bi vjolenza sesswali, il-ħajja tat-tarbija hija għal kollox innoċenti u ma għamlet ebda offiża biex tqun meqruda. Għalhekk huwa dmir is-soċjetàli tgħin lill-ommijiet u kull min hu involut f’dawn is-sitwazzjonijiet. Interventi fuq il-kromożomi u wirt ieħor ġenetiku biex titwieled tarbija b’ċerti karatteristiċi li wieħed ikun jixtieq huma immorali. Din tmur kontra l-integrità u l-identitàpersonali tat-tarbija.

  13. 6. L-Ewtanasja Il-kelma ewtanasja ġejja mill-kelma griega li tfisser ‘mewta bla tbatija’. Illum din il-kelma normalment nużawha għal dawk il-każi meta xi ħadd iġib il-mewt fuq ħaddieħor biex ma jħallihx ibati iktar. L-ewtanasja tista’ tkun volontarja, jiġifieri jkun il-pazjent stess li jitlob lit-tabib jew lil xi ħadd minn ta’ madwaru biex iġiblu l-mewt, u b’hekk il-pazjent ikun riedha hu. Din it-tip ta’ ewtanasja hija suwiċidju u min jgħin lil dak li jkun, ikun ħati ta’ kompliċitàf’dan is-suwiċidju. Hemm ukoll l-ewtanasja involontarja u din tkun meta t-tabib jew xi ħadd familjari jitħassar lill-marid u, bla ma jkun jaf il-pazjent, jagħtih xi mediċina li twasslu għall-mewt. F’dan il-każ l-ewtanasja hija omiċidju għax hija qtil ta’ persuna li ma riditx tmut u għalhekk hija kkundannata fil-pajjiżi kollha tad-dinja.

  14. 6. L-Ewtanasja IS-SUWIĊIDJU: Irridunifhmuli min jasalbiexjitlob is-suwiċidjujewbiexiwettquhuwannifsu, jkunwaqa’ fi stat qawwita’ dipressjoni u ta’ dwejjaqkbar. Ikunqata’ qalbu u tilefkull tama f’kollox u f’kulħadd. Ikunqediħareslejnil-mewt bħala l-unikatriqbiex jeħles mit-tbatijajewsitwazzjonili ma jistaxjissaportihaaktar. Il-Knisjahijakontra s-suwiċidju għaxebdabniedemm’għandu d-drittlijneħħiħajtub’idejhjewjitloblilħaddiehor jagħmeldan. Il-ħajjatibqa’ dejjemf’idejnAlla. Għalhekk is-suwiċidjuhuwadnub mill-aktargravi u min jagħmlujkunqediwarrabil-pjanta’ Allafuqu. L-aħjar soluzzjoni meta jiġukwaqtietta’ kriżihumalititlob l-għajnunata’ xi saċerdotjew counsellor u ma nibqgħuxngħumuwaħedna.

  15. 6. L-Ewtanasja IL-KURA LI OBBLIGATI NIEĦDU: Irriduniddistingwubejnmezziordinarji u mezzistraordinarjita’ kura. Mezziordinarjijoffru tama suffiċjentita’ ġid u jistgħu jiġu applikatimingħajrwisqtbatija per eżempjumediċina. Mezzistraordinarjihumadawkli ma joffrux tama suffiċjenti, jġibu magħhomħafnatbatijajew jeħtieġu spejjeżenormi. Wieħedhuobbligatjieħu l-kurajekk tingħatab’mezziordinarji u mhuxobbligatjekktkunb’mezzistraordinarji. Xorta jibqa’ obbligu fuq dawk responsabbli għall-pazjent li jibqgħu jieħdu ħsiebu u jżommu miegħu komunikazzjoni ta’ mħabba u solidarjetà. F’każita’ mardfejnm’hemmx tama ta’ ħajja, tista’ tingħatamediċinabiextnaqqas l-uġigħ, wkolljekk bħala konsegwenzasekondarja u blamixtieqa, jiġrilijitħaffefil-proċesstal-mewt.

  16. 7. Perikli bla bżonn ID-DROGA: Id-drogi huma wkoll mezz ta’ suwiċidju u jekk ma toqgħodx attent kulħadd jista’ jkun vittma tagħha. Ħafna drabi id-droga jippruvawha għall-gost iżda imbagħad ikunu jridu jibqgħu jeħduha għax togħġobhom. Id-droga għall-ewwel tagħtik pjaċir għal ftit ħin, iżda wara ssabtek l-isfel u ma tkunx tiflah tqum. L-effetti tad-droga fuq l-organiżmu huma bosta. Fuq is-saħħa fiżika nsemmu: żieda fit-taħbit tal-qalb, fin-nifs, ħsara fil-fwied u fuq il-moħħ u bosta oħrajn. Fuq saħħa psikoloġika nsemmu: stordament, sens ta’ dwejjaq fik innifsek, nuqqas ta’ koordinazzjoni fil-kliem u l-ġisem u titlef l-iskop li tgħix. Għalhekk id-droga tista’ twassal għall-mewt fi ftit minuti u titfek fil-qabar f’qasir żmien. Tista’ twasslek ukoll il-ħabs jew jekk tkun aktar fortunat l-isptar u mhux fil-qabar.

  17. 7. Perikli bla bżonn L-ALKOĦOL: Wara d-droga, dak li jagħmel l-akbar ħsara kemm fuq l-organiżmu u kemm fuq l-imġieba u l-karattru huwa l-alkoħol. L-alkoħol jagħmel ħsara kbira kemm fuq l-aspett psikoloġiku u kif ukoll dak fiżiku. Ix-xorb żejjed huwa l-għatba għal vizzji oħra bħad-droga.

  18. 7. Perikli bla bżonn PERIKLI OĦRAJN: Aħna obbligati quddiem Alla biex ma nqegħdux ħajjitna f’periklu bla bżonn u ma nesponuhiex għall-mard jew għal xi mankament. Għalhekk irridu noqogħdu attenti ħafna biex naħarbu ukoll it-tipjip li jagħmel ħsara lil min ipejjep u kif ukoll lil dawk li jkunu ħdejh. Irridu nieħdu ħsieb li nagħżlu ikel li jkun tajjeb għal saħħitna u li nevitaw sewqan perikoluż jew li nbagħbsu fil-logħob tan-nar.

  19. 8. Meta nistgħu nqiegħdu ħajjitna fil-periklu Il-ħajja tal-bniedem f’din id-dinja hija valur bażiku, iżda mhux assolut. Il-valur assolut huwa Alla u l-ħajja ta’ dejjem li jrid jaqsam magħna. Il-martri huma xhieda qawwija ta’ x’għandna inkunu lesti nagħmlu għall-ħajja ta’ dejjem ma’ Alla. Aktar ma nkunu lesti li nagħtu ħajjitna għall-oħrajn, aktar insiru nixbħu lil Kristu u aktar nagħrfu x’inhi l-imħabba; aktar ma’ ngħixu fl-imħabba, aktar inkunu bdejna ngħixu fil-milja l-ħajja li ma tintemm qatt.

  20. 9. Rispett lejn l-annimali L-annimali wkoll huma ħolqien ta’ Alla. Bil-ħajja tagħhom jfaħħru lill-Mulej u l-bnedmin għandhom jieħdu ħsiebhom u juruhom tjieba. Il-bniedem jista’ jinqeda bihom għall-ħtiġijiet ġusti bħall-ikel u għall-ilbies imma ma nistgħux naħqru jew noqtlu l-annimali bla bżonn bħal fil-kaċċa.

  21. 10. Il-ħarsien u l-iżvilupp tal-ambjent Bil-kelma ambjent nifhmu dak kollu li hu naturali u li m’huwiex prodott tal-ħidma tal-bniedem. Fosthom il-pjanti, l-ħut, l-annimali, il-baħar, l-ilma tax-xita, il-widien, eċċ. Dan jippermettilna nħarsu lejn il-problema tal-ambjent bħala l-ħtieġa ta’ bilanċ raġunat lejn il-ħarsien tan-natura, u l-ħtieġa li l-bniedem jużaha u jibdilha biex itejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħajja. Għalhekk irridu nifhmu li l-ambjent hu ħaġa prezzjuza għall-bnedmin kollha u rridu nagħmlu ħilitna biex inħarsuh.

  22. 10. Il-ħarsien u l-iżvilupp tal-ambjent IL-KELMA TA’ ALLA DWAR L-AMBJENT: Skond il-ħsieb ta’ Alla hi żbaljata għal kollox l-idea li l-bniedem hu sid assolut tad-dinja u li fuq l-ambjent naturali jista’ jagħmel li jrid u li jogħġbu. Alla “ħa l-bniedem u qiegħdu fil-ġnien tal-Għeden biex jaħdmu u jħarsu,”mhux biex iħassru u jeqirdu. Barra minn hekk, id-dinja ġiet fdata biex titgawda mill-bnedmin ta’ kull pajjiż u ta’ kull żmien, u mhux biss min jirnexxilu jaħtaf l-ewwel.

  23. 10. Il-ħarsien u l-iżvilupp tal-ambjent L-ATTITUDNI LEJN L-AMBJENT: Il-problema tal-ekoloġija hija fundamentalment problema ta’ bilanċ: bilanċ ta’ kemm il-bniedem jista’ juża u jittrasforma l-ambjent mingħajr ma jesaġera, bilanċ bejn il-ħtieġa li jtejjeb il-kundizzjonijietli fihom jgħix u l-ħtieġa li jirrispetta l-ambjent naturali. Aħna ċ-ċittadini rridu niżguraw li l-ambjent ma jiġix mhedded u li dejjem jimxi l-quddiem. Irridu naraw li dak li jsir ikun ta’ ġid għall-ambjent. Dan is-sens ta’ bilanċ għandu jkun l-atteġġament ewlieni lejn il-problema tal-iżvilupp tekniku u l-ħarsien tal-ambjent.

  24. 11. X'ser nagħmlu aħna NOTA: Minn issa rridu nimpenjaw ruħna biex: Neqirdu minn qalbna kull sentiment li jwassal għall-vjolenza, eżempju serq, vendikazzjoni, għira, setgħa, traskuraġni serja u l-fanatiżmu għax dawn ir-raġunijiet kollha jwasslu għall-vjolenza. Insaħħu s-sentimenti li jwasslu għall-ftehim u l-imħabba tal-aħwa. Nagħtu sehemna biex f’Malta u f’pajjiżi oħra, kull bniedem ikollu dak li hu meħtieġ biex jgħix ħajja deċenti mit-tnissil sal-mewt.

More Related