San pietru u san pawl appostli 29 ta unju
This presentation is the property of its rightful owner.
Sponsored Links
1 / 42

San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju PowerPoint PPT Presentation


  • 262 Views
  • Uploaded on
  • Presentation posted in: General

ofm.org.mt. San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju. L-1 Qari Qari mill-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli Atti 12, 1-11. Għall-ħabta ta' dak iż-żmien, is-sultan Erodi qatagħha li jaħbat għal xi wħud minn ħdan il-Knisja. Qatel ’il Ġakbu, ħu Ġwanni, bis-sejf.

Download Presentation

San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation

Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author.While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server.


- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - E N D - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -

Presentation Transcript


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

ofm.org.mt

San Pietru u San Pawl Appostli29 ta’ Ġunju


L 1 qari qari mill ktieb ta l atti ta l appostli atti 12 1 11

L-1 QariQari mill-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-AppostliAtti 12, 1-11


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

Għall-ħabta ta' dak iż-żmien, is-sultan Erodi qatagħha li jaħbat għal xi wħud minn ħdan il-Knisja. Qatel ’il Ġakbu, ħu Ġwanni, bis-sejf.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

Mbagħad, billi ra li dan il-ħaġa għoġbot lil-Lhud, qatagħha li jaqbad ’il Pietru wkoll. Dan kien f’jiem l-Ażżmi.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

Meta arrestah u tefgħu l-ħabs, qiegħed għassa miegħu erba' għaqdiet ta’ suldati ta’ erbgħa kull waħda, bil-ħsieb li, wara l-Għid, iressqu quddiem il-poplu.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

Pietru, mela, kien arrestat fil-ħabs, bil-għassa miegħu. Fl-istess ħin, il-Knisja kienet qiegħda titlob ’l Alla għalih bil-ħeġġa.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

Fil-lejl stess ta' qabel ma Erodi kellu joħroġ ’il Pietru, dan kien rieqed bejn żewġ suldati, marbut b'żewġ ktajjen, waqt li xi għassiesa kienu għassa mal-bieb tal-ħabs.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

F'daqqa waħda ġie hemm anġlu tal-Mulej, u dawl idda mal-kamra. L-anġlu ta lil Pietru daqqa fuq ġenbu, qajmu u qallu: "Qum malajr."


Il ktajjen waqg u minn ma idejh mbag ad l an lu qallu t a em u ilbes il qorq pietru hekk g amel

Il-ktajjen waqgħu minn ma' idejh. Mbagħad l-anġlu qallu: "Tħażżem u ilbes il-qorq." Pietru hekk għamel.


U qallu wkoll dawwar il mantar mieg ek u imxi warajja pietru are u mexa warajh

U qallu wkoll: "Dawwar il-mantar miegħek u imxi warajja." Pietru ħareġ u mexa warajh,


Bla ma nteba li dak li kien qieg ed ji ri permezz ta l an lu kien tassew aseb li kienet xi olma

bla ma ntebaħ li dak li kien qiegħed jiġri permezz ta' l-anġlu kien tassew; ħaseb li kienet xi ħolma.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

Għaddew l-ewwel għassa, u t-tieni waħda wkoll, u waslu ħdejn il-bieb tal-ħadid, li kien jagħti għall-belt, u dan infetaħ waħdu.


Ar u u mxew tul triq f daqqa wa da l an lu telaq minn dejh

Ħarġu, u mxew tul triq. F'daqqa waħda l-anġlu telaq minn ħdejh.


Mbag ad pietru ie f tieg u u qal issa qieg ed ninduna tabil aqq li l mulej bag at l an lu tieg u u

Mbagħad Pietru ġie f'tiegħu u qal: "Issa qiegħed ninduna, tabilħaqq, li l-Mulej bagħat l-anġlu tiegħu u


Elisni minn id erodi u minn dak kollu li l lhud kienu qeg din jistennew li jsir

ħelisni minn id Erodi u minn dak kollu li l-Lhud kienu qegħdin jistennew li jsir."


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla


Salm responsorjali salm 33 dawk li jib g u mill mulej l an lu tieg u je lishom

Salm ResponsorjaliSalm 33Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

Kull ħin inbierek il-Mulej; tifħiru dejjem fuq fommi.Bil-Mulej tiftaħar ruħi; jisimgħu l-fqajrin u jifirħu.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

R/.

Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

Kabbru’l-Mulej miegħi; u ngħollu ismu flimkien.Jien fittixt il-Mulej, u weġibni, U minn kull biża' ħelisni.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

R/.

Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

Ħarsu lejh u tiddu bil-ferħ, u wiċċkom ma jistħix.Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu, u mid-dwejjaq tiegħu kollha ħelsu.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

R/.

Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

L-anġlu tal-Mulej jgħammar madwar dawk li jibżgħu minnu, u jeħlishom.Duqu u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej; hieni l-bniedem li jistkenn fih.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

R/.

Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom.


It 2 qari qari mit tieni ittra ta san pawl appostlu lil timotju 2 tim 4 6 8 17 18

It-2 QariQari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju2 Tim 4, 6-8, 17-18


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

Għażiż: Jiena ngħid għalija, demmi ġa mxerred b'sagrifiċċju, u żmien it-tluq tiegħi wasal. Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi.


Mill bqija hemm merfug a g alija l kuruna tal ustizzja li biha f dak il jum i allasni l mulej

Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja, li biha f'dak il-Jum iħallasni l-Mulej,


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

l-Imħallef ġust, u mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu għexu bix-xewqa tad-Dehra tiegħu.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

Il-Mulej, waqaf miegħi u tani l-qawwa, biex bis-saħħa tiegħi, il-kelma tiġi mxandra sa l-aħħar u l-ġnus kollha jisimgħuha.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

Hekk jien ġejt meħlus minn ħalq l-iljun. Il-Mulej jeħlisni minn kull deni u jħarisni, sa ma nasal fis-saltna tiegħu tas-sema. Glorja lilu għal dejjem ta' dejjem! Amen.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

Hallelujah, Hallelujah.Inti Pietru, u fuq din il-ġebla jiena nibni l-Knisja tiegħi, u l-bibien ta' l-infern ma jegħlbuhiex.Hallelujah


L evan elju qari mill evan elju ta san mattew mt 16 13 19

L-EVANĠELJUQari mill-Evanġelju ta’ San MattewMt 16, 13-19


F dak i mien meta wasal fl in awi ta esarija ta filippu es staqsa lid dixxipli tieg u u qalilhom

F’dak iż-żmien : Meta wasal fl-inħawi ta' Ċesarija ta' Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom:


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

"In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?" U huma weġbuh: "Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti."


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

"Imma intom", qalilhom, "intom min tgħidu li jien?". U qabeż Xmun Pietru u qallu: "Inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla ħaj."


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

U wieġbu Ġesù u qallu: "Imbierek int, Xmun bin Ġona, għax mhux il-laħam u d-demm urewk min jien, imma Missieri li hu fis-smewwiet.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

U min-naħa tiegħi ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u l-biebien ta' l-infern ma jegħlbuhiex.


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

Lilek nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet."


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu


San pietru u san pawl appostli 29 ta unju

ofm.org.mt

San Pietru u San Pawl Appostli

29 ta’ Ġunju


  • Login