html5-img
1 / 8

Aqrali xi ħaġa ġdida,qaltilha

Aqrali xi ħaġa ġdida,qaltilha. Clare Azzopardi. Ma ħduma minn Ms Doreen Coleiro Skola Sekondarja San Anton. Lina. Fejn twieldet? Twieldet “f’kamra qisha l-ħarifa” Liema hi l-figura tat-taħdit imħaddma? Xi tfisser?

graham
Download Presentation

Aqrali xi ħaġa ġdida,qaltilha

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Aqrali xi ħaġa ġdida,qaltilha Clare Azzopardi Maħduma minn Ms Doreen Coleiro Skola Sekondarja San Anton

  2. Lina • Fejn twieldet? Twieldet “f’kamra qisha l-ħarifa” • Liema hi l-figura tat-taħdit imħaddma? Xi tfisser? Similitudni. Bħalma fil-ħarifa tara ħafna weraq jiġru fit-toroq, hekk ukoll fil-kamra fejn twieldet Lina kien hemm ħafna folji tal-karti mxerrdin mal-kamra. • F’liema ambjent trabbiet Lina? “Lina trabbiet minn fuq xkaffa għal oħra” • Liema hi l-figura tad-diskors imħaddma? Metafora. Lina trabbiet f’ambjent fejn kien hemm ħafna kotba • Meta mbagħad bdiet tikber Lina “ngħalqet f’dinja ta’ kotba bħal skeletru magħluq f’tebut”. • Liema hi l-figura tad-diskors imħaddma u x’effett trid toħloq biha l-awtriċi? Similitudni. Kienet tinqata’ għaliha waħedha medhija fil-kotba biss.

  3. L-awtriċi tagħtina deskrizzjoni fiżika ta’ Lina. Kif tiddeskriviha? • Xagħarha qasir ma’ rasha. • Tilbes dublett griż u flokk griż jinqafel bil-buttuni griżi quddiem. • X’effett trid toħloq l-awtriċi bir-ripetizzjoni tal-kelma griż? L-awtriċi trid turina li Lina kienet karattru sempliċi, ma tagħtix kas l-apparenza fiżika tagħha għaliex medhija f’affarijiet li għaliha huma ħafna aktar importanti. • X’konsegwenzi ġabet magħha din l-attitudni u d-dehra fiżika tagħha? Warrbet ukoll l-idea li xi darba tiżżewweġ kif xtaqu l-ġenituri tagħha.

  4. “L-imħabba tagħha ma setgħet qatt tmiss lil xi raġel” • Lejn xiex kienet indirizzata l-imħabba tagħha? Iddedikat ħajjitha għall-kotba u l-kitba u l-ħolma tagħha kienet li taqra u tippubblika kitbiet ġodda anke t’awturi nisa. • Meta missierha waqaf mix-xogħol uriet li kienet kapaċi tmexxi l-ħanut u l-istamperija waħedha.

  5. Lina: Aqra xi ħaġa ġdida, pa, almenu. Il-Missier: Dawn affarijiet li jien niddeċidihom. Lina: Jew ħalli lili naqrah! Ħallini naqra xi ħaġa ġdida! Ngħidlek x’naħseb! Il-Missier: X’taħseb int mhux se jagħmilna sinjuri. Lina: Int ma, int qatt ma titkellem f’mumenti bħal dawn? • X’kien qed jirrifjuta li jagħmel missierha? • Għaliex taħseb li missierha kien jirraġuna b’dan il-mod?

  6. Fl-aħħar omm Lina, Stella, tintefa’ f’qiegħ ta’ sodda u tikxef is-sigriet tagħha li kien moħbi f’kaxxa ċkejkna f’moħba fil-kċina. • X’kien is-sigriet f’din il-kaxxa? 45 ktieb ċkejken miktubin minn awturi nisa li ommha stampat u llegat bil-moħbi

  7. It-tmiem tan-novella • Meta Lina semgħet l-istejjer fil-kotba ma impressjonawhiex (anti klajmaks) iżda ma nafux jekk missierha ddispjaċiehx jew le li ma ppubblikahomx. Għalhekk filwaqt li l-omm tiżvela s-sigriet tagħha l-opinjoni vera tal-missier tibqa’ sigrieta mal-mewt tiegħu. • Lina taqbad il-lapes u n-novella tispiċċa hawn. X’taħseb li se tagħmel Lina? • Għalhekk ngħidu li din in-novella għandha storja bi tmiem miftuħ.

  8. Riflessjonijiet li joħorġu minn din in-novella • Il-vuċi tal-mara f’soċjetajiet patrijarkali (ddominati mill-irġiel) kienet maħnuqa. • Din il-mentalità patrijarkali ma kinitx qed tħalli lill-mara toħroġ il-kreattività artistika tagħha fil-beraħ. • Għalhekk taħseb li b’din in-novella, l-awtriċi tixtieq tagħti aktar vuċi lill-mara?

More Related