Taqbiliet maltin it tieni parti http malti skola edu mt
This presentation is the property of its rightful owner.
Sponsored Links
1 / 28

Taqbiliet Maltin (it-tieni parti) malti.skola.mt PowerPoint PPT Presentation


  • 185 Views
  • Uploaded on
  • Presentation posted in: General

Taqbiliet Maltin (it-tieni parti) http://malti.skola.edu.mt. Anġolin!. - Anġolin! Anġolin! Ġej vapur. - Minn fejn ġej? - Mill-Ħamrun. - Meta jasal taħt il-mina jagħmel, Xiqq! paqq! pumm!. Ċetta Ċettina. Ċetta Ċettina daħlet fil-kċina, kixfet il-borma

Download Presentation

Taqbiliet Maltin (it-tieni parti) malti.skola.mt

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation

Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author.While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server.


- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - E N D - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -

Presentation Transcript


Taqbiliet Maltin(it-tieni parti) http://malti.skola.edu.mt


Anġolin!

- Anġolin! Anġolin!

Ġej vapur.

- Minn fejn ġej?

- Mill-Ħamrun.

- Meta jasal taħt il-mina jagħmel,

Xiqq! paqq! pumm!


Ċetta Ċettina

Ċetta Ċettina

daħlet fil-kċina,

kixfet il-borma

u serqet għaġina.


Ċetta Furfiċetta

Ċetta furfiċetta

l-għarus tagħha parrukkier.

Qatgħalha xagħarha kollu

U ħallielha nokklu quddiem.


Ġanni l-bidwi

Ġanni l-bidwi razzett għandu,

fih irabbi l-annimali

mogħża u ħmara fih insibu

kif ukoll xi sitt majjali.

Għandu żiemel abjad kollu,

baqra smina u tal-ħalib,

tiġieġ, flieles u kelb iswed,

li ta’ dawn huwa l-ħabib.


Johnny Ġonta

Johnny Ġonta

fi mnieħru għandu ponta;

Ponta mhux musmar,

naqqarhielu d-dundjan!


Katarin

Katarin ġibtlek lampuka.

Katarin kebbes in-nar.

Katarin iftaħ it-tieqa,

ħalli joħroġ id-duħħan.


Il-Festin

Kien hemm waħda mara l-Imdina,

li għamlet festin

f’għeluq sninha.

Imma ħbieb ma stidnitx,

għax nies ma riditx,

u stiednet sittax-il xadina.

Carmel G. Cauchi


Il-Qaqoċċ

Naf mara li tħobb il-qaqoċċ

tnax tiekol kull kwarta bl-arloġġ,

u biex ma taħlix

il-qxur ma tarmix

imma tħithom u tagħmel papoċċ.

Carmel G. Cauchi


Pawlu Pasparawlu

Pawlu Pasparawlu,

taħt is-sodda jisparawlu.

Sparawlu tliet darbiet

u qattgħulu l-qalziet.


Tar-Rizzi

Tar-rizzi waqa’ l-baħar

Tal-imħar qabeż għalih!

Tar-rizzi tela’ jiġri,

Tal-imħar baqa’ fil-qiegħ!


Sulfarina

Sulfarina mara ċkejkna

għandha tfal tnejn u ħamsin.

Hija żżommhom ġewwa kaxxa

dejjem hemm, dejjem reqdin.


It-Tifla tal-Kampanja

Kemm nixtieq li kont reġina,

Biex inkun inkurunata.

Iżda jiena tifla fqira,

fl-għalqa niżra’ l-patata.

Do re mi fa fa fa

Do re mi fa fa fa

Do re mi fa so la si do.

Jien tifla tal-kampanja

l-iskola ma mmur qatt.

Id-dar nilgħab ma’ ħuti,

jew fl-għalqa nagħżaq l-art.

Do re mi fa fa fa

Do re mi fa fa fa

Do re mi fa so la si do.

Bl-imgħażqa fuq spallejja,

b’xi biċċa ħobż f’idejja,

maktur marbut ma’ rasi,

biex nilqa’ x-xemx għaddejja.

Do re mi fa fa fa

Do re mi fa fa fa

Do re mi fa so la si do.


Il-Bewsa tan-Nanna

Waqt li Toninu, kien qiegħed jaqra,

b’qattus maġenbu, u kelb daqs naqra,

daħlet in-nanna, inkiss inkiss

u tatu bewsa, kif kien imiss!

Anastasju Cuschieri


Wieħed, tnejn, tlieta... (Ċetta)

Wieħed, tnejn, tlieta.

Ċetta kemm hi kwieta.

Erbgħa, ħamsa, sitta.

Ċetta kemm hi fitta.

Sebgħa, tmienja, disgħa.

Ċetta tħobb il-wisa’.

Għaxra, ħdax, tnax,

Trid tiġri u ma tistax!

Brother Henry


Wieħed, tnejn, tlieta... (Paċikk)

Mar għand ir-re,

garalu gabarrè.

Mar għand ir-reġina,

tefgħetlu kuċċarina.

Mar għand l-ispiżjar garalu pakkett tajjar.

Mar għand it-tabib,

garalu bott ħalib.

Ħaduh l-isptar,

għattewh bil-liżar.

Ħallewlu ż-żokra barra u

naqqarhielu d-dundjan!

Wieħed, tnejn, tlieta,

Paċikk qabeż mit-tieqa.

Ġie fuq blata,

weġġa’ l-patata.

Mar għand ommu,

bamblithomlu.

Mar għand missieru,

kissirlu snienu.


Ix-Xufier

Tiri, tiri, tanna,

u aħna s’hawn wasalna.

Qus, qus, qus

u x-xufier kemm hu gustuż.

Okkli, okkli, okkli,

U x-xufier kemm

għandu nokkli.

Ana, ana, ana,

u x-xufier kemm hu minn tagħna.

Qusa, qusa, qusa,

u x-xufier għandu

l-għarusa.


Iz-Zija ta’ Ħal Lija

Darba z-zija ta’Ħal Lija

ġiet għalija filgħaxija.

Oħti Pija qabdet fija

għax iz-zija ferħet bija.

Jiena sfart daqs il-lumija,

qbadt qasrija tfajtha ’l ħija.

Ilqatt iz-zija li din toqgħod

numru mija, Triq San Lija, ġo ĦalLija!

Ħal Lija


Il-Festi

Santa Marija,il-Mosta.

Il-Vitorja,in-Naxxar.

Santa Liena, Birkirkara.

Tal-Grazzja,Ħaż-Żabbar.


Lajla lila!

Lajla lila,

ħudni miegħek.

Lajla lila,

ħudni d-dar.

Teħodnix il-festa miegħek,

Għaliex nibża’ mill-isparar.


San Martin (fil-11 ta’ Novembru)

Ġewż, lewż, qastan, tin,

Kemm inħobbu ’l San Martin!


Ninu Ninu tal-Milied

Ninu Ninu tal-Milied,

ommu għamlet il-qagħqiet;

Il-qagħqiet tal-qastanija

Santu Rokku tat-tiġrija.

(jew Lesti l-bhejjem għat-tiġrija)

Għax għaddew il-festi kollha,

baqa’ biss Santa Marija!


Id-Dudu

Fis-siegħa twieled dudu.

Fis-sagħtejn beda jitwal.

Fit-tlieta kellu mara.

Fl-erbgħa kellu t-tfal.

Fil-ħamsa miet.

Fis-sitta ħaduh.

Fis-sebgħa difnuh.

Fid-disgħa qalgħuh.

Fl-għaxra sajruh.

Fil-ħdax kiluh.

F'nofsillejl għadduh.


L-Għasfur

L-għasfur minn tal-kampanja,

minn siġra għal oħra jtir.

Jiekol it-tina l-misjura

u n-nejja jħalliha ssir.


Lupu Lupu

  • Lupu, lupu

    X’inti tagħmel?

    - Qed inħaffer ħofra.

    - Il-ħofra għalfejn?

    - Biex nagħmel il-misħun.

    - Il-misħun għalfejn?

    - Biex insinn is-skieken.

    - Is-skieken għalfejn?

    - Biex noqtolkom!


It-Tiġieġa

It-tiġieġa biedet bajda,

biditha fil-katusa.

Ma kellhiex min iġibhielha

ġabithielha l-qattusa.


Taqbiliet Maltin oħra ssibhom f’dawn il-kotba:

  • Carmel G. Cauchi, Pizzi Pizzi Kanna, 1978, 2006, pubblikazzjoni tal-awtur.

  • Carmel G. Cauchi, Onġi Onġi Onġella, 1982, 2006, pubblikazzjoni tal-awtur.

  • Carmel G. Cauchi, Laqt u Xiber, 2006, pubblikazzjoni tal-awtur.

  • Victor Fenech, DO-RE-MI – kant u logħob tat-tfal Maltin, 2006, Kotba Merill.

  • Guido Lanfranco, Logħob, Taqbil u Ġugarelli tat-Tfal Maltin sa Nofs is-Seklu Għoxrin, 2006, Wise Owl.

  • Keith Mayl et al (edituri), Taqbiliet Maltin għall-Kbar u għaż-Żgħar, 2010, Rhymed, Malta.

  • Maria Grazia Sammut et al (edituri), Taqbil u Għanjiet/Rythm and Rhyme, 2008, il-Kulleġġ San Ġorġ Preca, l-Iskola Primarja tal-Furjana.

  • Bro. Henry, Madwari 2, 1979, Pub.De La Salle.

    Taf b’xi ktieb ieħor?

    Ibagħtilna d-dettalji tiegħu ħalli nżiduh mal-lista.


Taqbiliet oħra mmużikati ssibhom fis-sit:http://schoolnet.gov.mt/socialstudies/Rizorsi/inkantaw.htm

GRAZZI

http://malti.skola.edu.mt


  • Login