1 / 26

Qari mill-Ktieb ta' Esdra Esd 1, 1-6

Qari mill-Ktieb ta' Esdra Esd 1, 1-6. Kull minn hemm fostkom mill-poplu tal-Mulej, ħa jitla’ Ġerusalemm, u jibni t-tempju tal-Mulej. Fl-ewwel sena ta’Ċiru, sultan tal-Persja, biex iseħħ dak li kien qal

dora-nunez
Download Presentation

Qari mill-Ktieb ta' Esdra Esd 1, 1-6

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktieb ta' Esdra Esd 1, 1-6 Kull minn hemm fostkom mill-poplu tal-Mulej, ħa jitla’ Ġerusalemm, u jibni t-tempju tal-Mulej.

  2. Fl-ewwel sena ta’Ċiru, sultan tal-Persja, biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej minn fomm Ġeremija, il-Mulej qanqal lil Ċiru, sultan tal-Persja, biex joħroġ proklama

  3. fis-saltna tiegħu kollha, saħansitra bil-miktub, li tgħid: “Hekk jgħid Ċiru s-sultan tal-Persja: <Il-Mulej, Alla tas-smewwiet, tani s-saltniet kollha tal-art, u

  4. qabbadni nibnilu tempju f’Ġerusalemm, belt ta’ Ġuda. Kull min hemm fostkom mill-poplu kollu tiegħu, ħa jkun miegħu Alla tiegħu! Ħa jitla’ Ġerusalemm, belt ta’

  5. Ġuda, u jibni t-tempju • tal-Mulej, Alla ta’ Iżrael. Hu Alla li qiegħed Ġerusalemm. U kull min fadal mill-poplu tiegħu, qiegħed fejn qiegħed, ħa jgħinuh in-nies tal-post

  6. b’fidda, deheb, ġid, • bhejjem, u offerti oħra minn rajhom lit-tempju ta’ Alla, li hemm f’Ġerusalemm.>” • Il-kapijiet ta’ djar missirijiethom ta’ Ġuda u

  7. ta’ Benjamin, il-qassisin u • l-Leviti, u dawk kollha li Alla qanqalhom, qamu għalhekk biex jitilgħu Ġerusalemm ħa jibnu • t-tempju tal-Mulej hemmhekk. Barra kull

  8. xorta ta’ offerti li għamlu minn rajhom, dawk kollha • li kienu joqogħdu madwarhom tawhom ukoll kull xorta ta’ offerti ta’ fidda u deheb, ġid u bhejjem, u offerti ta’ valur kbir.

  9. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  10. Salm Responsorjali R:/ Kbir f’għemilu l-Mulej magħna!

  11. Meta l-Mulej reġġa’ lura l-imjassra ta’ Sijon, konna qisna mitlufa f’ħolma;

  12. imbagħad bid-daħk imtela fommna, u bl-għajjat ta’ ferħ ilsienna.

  13. R:/ Kbirf’għemilu l-Mulejmagħna!

  14. Imbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus: “Kbir f’għemilu l-Mulej magħhom.” Kbir f’għemilu l-Mulej magħna! U aħna bil-ferħ imtlejna.

  15. R:/ Kbirf’għemilu l-Mulejmagħna!

  16. Biddel, Mulej, xortina bħall-widien tan-Negeb! Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ jaħsdu bl-għana ta’ ferħ.

  17. R:/ Kbirf’għemilu l-Mulejmagħna!

  18. Huma u sejrin, imorru jibku, iġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ. Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b’għana ta’ ferħ, iġorru l-qatet f’idejhom.

  19. R:/ Kbirf’għemilu l-Mulejmagħna!

  20. Hallelujah, Hallelujah Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet. Hallelujah, Hallelujah

  21. Qari • Mill-Evanġelju • skontSan Luqa • Lq8, 16-18 • R:/ GlorjalilekMulej Il-musbieħ iqiegħduh fuq l-imnara, biex kull min jidħol ġewwa jara d-dawl.

  22. F’dakiż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Ħadd ma jixgħel musbieħ u jgħattih b’għatu jew iqiegħdu taħt sodda, imma jqiegħdu fuq l-imnara, biex kull min

  23. jidħol ġewwa jara d-dawl. Għax ma hemm xejn moħbi li ma għadx jidher, u xejn ma hemm mistur li ma għadx jingħaraf u jinġieb għad-dawl. Mela oqogħdu attenti kif

  24. tisimgħu! Għax min għandu, jingħatalu; u min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li jaħseb li għandu.”

  25. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  26. ĦSIEB

More Related