1 / 29

Lu lju 2014

Kelma tal- Ħajj a. Lu lju 2014. “ Tassew ngħidilkom li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet jagħtihielhom. Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom. ” ( Mt 18,19-20).

chione
Download Presentation

Lu lju 2014

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Kelmatal-Ħajja Lulju 2014

  2. “Tassew ngħidilkom li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet jagħtihielhom. Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom.” (Mt 18,19-20).

  3. Jien tal-fehma li din hi waħda mill-kliem ta’ Ġesù li l-aktar iqanqal il-qalb. Min jaf kemm affarijiet teħtieġ f’ħajtek, kemm xewqat tajbin u f’posthom li ma tafx kif se tiksibhom u li ma tistax tilħaqhom!

  4. Fil-fond ta’ qalbek taf li Alla jrid ikun għalik, li trid tkun grazzja mis-sema biex taqla’ dak li b’qalbek kollha tant tixtieq.

  5. Imbagħad tisma’ lil Ġesù jtennilek b’mod ċar u sod wegħda li timliek bit-tama:

  6. “Tassew ngħidilkom li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet jagħtihielhom. Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom.”

  7. Naħseb ġieli qrajt fil-Vanġelu kif ħafna drabi Ġesù jħeġġeġ għat-talb u jgħallem kif għandna nitolbu biex naqilgħu dak li għandna bżonn. Imma l-Kelma li qed naraw illum hi tassew oriġinali. Din il-Kelma tgħidlek li biex taqla’ dak li titlob, irid ikun hemm aktar minn persuna waħda li titlobha, irid ikun hemm grupp ta’ nies.

  8. Hi tgħidilna: “Jekk tnejn minnkom”. Tnejn. Tnejn huwa l-iżgħar numru biex tifforma komunità. Mela, Ġesù ma jimpurtahx tant kemm ikun hemm nies, iżda li wieħed ma jkunx waħdu.

  9. Fir-reliġjon Lhudija, bħalma forsi taf, hi ħaġa magħrufa li Alla japprezza t-talba tal-ġemgħa. Iżda hawnhekk Ġesù qed jgħid xi ħaġa ġdida: “Jekk tnejn minnkom... jgħollu leħinhom flimkien”. Hu jrid grupp ta’ nies, imma jridhom magħqudin flimkien, u jisħaq fuq l-għaqda ta’ bejniethom, li jkunu ħaġa waħda: irid li jkunu lkoll leħen wieħed.

  10. M’hemmx dubju li huma jridu jaqblu bejniethom dwar x’se jitolbu, iżda din it-talba, qabel kollox, trid isserraħ fuq li jkunu qalb waħda bejniethom. Fi kliem ieħor, Ġesù qed jisħaq fuq kundizzjoni: biex wieħed jaqla’ dak li jitlob, il-persuni jridu jħobbu lil xulxin.

  11. “Tassew ngħidilkom li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet jagħtihielhom. Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom.”

  12. Għandek mnejn tistaqsi: “Għaliex it-talb li nagħmlu flimkien jasal aktar malajr għand il-Missier?” Forsi r-raġuni hi li talb bħal dan ikun aktar safi.

  13. Mhux veru li ħafna drabi t-talb tagħna jispiċċa biex isir sensiela ta’ talb egoistiku li aktar ifakkrek fit-tallaba quddiem sultan, milli fl-ulied quddiem missierhom?

  14. Dak li nitolbu flimkien mal-oħrajn ikun anqas imtebba’ mill-interessi persunali. Meta nkunu mal-oħrajn aktar ikun moħħna li nisimgħu l-bżonnijiet tagħhom, li aħna mbagħad nagħmluhom tagħna.

  15. Mhux hekk biss; ikun eħfef meta jkun hemm tnejn jew tlieta minn nies biex jifhmu aħjar x’għandhom jitolbu lill-Missier.

  16. Mela, jekk irridu li t-talb tagħna jinstema’, ikun aħjar jekk noqogħdu għal dak li jgħidilna Ġesù, jiġifieri:

  17. “Tassew ngħidilkom li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet jagħtihielhom. Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom.”

  18. Ġesù stess jgħidilna fejn jinsab is-sigriet li bih naqilgħu dak li nitolbu. Dan qiegħed filli nkunu “miġbura f’ismu”. Meta nkunu magħqudin hekk ħaġa waħda, fostna jkun hemm Hu u dak kollu li nitolbu flimkien miegħU, ikun aktar faċli naqilgħuh.

  19. Infatti Ġesù, li jinsab fejn hemm l-imħabba lejn xulxin, jgħaqqad il-qlub u jkun Huwa stess flimkien magħna li jitlob il-grazzji lil Missieru. Jista’ jkun li l-Missier ma jismax lil Ġesù? Il-Missier u Kristu huma ħaġa waħda.

  20. Ma taħsibx li din hi xi ħaġa mill-isbaħ? Ma tħossokx aktar fiż-żgur? Ma tħossx aktar fiduċja?

  21. “Tassew ngħidilkom li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet jagħtihielhom. Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom.”

  22. Sarai ora certamente interessato a sapere cosa vuole Gesù che tu chieda. Egli stesso lo dice chiaramente: «qualunque cosa». Non c'è quindi nessun limite.

  23. Naħseb issa jinteressak tkun taf x’iridek titlob Ġesù. Hu stess jgħidilna b’mod ċar: “... jitolbu xi ħaġa, hi xinhi,”. Mela m’hemmx limitu dwar x’nitolbu. Għalhekk poġġi wkoll din it-talba fil-programm ta’ ħajtek. Forsi l-familja tiegħek, inti stess, ħbiebek, l-għaqdiet li qiegħed fihom, pajjiżek, id-dinja ta’ madwarek, huma nieqsa minn ħafna għajnuniet għax inti ma tlabthomx.

  24. Ftiehem mal-għeżież tiegħek, ma’ min jifhmek jew ma’ min qed jgħix l-istess idejali tiegħek, u wara li tkunu lesti li tinħabbu kif irid il-Vanġelu, b’mod li jkun jistħoqqilkom il-preżenza ta’ Ġesu’ fostkom, itolbu.

  25. U itolbu kemm tifilħu: waqt il-quddiesa fil-knisja, kullimkien; itolbu qabel ma tieħdu xi deċiżjoni; itolbu kull ma tixtiequ.

  26. Fuq kollox, tħallux li Ġesù jkun iddiżappuntat għax ma tagħtux kas, wara li jkun takom dan iċ-ċans.

  27. In-nies tibda titbissem aktar, il-morda jibdew jittamaw; it-tfal jikbru f’aktar għożża; ikun hemm imħabba aktar armonjuża fil-familji; inkunu nistgħu nilqgħu għall-problemi l-kbar fl-intimità ta’ djarna stess.

  28. U intom għad tirbħu l-premju tal-Ġenna, għax it-talb għall-bżonnijiet tal-ħajjin u tal-mejtin hi waħda mill-opri tal-ħniena li għad irridu nagħtu kont tagħha fl-aħħar eżami ta’ ħajjitna.

  29. “Tassew ngħidilkom li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet jagħtihielhom. Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom.” Kitba ta’ Chiara Lubich,pubblikata f’ Città Nuova 1981/15-16, pp.40-41. Grafika Anna Lollobis-sehem ta’ FrPlacido D’Omina (Sqallija, Italja) • * * Il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb kull xahar f’96 lsien u djalett,u jilħaq miljuni ta’ persuni madwar id-dinja permezz ta’ ġurnali, radju, TV jew internet.Għal iżjed tagħrif żur is-sit www.focolare.org • Dan il-PPS, f’diversi ilsna huwa mxandar fuq is-sit www.santuariosancalogero.org

More Related