1 / 31

IL-PAPA: SUĊĊESSUR TA’ PIETRU 21 Ħadd matul is-sena A

www.ofm.org.mt. IL-PAPA: SUĊĊESSUR TA’ PIETRU 21 Ħadd matul is-sena A. L-EWWEL QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija Is 22. 19-23. Dan igħid il-Mulej lil Sebna, dak li jieħu ħsieb il-palazz tas-sultan: “Jiena nwarrbek mill-uffiċċju tiegħek u nniżżlek minn postok.

brinly
Download Presentation

IL-PAPA: SUĊĊESSUR TA’ PIETRU 21 Ħadd matul is-sena A

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. www.ofm.org.mt IL-PAPA: SUĊĊESSUR TA’ PIETRU21 Ħadd matul is-sena A

  2. L-EWWEL QARIQari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija Is 22. 19-23

  3. Dan igħid il-Mulej lil Sebna, dak li jieħu ħsieb il-palazz tas-sultan: “Jiena nwarrbek mill-uffiċċju tiegħek u nniżżlek minn postok.

  4. Għad jasal iż-żmien meta nsejjaħ lill-qaddej tiegħi Eljaqim, bin Ħilqija, u llibbsu lbiesek, inħażżmu bit-terħa tiegħek, u nagħtih is-setgħa tiegħek.

  5. Hu jkun missier għal min igħix f’Ġerusalem u għad-dar ta’ Ġuda. Inqiegħed fuq spallejh il-muftieħ tad-dar ta’ David:

  6. jiftaħ, u ħadd ma jagħlaq; jagħlaq, u ħadd ma jiftaħ. U nwaħħlu bħal musmar fis-sod, u jkun tron glorjuż għall-familja ta’ missieru.

  7. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  8. SALM RESPONSORJALISalm 137It-tjieba tiegħek, Mulej, tibqa’ għal dejjem.

  9. Irroddlok ħajr, Mulej, b’qalbi kollha,quddiem l-anġli rrid ngħannilek.Ninxteħet quddiem it-tempju mqaddes tiegħek.

  10. R/. It-tjieba tiegħek, Mulej, tibqa’ għal dejjem.

  11. Irrodd ħajr lil ismekgħat tjieba tiegħek u għall-fedelta’ tiegħek.Fil-jum li fih sejjaħtlek, smajtni,kattartli l-qawwa f’ruħi.

  12. R/. It-tjieba tiegħek, Mulej, tibqa’ għal dejjem.

  13. Kbir hu l-Mulej, imma ħsieb iż-żgħar jieħu,waqt li l-kburin mill-bogħod iħares lejhom.It-tjieba tiegħek, Mulej, tibqa’ għal dejjem;la titlaqx egħmil idejk.

  14. R/. It-tjieba tiegħek, Mulej, tibqa’ għal dejjem.

  15. IT-TIENI QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 11, 33-36

  16. Ħuti: Kemm huma kbar il-għana, il-għerf u l-għaqal ta’ Alla! Kemm tassew ħadd ma jista’ jgħarbel il-ġudizzji tiegħu u jifhem it-triqat tiegħu!

  17. Għax min qatt għaraf moħħ il-Mulej? Min qatt kien il-kunsillier tiegħu? Min qatt kien hu l-ewwel li tah xi ħaġa hekk li jkun ħaqqu l-ħlas tagħha?

  18. Kollox ġej minnu, kollox permezz tiegħu, kollox għalih. Lilu l-glorja għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

  19. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  20. Hallelujah. Hallelujah.Infaħħrek, Mulej, Sid is-sema u l-art,għax int għarraft liż-żgħar il-misteri tas-saltna.Hallelujah.

  21. L-EVANĠELJUQari mill-Evanġelju ta’ San Mattew. Mt 16, 13-20

  22. F’dak Iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesu staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom:

  23. “In-nies min igħidu li hu Bin il-bniedem?’’ U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti.’’

  24. “Imma intom, min tgħidu li jien?’’ staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu:“Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.’’

  25. U Ġesu’ wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun, bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet.

  26. U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi u s-setgħat ta’l-infern ma jegħelbuhiex.

  27. Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet,

  28. u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet.’’

  29. Imbagħad lid-dixxipli tiegħu wissiehom biex ma jitkellmu ma’ ħadd fuq li huwa l-Messija.

  30. Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu.

  31. www.ofm.org.mt IL-PAPA: SUĊĊESSUR TA’ PIETRU21 Ħadd matul is-sena A

More Related