1 / 64

Talb ta’ San Ġorġ Preca

Talb ta’ San Ġorġ Preca. NIRB Ħ U L-ĦAŻIN BIT-TAJJEB. Is-Suppervja. I s-suppervja titkeċċa bl- umiltà.

Download Presentation

Talb ta’ San Ġorġ Preca

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Talb ta’ San Ġorġ Preca

  2. NIRBĦU L-ĦAŻIN BIT-TAJJEB

  3. Is-Suppervja

  4. Is-suppervja titkeċċa bl- umiltà.

  5. Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid:“Tifhmu x’għamiltilkom? Intom issejħuli ‘Mgħallem’ u ‘Mulej’,u sewwa tgħidu, għax hekk jien. Mela jekk jien, il-Mulej ul-Imgħallem, ħsiltilkom riġlejkom, għandkom intom ukoll taħslu riġlejn xulxin; għax jien tajtkom mera biex kif għamilt jien, tagħmlu intom ukoll.”(Ġw 13,13-15)

  6. Mill-ktieb ta’ San Ġorġ Preca, L-Isptar ta’ Kristu:San Pawl jgħallem li minjaħseb li huwa xi ħaġa filwaqt li mhuwa xejn, dan iqarraq bih innifsu. Immela huwa umli min huwa persważli huwamhuwa xejn: u supperv min huwa persważ li huwa xi ħaġa.

  7. Wieħed jaħseb li huwa xi ħaġa minħabba l-għerf, jew il-ġmieljew minħabba l-kapaċitàjew minħabba r-rikkezzi jew minħabba xi setgħajew minħabba xi don ieħor naturali jew anki sopranaturali u intant hu ma jipperswadix ruħu li xejn ma kien ikollu kieku Alla ma ħalqux u ħallieh fix-xejn tiegħu.

  8. Żomm tajjeb fik bis-sinċerità li kollox huwa minn Alla, li kollox mill-ħila ta’ Alla, u kollox għal Alla. Lil Alla waħdu unur u glorja għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

  9. Ġesù Nazzarenu, Mgħallem wieħed tal-bnedmin, agħtina l-grazzja li ma niddisturbawx lil qalbna bis-sentimenti tas-suppervja. Ammen.

  10. Aħwa tiegħi, nipproponu li naħarbu dejjem il­kumpanija tas-suppervi.

  11. Mulej ħniena Mulej ħniena Mulej ħniena

  12. Ix-Xeħħa

  13. Ix-xeħħatitkeċċa bil- ġene-rożità

  14. Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid: ”’Iblah! Dal-lejl tkun mitlub trodd ruħek: u kulma ħejjejt ta’ min ikun?’ Hekk jiġrilu min jaħżen għalih innifsu u mhux għani ma’ Alla.” (Lq 12, 20-21)

  15. Minn L-Isptar ta’ Kristu: L-akbar delitt li sar fid-dinja sar minħabba x-xeħħa. Ġuda ta f’idejn l-għedewwa ta’ Kristu lil Kristu Ġesù nnifsu biex ikun maqtul. L-Ispirtu s-Santu jgħallem li fid-dinja xejn ma hawn aktar ħażin milli wieħed iħobb il-flus.

  16. X’inhu iktar ħażin minn dan id-delitt li l-Iben t’Alla ġie msallab għall-mewt! San Pawl jikteb li l-għerq ta’ kull ħażen hija r-regħba għall-flus. Kristu stagħġeb kemm hija ħaġa tqila li jidħlu fis-saltna tas-smewwiet dawk li għandhom il-flus.

  17. X’jiswew għall-bniedem is-somom kbar ta’ flus ħlief biex wieħed iħares lejhom u li jgħajjat: “Jiena qiegħed nikkonserva dan il-ġid kollu għalħaddieħor?” Tmut u l-werrieta jifirħu!

  18. Ġesù Nazzarenu, Mgħallem wieħed tal-bnedmin, agħtina l-grazzja li ma nħobbux il-flus għall kbir periklu li fihom tat-telfien ta’ dejjem. Ammen.

  19. Aħwa tiegħi, nipproponu li ma nibżgħux għal butna biex ninqdew bil-ġid temporali għall­kultura tal-erwieħ.

  20. Kristu ħniena Kristu ħniena Kristu ħniena

  21. Iż-Żina

  22. Iż-żina titkeċċa bil- kastità

  23. Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid: ”Smajtu dak li ntqal: ‘La tiżnix.’ Imma jien ngħidilkom: Kull min iħares lejn mara biex jixtieqha, diġà għamel adulterju magħha f’qalbu.

  24. Jekk għajnek il­leminija tfixklek, aqlagħha u armiha bogħod minnek; aħjar għalik li tintilef biċċa waħda minn ġismek, milli ġismek kollu jmur fl-infern.” (Mt 5,27-29)

  25. Minn Is-Sena tas-Sinjur: Ibni, xejn la taħseb li xi ħadd jista’ jżomm lilu nnifsu kast mingħajr ma jaħrab l-okkażjoni prossima u mingħajr ma jitlob ‘l Alla l-forza biex jirreżisti kontra l-ġibdiet għall-pjaċiri tal-ġisem.

  26. Minn ll-Vuċi tal-Kustodju: Bniedem kast, li mingħajr dubju jara l-ġmiel ta’ din il-virtù, biex jgħożżha fih jindokra s-sensi tiegħu u speċjalment l-għajnejn tiegħu, u bi kbira attenzjoni u moderazzjoni jużahom meta jkun jenħtieġ; jimmortifika bis-sawm ‘ilġismu biex iżommu sottomess għad-direzzjoni tar-raġuni.

  27. Ġesù Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, agħtina l-grazzja li li nindukraw is-sensi tagħna biex int ma toħroġ qatt minn qalbna. Ammen.

  28. Aħwa tiegħi, nipproponu li ma nitkellmu qatt, lanqas inkantaw, lanqas niktbu, u lanqas nisimgħu ħwejjeġ kontra l-imqaddsa purità.

  29. Mulej ħniena Mulej ħniena Mulej ħniena

  30. Il-Korla

  31. Il-korlatitkeċċa bil- manswetudni

  32. Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid: “Smajtu dak li ntqal: ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna.’ Imma jien ngħidilkom biex ma teqfulux il-ħażin; imma min jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek il-lemini, dawwarlu l-ieħor ukoll, u min irid iħarrkek biex jeħodlok il-libsa, agħtih il-mantar ukoll; u jekk xi ħadd idejqek mil wieħed, mur miegħu tnejn.”(Mt5,38-41)

  33. MinnTaħdit għat-Tfal: Biex issir manswet l-ewwel nett itlob ‘l Alla li jagħti żgur, b’xhud tan-natura, l-ispirtu t-tajjeb lil min jitlobhulu; agħmilha ma’ nies mansweti, kif jgħid l-Ispirtu s-Santu: ‘Mal-qaddis issir qaddis.’ Keċċi malajr minn moħħok kullħsieb li jinkwetak u li jħawdek u kun dejjem moderat fl­okkupazzjonijiet.

  34. Żomm dejjem is-silenzju, speċjalment meta inti aġitat, u idra agħder id­debbolizzi u l-miżerji tal-bniedem. Fl-aħħar nett, ġib quddiem għajnejk l-eżempji li ħallewlna l-qaddisin fuq din il-virtù, speċjalment lil Kristu, li minxur fuq is-salib talab għal min sallbu.

  35. Ġesù Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, agħtina l-grazzja li nkunu bħalek veri ħrief, bogħod mill-korla u mill- vendetti. Ammen.

  36. Aħwa tiegħi, nipproponu li ma nissaħħnux iżżejjed f’kawża ġusta kontra l-proxxmu.

  37. Kristu ħniena Kristu ħniena Kristu ħniena

  38. L-ikel u xorb żejjed

  39. L-ikel u xorb żejjed jitkeċċa bil- qies

  40. Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid: “Ħarsu rwieħkom li ma jitqalux bl-ikel żejjed, bis-sokor u bil-ħafna tħassib tal-ħajja, u jiġi fuqkom dak il­jum għal għarrieda, bħal nassa; għax jiġi fuq in­nies kollha ta’ fuq wiċċ l-art kollha. Mela ishru dejjem u itolbu biex ikun jistħoqqilkom taħarbu dan kollu li għandu jiġri u tieqfu quddiem Bin il­Bniedem.”(Lq 2 1,34-36)

  41. Minn L-Isptar ta’ Kristu:“Kun af li ħadd ma jista’ jgħix ħajja spiritwali jekk ma jgħakkisx il-gula. Dan it-tgħakkis ma jfissirx li inti m’għandekx tiekol jew tixrob, għax dawn huma neċessarji għall-ħajja tal-ġisem, imma jfisser li inti għandek tiekol u tixrob biex tgħix, mhux imma biex tieħu biss gost bl-ikel u bix-xorb.

  42. Mal-ikel u x-xorb hemm dejjem il-gost bl-ikel u bix-xorb li skont in­natura jagħti għajnuna biex wieħed jinnutrixxi ruħu. L-Ispirtus-Santu jgħallimna li bosta tilfu s-saħħa ta’ ġisimhom bl-ikel u x-xorb iż-żejjed; iżda bil-qies wieħed itawwal il-ħajja tiegħu.

  43. Ġesù Nazzarenu, Mgħallem wieħed tal-bnedmin, agħtina l-grazzja li sija nieklu, sija nixorbu, sija nagħmlu xi ħaġa oħra, kollox nagħmlu għall- glorja t’Alla. Ammen.

  44. Aħwa tiegħi, nipproponu li nimxu dejjem fit-tiq tan-nofs, mingħajr eċċessi u mingħajr difetti.

  45. Mulej ħniena Mulej ħniena Mulej ħniena

  46. L-Għira

  47. L-għira titkeċċa bl- imħabba

  48. Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid: ”Dan hu l-kmandament tiegħi, li tħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien. Imħabba akbar minn din ħadd ma għandu, li jagħti wieħed ħajtu għal ħbiebu.”(Gw 15,12-13).

  49. Minn L-Isptar ta’ Kristu:Minħabba l-għira, Kajin qatel lilħuh Abel; għall­għira l-Lhud qatlu ‘l-innoċenti Ġesù. U innota fejn twassal l-għira lil min hu marid biha: l-għira hija tant spirtu ħażin li wieħed jifraħ bid-deni tal-proxxmu, waqt li jmissu jibki u jsewwed qalbu; u jiddispjaċih għall- ġid tal-proxxmu, waqt li jmissu jifraħ, kif jgħallimna l-Ispirtu s-Santu: li nifirħu ma’ min hu ferħan u nibku ma’ min hu mbikki.

  50. Meta tħoss fik l-għira għal xi ħadd, aħseb li dak il­ġid ġie fuqu għax tahulu Alla, u aħseb li kull bniedem huwa ħuk, u li huwa suġġett għas-swied il-qalb, għall-mard u għall-mewt, biex b’hekk tnissel f’qalbek l-imħabba lejh.

More Related