1 / 8

Il- Kwalitajiet ta ż-Żwieġ

Il- Kwalitajiet ta ż-Żwieġ. Iż-Żwieġ x’inhu? X’għandu ż-Żwieġ li jagħmlu speċjali?. Mir-Rit taż-Żwieġ. L-għarajjes jagħtu lilhom infushom lil xulxin fis-sagrament taż-Żwieġ b’dan il-kliem: “Jiena ..........., nieħu lilek ........... b’marti (jew żewġi)

azra
Download Presentation

Il- Kwalitajiet ta ż-Żwieġ

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Il-Kwalitajiettaż-Żwieġ Iż-Żwieġ x’inhu? X’għandu ż-Żwieġ li jagħmlu speċjali?

  2. Mir-Rit taż-Żwieġ • L-għarajjes jagħtu lilhom infushom lil xulxin fis-sagrament taż-Żwieġ b’dan il-kliem: • “Jiena ..........., nieħu lilek ........... b’marti (jew żewġi) • L-unità – “Jiena” u “inti” biss! Raġel wieħed u mara waħda. • u nwiegħdek li nżomm ruħi fidil lejk, fir-risq it-tajjeb u l-ħażin, fil-mard u fis-saħħa, • Il-fedeltà – jiġri x’jiġri nibqgħu fidili lejn xulxin. • u li nħobbok u nirrispettak tul ħajti kollha.” • L-indissolubiltà – iż-Żwieġ ma jinħallx: għal ħajjitna kollha

  3. I swear – All4One I swear by the the moonand the stars in the skyand I swear like theshadow that's by your sideI see the questions in your eyesI know what's waiting on your mindyou can be sure I know my part'cause I stand beside you through the yearsyou'll only cry those happy tearsand though I make mistakesI'll never break your heartand I swear by the moonand the stars in the sky I'll be thereI swear like the shadow that's by your sideI'll be there for better or worsetill death do us partI'll love you with every beat of my heartand I swearI'll give you everything I canI'll build your dreams with these two handswe'll hang some memories on the wallsand when (and when) just the two of us are thereyou won't have to ask if I still care'cause as the time turns the pagemy love won't ever age at all and I swear (I swear) by the moonand the stars in the sky I'll be there (I'll be there)I swear (and I swear) like the shadow that's by your sideI'll be there (I'll be there) for better or worsetill death do us part I'll love you with every single beat of my heart and I swearand I swear (I swear) by the moonand the stars in the sky I'll be there (I'll be there)I swear (and I swear) like the shadow that's by your sideI'll be there (I'll be there)for better or worse (better or worse)till death do us part I'll love youwith every single beat of my heartI swear I swear I swear

  4. L-indissolubiltà • “Indissolubbli” tfisser “ma jinħallx” – jibqa’ jorbot sal-mewt ta’ xi ħadd mill-partijiet. • Min jaħseb li sab l-imħabba jkun irid li tibqa’ għal dejjem. • Imħabba sħiħa bħal dik taż-Żwieġ minnha nnifisha titlob li tkun għal dejjem. Ma jistax ikun li l-imħabba tkun sħiħa u fl-istess ħin ikkundizzjonata – sakemm insib lil xi ħadd aħjar, sakemm ma timradx... • Ġesù wera ċar li r-rieda ta’ Alla hi li ż-Żwieġ jibqa’ għal dejjem: “Dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem.”

  5. L-indissolubiltà • Teskludi d-divorzju (= quddiem il-liġi ċivili Żwieġ validu ma jibqax jorbot bħalma kien u jista’ jsir Żwieġ ieħor) • Ittollerata u xi drabi rrikmandata s-separazzjoni (= jew bi ftehim jew b’deċiżjoni tal-qorti tnejn miżżewġin ma jibqgħux flimkien. Iż-Żwieġ jibqa’ jorbot. Jibqa’ dejjem it-tama tar-rikonċiljazzjoni.) • Mhux eskluż l-annullament (= li jiġi stabbilit li minħabba xi difett meta suppost sar iż-Żwieġ– eż. nuqqas ta’ libertà, prova ta’ ingann, esklużjoni volontarja ta’ l-ulied, eċċ. – dan fil-fatt qatt ma jkun sar.)

  6. L-indissolubiltà • Fi żmien Ġesù id-divorzju kien jeżisti. Ġesù kkundannah bl-aktar mod ċar. • Id-divorzju mhux fl-interess tas-soċjetà: l-istudji juru li l-ulied l-aħjar li jittrabbew huwa fl-għożża u l-imħabba ta’ ġenituri miżżewġin li jibqgħu flimkien. Kull fejn daħal id-divorzju żdiedu l-każi ta’ koppji miżżewġin li jinfirdu u żdiedu wkoll il-każi ta’ koppji li lanqas biss jiżżewġu. • Kemm ir-raġel kif ukoll il-mara jistħoqqilhom imħabba sħiħa u bla kundizzjoni – id-divorzju jaħdem kontra din it-tip ta’ mħabba.

  7. Il-fedeltà • Imħabba sħiħa titlob li jiġri x’jiġri min jiżżewweġ ipoġġi lil martu/żewġha fl-ewwel post (wara Alla) qabel kull persuna u oġġett ieħor. • Min iħobb b’imħabba sħiħa ma jistax jibdel lil min iħobb ma’ ħaddieħor jew ma’ xi ħaġa oħra. • L-adulterju (= li tħobb persuna li mhix martek/żewġek bl-imħabba taż-Żwieġ) hi xi ħaġa inaċċettabbli. • Ġesù mhux talli jikkundanna l-adulterju, anzi jgħid li wieħed lanqas biss għandu jixtiequ: “Kull min iħares lejn mara u jixtieqha, ikun ġa għamel adulterju magħha.”

  8. L-unità • Fiż-Żwieġ raġel wieħed (“Jiena”) jieħu b’martu mara waħda (“lilek”) u viċe-versa. Skond ir-rieda ta’ Alla iż-Żwieġ għandu jkun monogamiku “ir-raġel ... jingħaqad ma’ martu u jsiru ġisem wieħed.” • Ma tistax tħobb b’imħabba sħiħa (fis-sens taż-Żwieġ) lil aktar minn persuna waħda. • Il-poligamija (= iż-żwieġ ta’ raġel ma’ aktar minn mara waħda jew ta’ mara ma’ aktar minn raġel wieħed) tmur ukoll kontra d-dinjità ndaqs li tixraq lir-raġel u lill-mara.

More Related